Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

SEPTEMBER 2021 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza

Għeżież qarrejja,

Settembu qisu sena ġdida għalija. Ħafna aktar minn Jannar. Settembru jimmarka t-tmiem tal-waqfa tas-sajf u ritorn għar-rutini ta’ xogħol, laqgħat, vjaġġar jew skola. Din is-sena dan qed inħossu saħansitra aktar mis-soltu. Ir-rati tat-tilqim qed jagħtuna tama li nerġgħu nivvjaġġaw madwar ir-reġjuni tagħna u l-kontinent tagħna. Ġew introdotti normi kulturali ġodda ta’ mġiba u prattiki tal-iġjene biex jagħtuna l-possibbiltà ta’ bidu ġdid.

Read more in all languages

Għeżież qarrejja,

Settembu qisu sena ġdida għalija. Ħafna aktar minn Jannar. Settembru jimmarka t-tmiem tal-waqfa tas-sajf u ritorn għar-rutini ta’ xogħol, laqgħat, vjaġġar jew skola. Din is-sena dan qed inħossu saħansitra aktar mis-soltu. Ir-rati tat-tilqim qed jagħtuna tama li nerġgħu nivvjaġġaw madwar ir-reġjuni tagħna u l-kontinent tagħna. Ġew introdotti normi kulturali ġodda ta’ mġiba u prattiki tal-iġjene biex jagħtuna l-possibbiltà ta’ bidu ġdid.

Ix-xahar id-dieħel inkunu diġà għalaqna sena minn dan il-mandat ġdid għall-KESE. Madankollu, ħafna membri għadhom se jkunu qed iżuru l-bini tagħna fi Brussel għall-ewwel darba dan ix-xahar u x-xahar ta’ wara.

Jinħass sens ta’ aspettattiva u opportunità. Is-soċjetà ċivili għandha bżonn issemma’ leħinha u tinstema’ b’mod ċar. Huwa hawn li l-KESE jista’ jkompli jagħmel differenza.

Iffaċċjajna 18-il xahar diffiċli minħabba din il-pandemija. Iffaċċjajna sajf diffiċli bid-devastazzjoni f’ħafna partijiet tal-Ewropa bħala konsegwenza diretta tat-tibdil fil-klima. It-traġedija tal-għargħar estrem irriżultat f’telf ta’ ħajjiet (intilfu 210 ħajja, l-aktar fil-Ġermanja) u tfixkil kbir fil-ħajja tan-nies. Kien hemm ukoll ħsarat u telf ta’ ħajjiet minħabba l-għargħar fil-Belġju, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Iżvizzera.

L-Italja u, b’mod partikolari, il-Greċja ġarrbu nirien tal-foresti kkaġunati mill-kundizzjonijiet ta’ nixfa tal-art. Fil-Greċja ntlaħqet temperatura straordinarja ta’ 47,1 grad Celsius. L-immaġnijiet ta’ partijiet tal-Ewropa taħt l-ilma u oħrajn jinħarqu juruna l-urġenza tal-ħtieġa li ningħaqdu flimkien biex insolvu l-isfidi tagħna. Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar mill-Ġermanja, il-Polonja, ir-Rumanija u oħrajn kienu rapidi u offrew għajnuna lill-Griega b’turija qawwija ta’ solidarjetà.

Għandna skeda mimlija għax-xhur li jmiss. Għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa l-membri kollha tagħna se jkunu impenjati biex iwasslu l-vuċijiet kollha. Is-slogan "Il-futur jinsab f'idejk” ifakkarna li huwa biss permezz ta’ parteċipazzjoni attiva li nistgħu nfasslu l-futur li għandna bżonn.

Biex niffaċiltaw dan, nistenna bil-ħerqa l-avveniment ‘Nikkollegaw l-UE’ f’Lisbona, f’Novembru. Din hija inizjattiva tal-KESE biex tistimola n-network attiv tagħna ta’ atturi tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa kollha. Normalment ikollna 120 parteċipant, inklużi rappreżentanti tal-komunikazzjoni minn networks tas-soċjetà ċivili, membri tal-COCOM, ġurnalisti u istituzzjonijiet oħra. Għandi pjaċir infakkarkom ukoll dwar il-Premju għas-Soċjetà Ċivili li din is-sena se jippremja lil dawk attivi fl-azzjoni klimatika.

Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu differenza. Ejja nisfruttaw l-opportunitajiet ta’ involviment, u niżguraw li nkunu attivi kif ukoll effettivi.

Cillian Lohan

Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni

Dati tad-Djarju

20 ta’ Settembru 2021, Brussell

Voluntiera – Iċ-ċittadini jibnu l-ġejjieni tal-Ewropa

22-23 ta’ Settembru 2021, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

30 ta’ Settembru – 1 ta’ Ottubru 2021, il-Maċedonja ta’ Fuq

It-8 Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent

1 ta’ Ottubru 2021, Brussell

30 sena niddefendu lill-konsumaturi Ewropej

“Mistoqsija lil...”

Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil ... ”, aħna nistaqsu lill-membri tal-KESE jirrispondu mistoqsija ta’ attwalità li nqisuha partikolarment rilevanti.

Għall-edizzjoni ta’ Settembru, tlabna lis-Sur Alain Coheur, President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum (INT) biex jaqsam magħna ħsibijietu dwar l-isfidi tal-istrateġija industrijali.

 

 

Read more in all languages

Fit-taqsima tagħna “Mistoqsija lil ... ”, aħna nistaqsu lill-membri tal-KESE jirrispondu mistoqsija ta’ attwalità li nqisuha partikolarment rilevanti.

Għall-edizzjoni ta’ Settembru, tlabna lis-Sur Alain Coheur, President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum (INT) biex jaqsam magħna ħsibijietu dwar l-isfidi tal-istrateġija industrijali.

Mistoqsija lil Alain Coheur, il-President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum (INT):

L-aġġornament tal-istrateġija industrija 2020, intitolata “Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” ġie ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea f’Mejju 2021. Dan jiffoka fuq il-funzjonament tas-suq intern fil-kuntest tal-pandemija. X’inhuma l-aktar kompiti importanti li l-KESE biħsiebu jwettaq fil-kuntest ta’ din l-istrateġija, li tinkludi t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tas-saħħa u tqis l-impatt tagħha fuq l-ekonomija u l-industrija? X’tistenna mis-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-istrateġija industrijali?”

L-Istrateġija Industrijali Ekoloġika bħala pedament tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

L-istrateġija industrijali l-ġdida intitolata “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” (COM (2021) 350 final), li ġiet ippubblikata fil-5 ta’ Mejju, bla dubju hija waħda mill-isfidi ewlenin għall-UE. L-unika possibbiltà għall-Istati Membri biex jegħlbu din il-kriżi hija billi jaġixxu b’mod koordinat, ma jħallu lil ħadd jibqa’ lura u billi tiġi restawrata l-kapaċità tal-kumpaniji li jiġġeneraw valur miżjud, li jinvestu f’ġejjieni sostenibbli u li jżommu/joħolqu impjiegi ta’ kwalità.

Read more in all languages

L-istrateġija industrijali l-ġdida intitolata “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” għall-Ewropa (COM (2021) 350 final), li ġiet ippubblikata fil-5 ta’ Mejju, bla dubju hija waħda mill-isfidi ewlenin għall-UE. L-unika possibbiltà għall-Istati Membri biex jegħlbu din il-kriżi hija billi jaġixxu b’mod koordinat, ma jħallu lil ħadd jibqa’ lura u billi tiġi restawrata l-kapaċità tal-kumpaniji li jiġġeneraw valur miżjud, li jinvestu f’ġejjieni sostenibbli u li jżommu/joħolqu impjiegi ta’ kwalità.

Fi ħdan il-KESE, fuq l-inizjattiva tas-Sezzjoni INT u bl-appoġġ tal-presidenti tas-sezzjonijiet kollha, ħdimna flimkien biex inħejju sensiela ta’ seminars li jindirizzaw aspetti marbuta mal-istrateġija industrijali u relatati mal-kompetenzi ta’ kull sezzjoni.Dawn is-seminars se jsiru fil-forma ta’ webinars.

Fit-13 ta’ Lulju, is-CCMI organizzat l-ewwel webinar dwar “Ir-rwol tal-materja prima kritika biex tiġi ffurmata bażi industrijali b’saħħitha”. Il-webinar tas-Sezzjoni INT li jmiss se jsir fil-15 ta’ Settembru u se jkun dwar “L-Istrateġija Industrijali tal-UE – liema indikaturi biex jitkejjel il-progress tagħha”. Il-webinars li jmiss se jiġu organizzati kif ġej: 

• 18 ta’ Ottubru 2021 – Webinar tas-Sezzjoni ECO: “Niddirieġu r-riżorsi finanzjarji lejn l-investimenti li jikkonformaw mal-kriterji ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza”

• 26 ta’ Novembru 2021 – Webinar tas-Sezzjoni SOC: “Tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema tal-industriji Ewropej: il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ possibbiltajiet ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ aġġornament”

• 10 ta’ Diċembru 2021 – Webinar tas-Sezzjoni NAT: “L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt: nallinjaw l-industrija tal-ikel mal-objettivi tan-newtralità klimatika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti”

• Jannar 2022 – Webinar tas-Sezzjoni TEN: “Sorsi ta’ enerġija nadifa għal tranżizzjoni għal ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju”

• Frar 2022 – Webinar tas-Sezzjoni REX: “Il-ktajjen tal-provvista sostenibbli u l-kwistjoni tar-rilokazzjoni”

Din is-sensiela ta’ avvenimenti se tintemm f’Marzu 2022 b’konferenza ta’ livell għoli bit-titolu “Futur sostenibbli għall-industrija Ewropea”. Din il-konferenza se tiġi koorganizzata mal-Kummissjoni Ewropea u fiha se jipparteċipaw il-Viċi President tal-Kummissjoni, Margrethe Vestager, u l-Kummissarju Thierry Breton kif ukoll il-Presidenza Franċiża futura.

L-isfidi ta’ din l-istrateġija l-ġdida huma bosta, iżda nixtieq nenfasizza l-punti kruċjali li ġejjin:

Jeħtieġ li nimxu lejn ekonomija newtrali f'termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju u nreġġgħu lura l-kurva attwali tal-kollass tal-bijodiversità. Mingħajr strateġija industrijali ekoloġika bħala pedament tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE qatt ma tista’ tikseb ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju fi żmien ġenerazzjoni waħda.

L-istrateġija industrijali l-ġdida għandha tiżgura bilanċ tajjeb bejn l-appoġġ għall-intrapriżi Ewropej, ir-rispett tal-objettiv tagħna ta’ newtralità klimatika sal-2050 u l-provvista ta’ inċentivi għall-konsumaturi biex mill-konsum jgħaddu għal oġġetti u servizzi sostenibbli.

L-ekonomija ċirkolari hija essenzjali biex jiġi żviluppat il-mudell ekonomiku futur tal-Ewropa. Dan għandu janalizza alternattivi vijabbli u ekonomiċi għall-fjuwils fossili u jagħti importanza lil soluzzjonijiet ta’ enerġiaj nadifa deċentralizzati u kooperattivi.

Il-politika industrijali għandha timxi id f’id ma politika kummerċjali u barranija soda li, min-naħa tagħha, għandha tiżviluppa strateġiji biex jiġi żgurat l-aċċess għall-materja prima. Barra minn hekk, is-settur tas-saħħa fl-intier tiegħu għandu jingħata attenzjoni partikolari.

L-industrija Ewropea se jkollha tiddiġitalizza jew inkella tgħib. L-investimenti fis-setturi tal-ICT, bħall-ekonomija tad-data, l-internet tal-oġġetti, il-cloud computing, l-intelliġenza artifiċjali u l-manifattura avvanzata għandhom jilħqu lir-reġjuni u l-Istati Membri kollha.

L-SMEs x’aktarx ikunu dawk li jintlaqtu l-aktar minn din il-kriżi. Jeħtieġ li ngħinuhom jiżviluppaw, jiżviluppaw mudelli ekonomiċi ġodda u jattiraw manodopera kwalifikata, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ opzjonijiet ta' stokk għall-impjegati.

Alain Coheur

President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum (INT)

New publications

Il-mistieden sorpriża

Kull xahar, aħna nistednukom tiskopru personalità li ħidmietha u l-impenn tagħha huma ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies.

Għall-edizzjoni ta’ Settembru stedinna lil Sébastien Maillard, id-direttur tal-Fondazzjoni Jacques Delors f’Pariġi. Huwa jaqsam magħna l-fehim tiegħu tal-kunċett ta’ “sħubija Ewropea”, li huwa partikolarment importanti f’dan il-perjodu ta’ dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, li l-quċċata tiegħu ser tkun il-Presidenza Franċiża fl-ewwel nofs tal-2022.

Read more in all languages

Kull xahar, aħna nistednukom tiskopru personalità li ħidmietha u l-impenn tagħha huma ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies.

Għall-edizzjoni ta’ Settembru stedinna lil Sébastien Maillard, id-direttur tal-Fondazzjoni Jacques Delors f’Pariġi. Huwa jaqsam magħna l-fehim tiegħu tal-kunċett ta’ “sħubija Ewropea”, li huwa partikolarment importanti f’dan il-perjodu ta’ dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, li l-quċċata tiegħu ser tkun il-Presidenza Franċiża fl-ewwel nofs tal-2022.

Sébastien Maillard huwa d-direttur tal-Istitut Jacques Delors f’Pariġi. B’tim ta’ 20 impjegat, dan il-grupp ta’ riflessjoni janalizza kwistjonijiet Ewropej u jfassal ideat operazzjonali għall-avvanz tal-integrazzjoni Ewropea f’diversi setturi ewlenin, flimkien mal-imsieħba tiegħu f’Berlin u Brussell. L-akkademja tiegħu, l-Académie Notre Europe, tissensibilizza persuni bejn 18 u 30 sena dwar kwistjonijiet Ewropej.

Sébastien Maillard, wara karriera bħala ġurnalist mal-gazzetta La Croix issieħeb mal-grupp ta’ riflessjoni li twaqqaf minn Jacques Delors, president anzjan tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa kien il-korrispondent fi Brussell (2007-2010) u f’Ruma (2013-2016), fejn kien kodiriġent tas-servizz internazzjonali u fl-2017 segwa mill-qrib il-kampanja ta’ Emmanuel Macron. Speċjalista fl-affarijiet Ewropej, li għallem fis-Sciences Po f’Pariġi u għal Boston College, huwa kkollabora wkoll ma’ TheWorldPost, The German Times u ġurnali oħra. Huwa membru ta’ diversi organizzazzjonijiet Ewropej (Moviment Ewropew, Robert Schuman House, Dar l-Ewropa). Huwa l-awtur ta’ “Qu’avons-nous fait de l’Europe?” (X’għamilna bl-Ewropa?), 2013, b’daħla ta’ Jacques Delors, u ktieb ta’ intervisti ma’ Enrico Letta, "Faire l’Europe dans un monde de brutes” (Nagħmlu l-Ewropa f’dinja ta’ slavaġġ), 2017, ippubblikat fl-2019 u tradott f’diversi lingwi. (ehp)

Sébastien Maillard: għidtu “appartenenza”?

“Appartenenza” hija l-aħħar mit-tliet kelmiet ewlenin użati biex titħabbar il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, iżda hija l-aktar waħda li qed toħloq perplessità. Dwar xiex qed nitkellmu hawnhekk? Fi ftit kliem, qed nitkellmu dwar xi ħaġa speċjali li ġġiegħlek tħossok Ewropew, sens ta’ appartenenza għal dan il-kontinent. Il-partijiet ta’ Franza li tant ibbenefikaw minn sussidji “minn Brussell” mhumiex neċessarjament l-akbar sostenituri tal-Ewropa. Iżda dan is-sentiment, li huwa kemm individwali kif ukoll kollettiv, jeħtieġ li jiġi stimulat, imsaħħaħ u jitħalla jimmatura.

Read more in all languages

“Appartenenza” hija l-aħħar mit-tliet kelmiet ewlenin użati biex titħabbar il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, iżda hija l-aktar waħda li qed toħloq perplessità. Dwar xiex qed nitkellmu hawnhekk? Fi ftit kliem, qed nitkellmu dwar xi ħaġa speċjali li ġġiegħlek tħossok Ewropew, sens ta’ appartenenza għal dan il-kontinent. Il-partijiet ta’ Franza li tant ibbenefikaw minn sussidji “minn Brussell” mhumiex neċessarjament l-akbar sostenituri tal-Ewropa. Iżda dan is-sentiment, li huwa kemm individwali kif ukoll kollettiv, jeħtieġ li jiġi stimulat, imsaħħaħ u jitħalla jimmatura.

Kif jista’ jsir dan? L-appartenenza għall-Ewropa tista’ tinftiehem bi tliet modi. L-aktar tifsira ovvja, iżda li ħafna drabi ninsew, hija appartenenza fis-sens ta’ – ejjew ikollna l-kuraġġ li ngħiduha – ċivilizzazzjoni. Forsi dan huwa sentiment li esperjenzajtu dan is-sajf jekk irnexxilkom tivvjaġġaw. Fit-toroq ta’ Ruma, Praga, Lisbona jew Ateni, fi pjazez lokali, fil-katidrali, madwar kafetteriji jew teatri tal-opra: din l-atmosfera ta’ familja, li tmur ’il hinn mis-sempliċi diversità ta’ stili u lingwi. Dawn it-traċċi ta’ memorja kollettiva li toħroġ ’il barra mill-fruntieri nazzjonali tagħha u tingħaqad ma tagħna. Mingħajr ma nxejnu, namalgamaw jew nistandardizzaw imqar waħda mill-karatteristiċi tagħna, u mingħajr ma ntellfu xejn mir-rabtiet nazzjonali u/jew reġjonali, li jiżviluppaw bil-mod tagħhom. Li nkunu Ewropej ifisser sempliċiment li ma nħossuniex eżiljati meta nżuru dawn il-bliet – fi kwalunkwe każ, inqas milli f’kontinenti oħrajn. Din hija r-raġuni għaliex jeħtieġ li l-edukazzjoni skolastika tintegra d-dimensjoni Ewropea.

Iżda l-appartenenza hija wkoll kwistjoni ta’ ċittadinanza: li nirrikonoxxu lilna nfusna bħala tabilħaqq ċittadini Ewropew, u mhux biss matul l-elezzjonijiet Ewropej. Dan ifisser li għandna nkunu kapaċi nirrikonoxxu l-leġittimità demokratika ta’ direttiva Ewropea li ġiet ivvutata u li ma narawhiex bħala “diktat impost minn Brussell”, biex nużaw l-euro bħala l-munita tagħna stess u mhux narawha bħala xi ħaġa barranija. B’mod aktar ġenerali, din hija kwistjoni ta’ rikonoxximent ta’ appartenenza għall-Unjoni Ewropea u mhux biss għall-Istat Membru tagħha. Fil-prattika, din il-forma ta’ appartenenza hija bbażata l-ewwel u qabel kollox fuq kif aħna niġu infurmati mill-midja dwar l-affarijiet Ewropej. Il-Kummissarji Ewropej, l-MEPs – u l-membri tal-KESE – għandhom post fl-isfera politika tagħna jew huma ineżistenti?

Fl-aħħar nett, it-tielet mod ta’ appartenenza għall-Ewropa huwa li nħossu li d-destin tagħna huwa marbut ma’ dak tal-ġirien tagħna, filwaqt li nżommu l-istess viżjoni tal-ġejjieni u nikkondividu l-istess ideali. Hawnhekk it-terminu “insawru l-Ewropa” huwa partikolarment rilevanti. Il-bini tal-Ewropa, b’mod ġenerali, ifisser li dan isir b’ambizzjoni kbira: oriġinarjament kien dwar il-kisba tal-paċi u l-għaqda; illum dan ifisser li nasserixxu lilna nfusna fil-konfront tal-bqija tad-dinja, niġġieldu t-tisħin globali u li nippreservaw id-demokrazija quddiem l-awtoritarjaniżmu. Fil-qosor: inħossuna Ewropej mhux biss billi nosservaw il-ħaġar storiku jew nirrispettaw l-istess regoli, iżda wkoll billi naderixxu mal-istess valuri u nikkondividu l-istess interessi ġeopolitiċi.

Ħafna drabi, dawn it-tliet approċċi ta’ appartenenza jitqiesu b’mod iżolat minn xulxin. L-ewwel wieħed jiffoka fuq il-passat, it-tieni fuq il-preżent u t-tielet fuq il-ġejjieni. L-ewwel wieħed jitkellem mal-istoriċi u l-artisti, it-tieni mal-ekonomisti u mal-avukati, it-tielet mal-filosfi u mal-istrateġisti. L-isfida biex tinkiseb l-appartenenza b’suċċess hija li tikkombina dawn it-tliet approċċi, u mhux li tikkuntrastahom ma’ xulxin. Jew, pjuttost, li nidentifikaw l-interkonnettività profonda tagħhom. Ma konniex inkunu qed “insawru l-Ewropa” kieku l-Ewropa ma kinitx teżisti diġà bħala ċivilizzazzjoni u ma kellhiex l-UE bħala l-mezz biex turi l-preżenza tagħha fid-dinja. Il-konnessjoni ta’ dawn it-tliet dimensjonijiet u l-allinjament tagħhom ma’ xulxin hija l-isfida tal-kisba tas-sħubija Ewropea. Dan se jeħtieġ ferm aktar minn presidenza b’rotazzjoni.

Sébastien Maillard

Direttur tal-Istitut Jacques Delors, Pariġi

Herman van Rompuy: Le vieux poète parle doucement

Nous avons le plaisir de poursuivre la publication de la série de haïkus, sous le titre commun "Le vieux poète parle doucement", que nous a offerts leur auteur, Herman van Rompuy, ancien président du Conseil européen.

Read more in all languages

Nous avons le plaisir de poursuivre la publication de la série de haïkus, sous le titre commun "Le vieux poète parle doucement", que nous a offerts leur auteur, Herman van Rompuy, ancien président du Conseil européen.

 

Chant et chuchotements

Entendre les oreilles ouvertes

Le monde est loin

***

Lire lentement au bord de mer

Les vagues meurent tout près

De longs soupirs

***

Les arbres et la mer

Donnent vie au vent

Souffle et rage

Herman van Rompuy: The old poet speaks gently

We are delighted to host yet another selection of haikus by Herman van Rompuy, former President of the European Council. 
These haikus were originally written in French.

 

Read more in all languages

We are delighted to host yet another selection of haikus by Herman van Rompuy, former President of the European Council. 
These haikus were originally written in French.

 

Singing and whispering

Hearing with open ears

The world is far away

               ***

Reading slowly by the sea

The waves are dying nearby

Long sighs

             ***

The trees and the sea

Give life to the wind

Blowing and raging

Aħbarijiet tal-KESE

IA: filwaqt li 18% tar-riċerkaturi tal-ogħla livell fid-dinja huma Ewropej, fl-Ewropa jaħdmu biss 10%.

Jayant Narayan, mill-Forum Ekonomiku Dinji enfasizza din iċ-ċifra f’dibattitu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fejn qal li biex tikkompeti l-Ewropa jeħtieġ li tinvesti f’azzjonijiet għall-perjodu ta' żmien medju sal-perjodu fit-tul biex tinħoloq ekosistema fejn l-IA tista’ tirnexxi.

Read more in all languages

Jayant Narayan, mill-Forum Ekonomiku Dinji enfasizza din iċ-ċifra f’dibattitu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fejn qal li biex tikkompeti l-Ewropa jeħtieġ li tinvesti f’azzjonijiet għall-perjodu ta' żmien medju sal-perjodu fit-tul biex tinħoloq ekosistema fejn l-IA tista’ tirnexxi.

L-aħħar sessjoni plenarja tal-KESE qabel il-waqfa tas-sajf inkludiet dibattitu dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-valuri reali: il-futur diġitali tagħna ma’ Jayant Narayan, uffiċjal ewlieni tal-Global AI Alliance tal-Forum Ekonomiku Dinji.

B’enfasi fuq l-isfidi li qed jiffaċċjaw dawk l-SMEs li qed ifittxu li jintroduċu l-IA, Jayant Narayan enfasizza li filwaqt li kienu qed jibdew ifiġġu soluzzjonijiet ġodda bħall-IA bla kodiċi, li tippermetti lill-kumpaniji u lill-individwi jaħdmu fuq soluzzjonijiet tal-IA mingħajr ma jkollhom impjegati magħhom xjenzjati tad-data bit-taħriġ kollu li jeħtieġu, dawn mhumiex xi soluzzjoni maġika. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm fokus fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil fuq l-awtonomizzazzjoni tal-SMEs biex jiżviluppaw il-kapaċità lokali u interna meħtieġa biex jintroduċu l-IA. Huwa f’dan ir-rigward fejn toħroġ l-importanza ta’ aspetti essenzjali bħalma huma l-ħiliet, li, fil-każ tal-IA u x-xjenza tad-data, ma jistgħux jiġu żviluppati mil-lum għall-għada. Il-finanzjament u l-appoġġ għall-innovazzjoni jaqdu rwol ewlieni f’dan il-proċess.

Meta ġie mistoqsi għaliex l-Ewropa kienet għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u ċ-Ċina, is-Sur Narayan qal li filwaqt li kien hemm diversi raġunijiet għal dan, l-appoġġ u l-finanzjament mill-gvern kellhom rwol ewlieni, mit-twaqqif ta’ Silicon Valley sal-approvazzjoni bipartiġjana tal-Att reċenti dwar l-Innovazzjoni u l-Kompetizzjoni, li jinvolvi nfiq ta’ USD 250 biljun fuq it-teknoloġija u l-innovazzjoni.

“Dak il-finanzjament joħloq it-tip ta’ suq fejn il-biċċa l-kbira tar-riċerkaturi u x-xjenzjati tad-data tagħkom jispiċċaw imorru wkoll. U din mhijiex soluzzjoni fuq terminu qasir, iżda pjuttost hija perspettiva għall-perjodu ta’ żmien medju sa dak twil biex tinħoloq ekosistema fejn ma tiġġenerax biss valur lokali, iżda tkun int ukoll li jkollok pożizzjoni fuq quddiem”. Huwa kkwota studji reċenti li juru li filwaqt li 18% tax-xjenzati tal-IA tal-ogħla livell fid-dinja huma Ewropej, fl-Ewropa jaħdmu biss 10%.

Is-Sur Narayan indirizza wkoll il-kwistjoni tal-IA u s-soċjetà ċivili u jekk l-iżvilupp tal-IA kienx tabilħaqq għal kulħadd jew kienx pjuttost qed jaqdi l-interessi ta’ ċerti gruppi.

Filwaqt li kkwota studji li juru li bejn 30 u 40% tad-dħul reċenti ta’ Amazon wasal permezz ta’ rakkomandazzjonijiet xprunati mill-IA lill-konsumaturi, is-Sur Narayan enfasizza li l-IA hija tabilħaqq mifruxa ħafna, u li din kienet ir-raġuni għaliex ir-robustezza, l-ispjegabbiltà, il-fiduċja u t-trasparenza huma tant essenzjali. Kien qed isir progress dwar l-ispjegabbiltà u s-sikurezza, iżda permezz ta’ soluzzjonijiet mill-aktar avvanzati li mhux kulħadd jista’ jkun mistenni li jkollu aċċess għalihom.

Filwaqt li ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ prinċipji “disponibbli”, huwa qal li l-akbar tħassib huwa jekk dawn humiex verament qed jiġu implimentati fil-prattika u jekk l-interessi tas-soċjetà ċivili humiex qed jiġu salvagwardjati. Huwa bassar li l-progress fl-implimentazzjoni se jiġi minn taħlita ta’ regolamentazzjoni tas-settur pubbliku u oqfsa tal-industrija. Permezz tad-djalogu bejn l-industrija u r-regolaturi l-affarijiet se jevolvu, possibbilment jilħqu punt fejn l-industrija tibda tieħu azzjoni anke fuq bażi volontarja.

 

Cillian Lohan, Frans Timmermans, Stefan Rahmstorf and Youth representatives

Frans Timmermans jiltaqa’ mal-mexxejja taż-żgħażagħ Ewropej fil-KESE

L-Opinjoni tal-KESE dwar l-involviment strutturat taż-żgħażagħ fir-rigward tal-klima u s-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE pproponiet l-istabbiliment ta’ Round Table taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà, li tkun ospitata mill-KESE flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Read more in all languages

L-Opinjoni tal-KESE dwar l-involviment strutturat taż-żgħażagħ fir-rigward tal-klima u s-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE pproponiet l-istabbiliment ta’ Round Table taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà, li tkun ospitata mill-KESE flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Il-Kummissjoni laqgħet l-inizjattiva bħala għodda utli biex jissaħħaħ ir-rwol konsultattiv tal-KESE u biex il-ġenerazzjoni żagħżugħa tingħata opportunità biex tikkondividi l-fehmiet tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-ewwel laqgħa, bi 11-il rappreżentant taż-żgħażagħ, saret fit-13 ta’ Lulju 2021, bil-parteċipazzjoni tal-Viċi President Eżekuttiv Frans Timmermans.

“Grazzi għalikom, is-sens ta’ urġenza fil-popolazzjoni tagħna huwa akbar. Ilkoll kemm aħna rridu naħdmu bla ma nistennew li dan ikun għall-benefiċċju tagħna stess, iżda pjuttost għal dak tal-ġenerazzjonijiet futuri. Xi wħud minnkom jistgħu jaħsbu li mhux qed nagħmlu biżżejjed, iżda nwiegħed li qed nagħmel l-almu tiegħi sa fejn nista’, u nittama li nistgħu nsibu xi bażi komuni biex niġġieldu għas-sewwa”, enfasizza l-Viċi President Timmermans.

Matul il-laqgħa, ir-rappreżentanti żgħażagħ ippreżentaw lis-Sur Timmermans dokument, li ngħata bidu minn Generation Climate Europe u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, bi proposti speċifiċi b’rabta mas-sistema ekonomika tal-UE, inkluż il-ġestjoni tal-UE tar-riżorsi naturali u l-indikaturi tal-progress.

Cillian Lohan, Viċi President tal-KESE kkonkluda: “Din hija opportunità ta’ darba f’ġenerazzjoni biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi sistemiċi u ssir tranżizzjoni lil hinn minn prattiki li mhumiex sostenibbli. Madankollu, iż-żgħażagħ jeħtieġu appoġġ. L-ekosistema tal-attiviżmu teħtieġ l-inkoraġġiment, in-nutrizzjoni, u l-ispazju reali fl-arena politika tal-UE. L-ispazji għad-djalogu huma ta’ valur biss jekk jiġu segwiti bl-azzjoni. Ejja nagħmlu dan flimkien!” (mr)

L-ekonomija, l-ambjent u l-benesseri tan-nies għandhom jimxu id f'id fl-UE wara l-COVID

Il-prosperità ekonomika, il-kura tal-ambjent u l-benesseri tan-nies jistgħu u għandhom jimxu id f’id. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-President tal-KESE, Christa Schweng, fid-dibattitu dwar “L-ekonomija wara l-COVID għal kulħadd – Lejn ekonomija ta’ benesseri?”, waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE fis-7 ta’ Lulju 2021.

Read more in all languages

Il-prosperità ekonomika, il-kura tal-ambjent u l-benesseri tan-nies jistgħu u għandhom jimxu id f’id. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-President tal-KESE, Christa Schweng, fid-dibattitu dwar “L-ekonomija wara l-COVID għal kulħadd – Lejn ekonomija ta’ benesseri?”, waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE fis-7 ta’ Lulju 2021.

Is-Sinjura Schweng qalet li fil-futur jidher ċar li se jkollna bżonn nissorveljaw u napprezzaw aspetti oħrajn minbarra dwak riflessi fil-PDG: "Aspetti bħal saħħitna, in-natura tagħna, l-edukazzjoni tagħna, il-kapaċità tagħna ta’ innovazzjoni, u l-importanza tal-komunitajiet tagħna."

B’referenza għal “kombinament tal-idea ta’ prosperità mal-possibbiltà ta’ progress soċjali fuq skala dinjija”, bl-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 2030 bħala l-pedament, is-Sinjura Schweng żiedet tgħid: “Wasal iż-żmien biex l-UE taħdem fuq strateġija komprensiva: il-KESE jinsab lest joffri l-appoġġ għar-riflessjoni dwar il-pedamenti għall-ekonomija ta’ wara l-COVID, ekonomija li hi tajba għal kulħadd u tinkludi indikaturi ġodda tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress soċjali li jistgħu jagħtu stampa komprensiva tal-benesseri tan-nies.”

Peter Schmidt, president tas-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT) u relatur għall-Opinjoni dwar L-ekonomija sostenibbli li neħtieġu, irrimarka li ekonomija ta’ benesseri hija bbażata fuq servizz liċ-ċittadini u li l-UE għandha taħtaf l-opportunità li ġabet magħha l-pandemija biex tirrifletti dwar id-dgħufijiet tagħna u tressaq proposti. (mp)

 

L-Ewropa se tiggwadanja minn finanzjament sod ta’ #NextGenerationEU

Strateġija ta’ finanzjament li tiffunzjona sew hija fundamentali biex jinġabru l-fondi meħtieġa għall-irkupru tal-Unjoni Ewropea fis-swieq kapitali internazzjonali. Fl-Opinjoni tiegħu, mfassla mir-relatur Judith Vorbach u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju, il-Kumitat enfasizza li l-implimentazzjoni bla xkiel ta’ NextGenerationEU teħtieġ finanzjament sod u sostenibbli, flimkien ma’ ġestjoni tar-riskju solida u spejjeż tas-self baxxi.

Read more in all languages

Strateġija ta’ finanzjament li tiffunzjona sew hija fundamentali biex jinġabru l-fondi meħtieġa għall-irkupru tal-Unjoni Ewropea fis-swieq kapitali internazzjonali. Fl-Opinjoni tiegħu, mfassla mir-relatur Judith Vorbach u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju, il-Kumitat enfasizza li l-implimentazzjoni bla xkiel ta’ NextGenerationEU teħtieġ finanzjament sod u sostenibbli, flimkien ma’ ġestjoni tar-riskju solida u spejjeż tas-self baxxi.

Is-Sinjura Vorbach tkellmet waqt id-dibattitu u sostniet li: “Is-self fl-ambitu ta’ NextGenerationEU għandu jkun ibbażata fuq il-kontroll demokratiku, il-leġittimità u t-trasparenza. Strateġija ta’ finanzjament effettiva li tkun magħmulha minn finanzjament stabbli u sostenibbli, ġestjoni tar-riskju soda kif ukoll affidabbiltà kreditizja għolja u spejjeż tas-self baxxi, hija fl-interess pubbliku, u speċjalment fl-interess tas-soċjetà ċivili li fl-aħħar mill-aħħar iġġorr ir-riskji tas-suq”.

Skont il-KESE, l-għażla tal-Kummissjoni Ewropea li ssaħħaħ il-kompetenzi tagħha u r-riżorsi umani sabiex tiġġestixxi l-finanzjament ta’ NextGenerationEU hija aħbar tajba. Minħabba l-interess pubbliku qawwi fil-finanzjament sod, huwa importanti li l-istrateġija tiġi ġestita direttament mill-Kummissjoni u ma tiġix esternalizzata. Il-KESE jappella għal bilanċ bejn il-ġeneri fil-ħatra tal-persunal li se jkun responsabbli għal dan il-kompitu.

Il-Kumitat jappella wkoll għall-istabbiliment ta’ bord konsultattiv, li fih ikunu rappreżentati l-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata. (mp)

 

L-eradikazzjoni tal-faqar fost it-tfal Ewropej teħtieġ approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha

L-aħħar inizjattivi tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal jitolbu lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell Ewropew u nazzjonali biex jaħdmu lejn il-ġid komuni tat-tfal kollha li qed jitrabbew fl-UE. Iż-żewġ inizjattivi huma ambizzjużi u kuraġġużi fl-approċċ tagħhom biex jiżguraw ħajja ħielsa minn kwalunkwe diskriminazzjoni għal kull tifel u tifla u ġew approvati mill-KESE.

Read more in all languages

L-aħħar inizjattivi tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal jitolbu lil dawk li jfasslu l-politika fil-livell Ewropew u nazzjonali biex jaħdmu lejn il-ġid komuni tat-tfal kollha li qed jitrabbew fl-UE. Iż-żewġ inizjattivi huma ambizzjużi u kuraġġużi fl-approċċ tagħhom biex jiżguraw ħajja ħielsa minn kwalunkwe diskriminazzjoni għal kull tifel u tifla u ġew approvati mill-KESE.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) appoġġa l-Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija għat-Tfal tal-UE legalment vinkolanti. Il-KESE jemmen li l-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi se tappoġġja l-isforzi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jiġi promoss il-benesseri tat-tfal u jitnaqqas il-faqar fost it-tfal.

Fl-Opinjoni dwar Garanzija Ewropea għat-Tfal, adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju, il-KESE enfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, id-diskriminazzjoni, id-deprivazzjoni u l-esklużjoni soċjali tirrikjedi approċċ ikkoordinat fil-livell Ewropew u min-naħa tas-soċjetà kollha, li jiżgura li d-drittijiet tat-tfal jiġu integrati f’politiki differenti u li dawn il-politiki jkollhom effetti abilitanti u dejjiema fuq is-saħħa u l-benesseri tat-tfal.

“Iċ-ċifra ta’ tifel jew tifla minn kull erbat itfal madwar l-UE li qed jitrabbew fir-riskju tal-faqar mhijiex aċċettabbli. Għandna bżonn politiki u oqfsa legali b’saħħithom biex inkissru ċ-ċiklu spiss interġenerazzjonali tal-iżvantaġġ u nreġġgħu lura din ix-xejra. Jeħtieġ li jkollna mira ambizzjuża intiża li toħroġ lit-tfal kollha mill-faqar sal-2030 u mhux biss ħames miljun tifel u tifla, li hija l-mira tal-faqar attwali taħt il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR),” stqarret ir-relatur tal-Opinjoni, Kinga Joó.

It-tfal jeħtieġu attenzjoni mis-saffi kollha tas-soċjetà. Il-konsolidazzjoni tad-drittijiet tagħhom għandha tkun prijorità għall-UE. Għal dan il-għan, neħtieġu strateġija inklużiva, trasversali u intersezzjonali, politika ġenwina bbażata fuq l-ekwità, biex niżguraw opportunitajiet indaqs u inklużjoni għat-tfal kollha, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tagħhom,” qalet il-korelatur Maria del Carmen Barrera Chamorro.

Skont id-data tal-Eurostat għall-2019, 18-il miljun tifel u tifla, jew 22,2 %, kienu qed jikbru f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-UE. Il-faqar diġitali u enerġetiku huwa daqstant detrimntali għat-tfal u fil-fehma tal-KESE għandu jiġi indirizzat ukoll fi ħdan il-Garanzija għat-Tfal. Madwar 5,4 % tat-tfal tal-età tal-iskola fl-Ewropa jgħixu f’unitajiet domestiċi li ma jistgħux jaffordjaw kompjuter jew konnessjoni tal-internet. Madwar 25 % taċ-ċittadini Ewropej jgħixu f’unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija u dan jaffettwa wkoll il-kwalità tal-ħajja u tas-saħħa tat-tfal.

Biex it-tfal Ewropej jinħarġu mill-faqar, il-KESE jirrakkomanda li l-Istati Membri kollha jallokaw tal-anqas 5 % tal-fondi tal-FSE+ għal dan il-għan. Skont ir-regolament il-ġdid, huma biss dawk l-Istati Membri li fihom il-faqar fost it-tfal jaqbeż il-medja tal-UE ta’ 23,4 % li huma meħtieġa jallokaw dan il-perċentwal tar-riżorsi finanzjarji tal-FSE + tagħhom biex jiġġielduh. S’issa, 11-il pajjiż biss għamlu dan. (ll)

Roaming: il-KESE jappella għal żona tariffarja unika madwar l-UE

In-nies għandhom igawdu r-rata lokali meta jużaw il-mobiles tagħhom kull fejn ikunu fl-UE, sostna l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’Opinjoni li ġiet adottata dan l-aħħar dwar ir-rieżami propost tar-regoli tal-UE dwar ir-roaming.

Read more in all languages

In-nies għandhom igawdu r-rata lokali meta jużaw il-mobiles tagħhom kull fejn ikunu fl-UE, sostna l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’Opinjoni li ġiet adottata dan l-aħħar dwar ir-rieżami propost tar-regoli tal-UE dwar ir-roaming.

Fil-fehma tal-KESE, l-għan tal-UE fir-regolamentazzjoni tas-servizzi tar-roaming għandu jkun li tinħoloq żona tariffarja unika, li toffri konsum għat-telefonati u d-data bir-rati lokali għan-nies kollha li jkollhom abbonament tal-mobile fl-Ewropa, bl-istess veloċità u aċċess għall-infrastruttura irrispettivament mill-pajjiż minn fejn issir it-telefonata jew il-pajjiż fejn persuna tirċievi t-telefonata.

Filwaqt li jilqa’ r-rieżami dwar ir-Regolament dwar ir-roaming propost mill-Kummissjoni Ewropea u l-għanijiet tiegħu bħala pass pożittiv fid-direzzjoni t-tajba, il-KESE jemmen li għandu jiġi stabbilit objettiv aktar ambizzjuż.

“L-idea li fuqha hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni hija li s-servizzi tar-roaming għandhom jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw fil-pajjiż tal-individwu, mingħajr ebda restrizzjoni għall-aċċess. Din hija proposta tajba”, qal Christophe Lefèvre, ir-relatur tal-Opinjoni tal-KESE li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju. “Madankollu, nemmnu li għandna mmorru lil hinn mill-kundizzjonijiet u niżguraw li l-persuni fl-Ewropa ma għandhomx għalfejn iħallsu aktar għall-komunikazzjonijiet tal-mobile meta huma jsiefru”.

Il-KESE jenfasizza wkoll li mhuwiex biżżejjed li jiġi stipulat li, meta kwalità jew veloċitajiet simili jkunu disponibbli fuq network ta’ Stat Membru ieħor, l-operatur domestiku ma għandux deliberatament jipprovdi servizz tar-roaming ta’ kwalità inferjuri. Dan ifisser li, pereżempju, jekk konsumatur għandu konnettività tal-4G f’pajjiżu, ma għandux jiġi mġiegħel juża t-3G meta jkun qiegħed roaming meta l-4G ikun disponibbli fil-pajjiż fejn il-konsumatur qiegħed iżur.

Parti mill-problema hija infrastruttura lokali fqira, u huwa għalhekk li l-UE għandha tkun lesta li tinvesti f’infrastruttura sabiex timla l-lakuni eżistenti u tiżgura li ma jkun hemm l-ebda “żona bajda”, jiġifieri reġjuni li ma għandhomx kopertura adegwata tal-internet bil-broadband, li ħafna minnhom jinsabu f’żoni rurali u li jiskoraġġixxu r-residenti u n-negozji potenzjali.

Barra minn hekk, il-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi mitlub li jintbagħtu twissijiet multipli lill-konsumaturi sabiex dawn jiġu protetti minn ħasdiet bil-kont. Meta l-konsumaturi jkunu qed joqorbu lejn il-limiti tal-abbonamenti tagħhom, l-operatur għandu jibqa’ jwissi lill-konsumaturi kull darba li jiġi kkunsmat il-volum stabbilit fit-twissija preċedenti, b’mod partikolari waqt l-istess telefonata jew sessjoni ta’ użu tad-data.

Fl-aħħar nett, il-KESE jirrimarka li l-kwistjoni tal-użu ġust hija kruċjali. Għalkemm il-kuntratti kollha tal-komunikazzjoni mobbli jsemmu użu ġust b’rabta mar-roaming, il-KESE jiddispjaċih li r-Regolament jonqos milli jiddefinixxih. Bil-pandemija tal-COVID-19, in-nies saru jiddependu ħafna fuq l-attivitajiet online u l-użu ġust ħa tifsira kompletament ġdida. Il-KESE jsostni li dan huwa sinifikanti għal studenti tal-Erasmus li jattendu università barra minn pajjiżhom, li jsegwu lezzjonijiet fuq Teams, Zoom jew fuq xi pjattaforma oħra. Dawn l-applikazzjonijiet jużaw ħafna data, u għalhekk l-istudenti malajr jilħqu l-limitu massimu tagħhom ta’ kull xahar. Ikun ġust li l-persuni f’sitwazzjoni simili jkollhom l-istess limitu fil-pajjiż fejn ikunu qegħdin iżuru daqs kemm għandhom f’pajjiżhom. (dm)

 

Il-KESE jappoġġja politika kummerċjali tal-UE miftuħa, sostenibbli u assertiva

L-istrateġija kummerċjali l-ġdida mnedija mill-Kummissjoni toffri prinċipji ta’ impenn li se jappoġġjaw lill-UE fil-kisba tal-objettivi tal-politika interna u esterna. Barra minn hekk, il-modernizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) se tkun fundamentali biex jinkisbu riżultati għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Read more in all languages

L-istrateġija kummerċjali l-ġdida mnedija mill-Kummissjoni toffri prinċipji ta’ impenn li se jappoġġjaw lill-UE fil-kisba tal-objettivi tal-politika interna u esterna. Barra minn hekk, il-modernizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) se tkun fundamentali biex jinkisbu riżultati għall-ġenerazzjonijiet futuri.

“Jeħtieġ li jkollna approċċ ċar, inkunu miftuħa u assertivi, sabiex intejbu l-involviment tal-partijiet interessati fil-politika kummerċjali peress li n-narattiva tal-kummerċ internazzjonali qiegħda tinbidel”, qal Timo Vuori, relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar ir-rieżami tal-politika kummerċjali.

Issa huwa ż-żmien li l-Ewropa twarrab l-inġenwità u tadotta profil aktar assertiv meta l-UE tiddefendi b’mod unilaterali l-valuri u l-impenji kummerċjali proprji. Fejn id-WTO ma tistax taġixxi jew twettaq bis-sħiħ, l-UE għandha tkun tista’ sserraħ fuq firxa wiesgħa ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li jirriflettu l-prinċipji Ewropej u l-istandards internazzjonali kondiviżi ma’ ekonomiji ewlenin u emerġenti fil-kummerċ internazzjonali.

Kif isostni l-korelatur tal-Opinjoni, Christophe Quarez, “Il-ħidma kollha jeħtieġ li titqiegħed fil-kuntest tal-multilateriżmu u r-riforma tad-WTO”.

Il-KESE jaqbel li l-modernizzar tad-WTO hija prijorità ewlenija. L-UE jeħtiġilha għalhekk tieħu rwol ta’ tmexxija fir-riformi ambizzjużi tad-WTO billi tkisser it-tabùs dwar l-aspetti soċjali u klimatiċi tal-kummerċ.

Politika kummerċjali li tagħti riżultati lin-nies

Il-KESE jilqa’ l-aġenda tal-kummerċ, li twieġeb għal uħud mit-tħassib tal-partijiet interessati. Madankollu, hija ma tqisx sew kif jista’ jittejjeb l-involviment tas-soċjetà ċivili.

Il-Kumitat jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni kontinwa mas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u tal-UE, u li jiġi żgurat li l-politika kummerċjali żżid il-valur għall-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Is-soċjetà ċivili saret imsieħeb attiv fil-politika kummerċjali, mit-tfassil sal-monitoraġġ tal-għodod u l-ftehimiet kummerċjali.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ li l-UE jkollha rwol attiv fit-tfassil tar-regoli globali għal kummerċ aktar sostenibbli u ġust li jwassal għal prosperità u sigurtà mhux biss għall-imsieħba kummerċjali iżda wkoll għall-pajjiżi u l-poplu tagħhom. (at)

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir l-ewwel laqgħa tiegħu mal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Arġentina

Din l-ewwel laqgħa bejn il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Arġentina u l-KESE, organizzata mis-Sezzjoni REX, tmexxiet minn Christa Schweng, il-President tal-KESE, u Gustavo Beliz, il-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Arġentina.

Read more in all languages

Din l-ewwel laqgħa bejn il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Arġentina u l-KESE, organizzata mis-Sezzjoni REX, tmexxiet minn Christa Schweng, il-President tal-KESE, u Gustavo Beliz, il-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Arġentina.

Fil-kummenti tal-ftuħ tiegħu, il-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Arġentina, Gustavo Beliz, ġabar fil-qosor l-ewwel mitt jum tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali li għadu kif ġie stabbilit u qal:

“Fil-kunsill tagħna, inlaqqgħu flimkien nies b’fehmiet differenti ħafna, inklużi fehmiet ideoloġiċi differenti ferm, esperjenzi tal-ħajja tassew diversi u firxa wiesgħa ta’ sfondi soċjali. Din id-diversità hija l-akbar assi tal-kunsill. F’dawn l-ewwel mitt jum, urejna rispett kbir u impenjajna ruħna bis-sħiħ fil-ħidma tagħna. Nixtiequ nkomplu f’dan l-ispirtu flimkien mal-KESE, u għalhekk ninsabu verament kuntenti li għandna din l-opportunità.”

Christa Schweng, il-President tal-KESE, ferħet lill-Arġentina għat-twaqqif ta’ istituzzjoni li tippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jesprimu l-fehmiet tagħhom u jressqu proposti ta’ politika. “Ninsabu kuntenti ferm dwar il-fatt li l-Arġentina waqqfet kunsill ekonomiku u soċjali li se jiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin bħall-inklużjoni soċjali, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, ix-xogħol, id-demokrazija innovattiva u s-sigurtà tal-ikel. L-Arġentina hija pajjiż li miegħu nikkondividu ħafna valuri u interessi, inkluż il-fehim tal-importanza tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.”

’Il fuq minn 90 membru miż-żewġ partijiet, li jirrappreżentaw diversi setturi, attendew il-laqgħa u pparteċipaw f’diskussjoni vivaċi li kopriet firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet u strateġiji. Id-dibattitu ffoka fuq il-prijoritajiet għall-irkupru wara l-COVID-19, il-Patt Ekoloġiku tal-UE, l-edukazzjoni u l-impjiegi tal-ġejjieni u fuq l-impatt ta’ teknoloġiji ġodda fuq is-suq tax-xogħol.

Iż-żewġ organizzazzjonijiet enfasizzaw l-importanza tal-kunsilli għall-bini ta’ kunsens u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq id-demokrazija parteċipattiva ħalli b’hekk jiġu indirizzati l-problemi tas-soċjetà. (at)

Id-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni jeħtieġ li tkun ankrata fil-politika estera tal-UE

Il-bini ta’ sħubijiet ta’ talent mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu hija politika ewlenija biex nindirizzaw il-migrazzjoni. L-Ewropa għandha ċċaqlaq il-fokus tad-dimensjoni esterna tal-politika dwar il-migrazzjoni b’mod li din tkun parti minn aġenda ġeopolitika u ġeoekonomika usa’, fil-post li jitstħoqqilha fost il-politiki l-oħrajn.

Read more in all languages

Il-bini ta’ sħubijiet ta’ talent mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu hija politika ewlenija biex nindirizzaw il-migrazzjoni. L-Ewropa għandha ċċaqlaq il-fokus tad-dimensjoni esterna tal-politika dwar il-migrazzjoni b’mod li din tkun parti minn aġenda ġeopolitika u ġeoekonomika usa’, fil-post li jitstħoqqilha fost il-politiki l-oħrajn.

“Illum qed nitkellmu dwar kif il-ġeopolitika tolqot il-migrazzjoni. Il-mewġa kbira li jmiss ta’ migranti lejn l-Ewropa se tkun ġejja mill-Afrika”, enfasizza l-president tas-Sezzjoni REX Dimitris Dimitriadis fil-laqgħa li saret f'Lulju 2021.

Minn Jannar 2020, madwar 23 miljun persuna mill-447 miljun persuna li jgħixu fl-UE huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u jirrappreżentaw 5 % tal-popolazzjoni Ewropea.

Filwaqt li l-patt ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil għadu jippromovi sħubijiet ta’ talent mal-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, jidher li hemm imblokki li jipprevjenu l-implementazzjoni effettiva tiegħu.

Jean-Louis De Brower mill-programm għall-Affarijiet Ewropej fl-Istitut Egmont qal li probabbilment hemm nuqqas ta’ fiduċja u solidarjetà fir-rigward tal-patt il-ġdid.

Estrella Gallan, li tirrappreżenta l-Kummissjoni Spanjola għar-Refuġjati, irrimarkat ukoll li l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u l-ażil huma f'idejn il-pajjiżi ta’ dħul, u għandhom jiġu indirizzati b’mod aktar proporzjonat, abbażi ta’ responsabbiltà kondiviża u solidarjetà.

Il-politika tal-iżvilupp fl-Afrika tista’ twaqqaf il-migrazzjoni illegali

Kontribut pożittiv għall-iżvilupp fl-Afrika, li hija vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, jista’ jġib stabbiltà soċjali, politika u ekonomika.

Fil-fehma tal-MEP Pierrette Herzberger-Fofana, l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew, “Il-politiki tal-iżvilupp huma intrinsikament marbuta mal-migrazzjoni.

Flimkien ma’ dan, Dr Chiyoge B. Sifa, mill-Alleanza Kooperattiva Internazzjonali għar-reġjun tal-Afrika, enfasizzat l-importanza tas-sħubija bejn l-ICA u l-UE, li għandha rwol sinifikanti biex tiskoraġġixxi liż-żgħażagħ milli jaqbdu r-rotot għall-Mediterran. (at)

L-impjegaturi u t-trade unions jissieħbu mal-NGOs: it-tħejjija għat-tibdil fil-klima issa hija urġenti

L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima hija pass kruċjali lejn il-kisba tan-newtralità u r-reżiljenza klimatika sal-2050. Is-soċjetà ċivili Ewropea tappoġġja bis-sħiħ l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima, il-bini tar-reżiljenza, il-prevenzjoni u t-tħejjija.

Read more in all languages

L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima hija pass kruċjali lejn il-kisba tan-newtralità u r-reżiljenza klimatika sal-2050. Is-soċjetà ċivili Ewropea tappoġġja bis-sħiħ l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima, il-bini tar-reżiljenza, il-prevenzjoni u t-tħejjija.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar l-istrateġija l-ġdida, adottata fis-sessjoni plenarja f'Lulju, il-KESE enfasizza li l-adattament, bl-ekwità fil-qalba tiegħu, huwa kritiku għall-protezzjoni tal-ħajja u l-għajxien taċ-ċittadini Ewropej, speċjalment dawk tal-aktar vulnerabbli, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Il-KESE għalhekk jenfasizza l-ħtieġa għal enfasi ugwali fuq il-mitigazzjoni u l-adattament tal-finanzjament, kif ukoll linji gwida speċifiċi dwar l-adattament, għodod ta ’monitoraġġ, punti ta’ riferiment u indikaturi. Għodod bħal dawn jgħinu biex jipprovdu trasparenza, u jivvalutaw il-progress tal-adattament għall-klima, filwaqt li jibnu l-kapaċità lokali, nazzjonali u reġjonali.

Il-bijoekonomija u t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari huma approċċi essenzjali u konkreti għall-adattament tal-klima hekk kif l-Ewropa qed tirkupra.

“Jeħtieġ li l-UE tippermetti u tenfasizza aktar l-importanza tal-innovazzjoni, l-investiment u l-kummerċ li jtejbu l-iżvilupp sostenibbli. L-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ispejjeż marbuta miegħu għandhom ikunu wkoll parti integrali mill-istrateġija industrijali tal-UE,” qal Dimitris Dimitriadis, ir-relatur tal-KESE għal din l-Opinjoni.

Sabiex l-Unjoni tkun istituzzjoni globali li tistabbilixxi l-istandards fil-qasam tal-finanzi sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miri ambizzjużi u ssegwi l-prinċipji bbażati fuq ix-xjenza u n-newtralità teknoloġika, inkluż fit-Tassonomija tal-UE. (mr)

 

It-trasport multimodali tal-merkanzija: ejja nagħmluh realtà!

Read more in all languages

It-trasport tal-merkanzija permezz ta’ kombinazzjoni ta’ transport fuq l-art u bl-ilma se jkun aktar faċli fl-Ewropa ladarba jiġu solvuti l-problemi li jaffettwaw l-intermodalità. Fl-Opinjoni mfassla minn Stefan Back u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Lulju, il-Kumitat jinnota li n-nuqqas ta’ interoperabbiltà u l-infrastruttura fqira iħallu effett qawwi fuq l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija integrat, u ħafna drabi dan ma jħalli l-ebda għażla oħra lill-operaturi ħlief li jużaw it-trasport bit-triq. Dan min-naħa tiegħu jħalli effett indirett negattiv fuq l-ambjent.

Huwa u jikkummenta dwar l-adozzjoni tal-Opinjoni, is-Sur Back indika li l-UE teħtieġ approċċ prammatiku u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi minn perspettiva regolatorja: “Jeħtieġ li l-kwistjonijiet pendenti nindirizzawhom b’mod dirett u nsolvuhom malajr. It-trasport multimodali u l-loġistika jridu jkunu effiċjenti u sostenibbli, u mhux aktar għaljin, inqas rapidi u inqas affidabbli, b’mod partikolari, mit-trasport bit-triq unimodali. Soluzzjoni vijabbli fit-tul ma tistax tinbena sempliċiment billi jiġi stabbilit qafas regolatorju ddedikat ġdid jew jiġu injettati riżorsi finanzjarji ġodda.”

Bħalissa, it-trasport multimodali tal-merkanzija huwa nieqes mill-effiċjenza u s-sostenibbiltà. Illum il-ġurnata, il-kombinazzjoni ta’ modi differenti ta’ trasport bl-ilma u fuq l-art tinvolvi spejjeż konsiderevoli minħabba l-ispejjeż tat-trasbord u tat-tranżazzjoni, minbarra żvantaġġi bħall-ħinijiet twal tal-konsenja, il-kumplessità, riskju ogħla u inqas affidabbiltà. Fid-dawl ta’ dan kollu, it-trasport multimodali bħalissa ma tantx huwa attraenti. Sabiex jaqdi r-rwol sħiħ tiegħu fis-sistema tat-trasport, it-trasport multimodali jrid isir kompetittiv fih innifsu u jikseb flussi effiċjenti u mingħajr interruzzjonijiet bl-istess prezz bħat-trasport unimodali. (mp)

 

Il-KESE jappella għall-implimentazzjoni rapida tas-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u spazjali

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Pjan ta’ azzjoni propost tal-UE dwar is-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u spazjali. Il-pjan ta’ azzjoni jista’ jsaħħaħ l-awtonomija strateġika u s-sovranità teknoloġika tal-Ewropa, itejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini u jagħti spinta lill-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Għaldaqstant, il-KESE jitlob għall-implimentazzjoni rapida, qawwija u ambizzjuża tal-11-il azzjoni mniżżlin fil-Pjan.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Pjan ta’ azzjoni propost tal-UE dwar is-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u spazjali. Il-pjan ta’ azzjoni jista’ jsaħħaħ l-awtonomija strateġika u s-sovranità teknoloġika tal-Ewropa, itejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini u jagħti spinta lill-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Għaldaqstant, il-KESE jitlob għall-implimentazzjoni rapida, qawwija u ambizzjuża tal-11-il azzjoni mniżżlin fil-Pjan.

Il-KESE adotta Opinjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni għas-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża, u spazjali, fejn esprima l-fehma tiegħu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li huwa maħsub biex itejjeb is-sinerġiji bejn l-istrumenti ffinanzjati mill-UE, filwaqt li jiffaċilita l-arrikkament reċiproku bejn l-industriji ċivili, tad-difiża, u spazjali.

Waħda mill-aktar innovazzjonijiet importanti u dejjiema fl-industrija tal-karozzi bdiet fl-industrija tad-difiża hawnhekk fl-Ewropa. Wara li ħadem fuq sedili li jisparaw ’il barra f’ajruplani tal-ġlied għal kumpanija ajrunawtika Ewropea, Nils Ivar Bohlin, inġinier mekkaniku Żvediż, iddiżinja ċinturin tas-sikurezza ġdid għal kumpanija Ewropea tal-karozzi. Ispirat mill-arness użat mill-piloti tal-ġettijiet, iċ-ċinturin tas-sigurtà bi tliet punti sar standard globali fl-industrija tal-karozzi u salva aktar minn miljun ħajja mill-introduzzjoni tiegħu.

Il-KESE jqis il-Pjan ta ’Azzjoni bħala pilastru fl-istrateġija industrijali tal-UE, u dan l-eżempju juri kif jista’ jiżgura arrikkament reċiproku bejn l-industriji ċivili, tad-difiża, u spazjali u jista’ jiffoka fuq it-titjib tar-rabta kruċjali bejn l-ispazju, id-difiża u s-sigurtà.

"Fost affarijiet oħra, prijorità ewlenija minnhom għandha tkun l-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali ġodda u teknoloġiji emerġenti oħra fid-difiża u s-sigurtà", qal ir-relatur għall-Opinjoni, Manuel Garcia Salgado. “Biex dan jiġi ffaċilitat, għandu jiġi żgurat li l-inizjattivi ċivili rilevanti jieħdu kont mill-bidu nett tar-rekwiżiti ta’ difiża u sigurtà; dan jgħin ukoll biex jiġu ottimizzati l-ambitu u l-effiċjenza ta’ strumenti ta' finanzjament speċifiċi għad-difiża u għas-sigurtà.”

Id-diversità hija essenzjali għall-innovazzjoni, inkluż fl-industriji tad-difiża u spazjali. Il-KESE għalhekk jitlob għal inklużjoni akbar ta’ nisa u żgħażagħ, permezz ta’ politiki ta’ reklutaġġ, żamma tal-persunal u promozzjoni.

“L-Ewropa llum hija mexxejja globali fit-teknoloġija, iżda din it-tmexxija qed tiġi sfidata dejjem aktar b’investiment massiv mill-Istati Uniti u ċ-Ċina f'teknoloġiji diġitali ġodda u oħrajn emerġenti bħal IA, IoT, Blockchain, eċċ.”, kgħid il-korelatur, Jan Pie. “Dan jisfida l-kompetittività tal-Ewropa, iżda wkoll l-awtonomija tagħha f’setturi strateġiċi bħas-sigurtà jew id-difiża.”

“Is-suġġett huwa definittivament eżempju ta’ kif tista’ tfittex il-kisba ta’ sovranità teknoloġika b'saħħitha u mhux aggressiva”, jgħid Pietro de Lotto, president tal-Kummissjoni Konsultattiva tal-KESE dwar il-Bidla Industrijali. (ks)

 

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE jappella għal Att dwar id-diġitalizzazzjoni taż-żoni rurali

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fil-laqgħa straordinarju tiegħu ta’ Lulju, il-Grupp ta’ Min Iħaddem ħeġġeġ lill-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski, jipproponi Att dwar id-diġitalizzazzjoni taż-żoni rurali.

Att dwar id-diġitalizzazzjoni taż-żoni rurali għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u ż-żoni rurali, b’hekk tittejjeb l-effettività tal-Politika Agrikola Komuni u l-appoġġ tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u l-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fil-laqgħa straordinarju tiegħu ta’ Lulju, il-Grupp ta' Min Iħaddem ħeġġeġ lill-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski, jipproponi Att dwar id-diġitalizzazzjoni taż-żoni rurali.

Att dwar id-diġitalizzazzjoni taż-żoni rurali għandu jiffaċilita l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura u ż-żoni rurali, b’hekk tittejjeb l-effettività tal-Politika Agrikola Komuni u l-appoġġ tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u l-istrateġija mill-Għalqa sal-Platt.

“Il-kriżi tal-COVID-19 uriet li huwa imperattiv li jingħalaq id-distakk diġitali urban-rurali jekk irridu li d-diġitalizzazzjoni tkun lieva ġenwina għall-iżvilupp sostenibbli fil-kontinent tagħna. L-introduzzjoni tal-fibra u tal-5G huma kruċjali kemm fil-bliet kif ukoll fiż-żoni rurali”, qal il-Viċi President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem Arnold Puech d'Alissac. “Madankollu, il-PAK ma tistax tiffinanzja l-ħtiġijiet kollha taż-żoni rurali, inklużi l-ħtiġijiet diġitali tagħhom. Jeħtieġ li jiġu mobilizzati baġits oħra, sabiex ma jiġux eżawriti l-fondi tal-PAK”, huwa żid jgħid. “Il-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jistgħu jgħinu sabiex jingħalaq id-distakk”, madankollu jeħtieġ li jkollna pjan aktar strutturat, huwa tenna jgħid.

Il-Kummissarju qal li d-diġitalizzazzjoni hija fuq nett tal-aġenda tal-Kummissjoni, u din ġiet riflessa kemm fl-ambizzjoni l-kbira għall-era diġitali, u aktar reċenti fil-proposta għal Kumpass għad-Deċennju Diġitali.

“Id-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u ż-żoni rurali tista’ titqies bħala instrumentali, li mhux biss issaħħaħ il-kompetittività tas-settur u tal-komunitajiet rurali, iżda tikkontribwixxi wkoll għal bosta objettivi ta’ politika relatati mas-sostenibbiltà. Dan jinkludi, bla dubju, is-sostenibbiltà ambjentali u soċjoekonomika”, qal il-Kummissarju, filwaqt li rrimarka kif it-teknoloġiji diġitali jistgħu jittrasformaw lill-agrikoltura billi jgħinu lill-bdiewa jaħdmu b’mod aktar preċiż, effiċjenti u sostenibbli, pereżempju, bl-użu ta’ nutrijenti u permezz ta’ miżuri favur it-trattament xieraq tal-annimali.

L-Ewropa rurali għandha rwol fundamentali f’din is-sejħa ġdida ta’ wara l-pandemija għall-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà, f’konformità mal-istrateġiji proposti mill-Kummissjoni Ewropea (Tibdil fil-Klima, il-Patt Ekoloġiku tal-UE, Mill-Għalqa sal-Platt, il-Bijodiversità), kif ukoll mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU. Is-settur agroalimentari huwa l-mutur tal-ekonomija Ewropea. L-UE għandha 294 000 kumpanija agroalimentari, li jiġġeneraw fatturat ta’ EUR 1,192 biljun u jimpjegaw 4,72 miljun ruħ, u dan jagħmlu l-akbar settur tal-manifattura fl-UE. Is-settur agroalimentari jibbenefika wkoll minn surplus kummerċjali estern ta’ valur ta’ EUR 36 biljun.

“Il-KESE jappoġġja l-potenzjal kbir tal-innovazzjoni, dment li jiġu allokati riżorsi biżżejjed għall-investiment fl-infrastruttura u għad-diġitalizzazzjoni. Il-bdiewa Ewropej huma lesti li jimpenjaw ruħhom għat-tranżizzjonijiet, iżda huma mhux se jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr inċentivi adegwati, mingħajr kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni mal-prodotti importati u mingħajr l-appoġġ għar-reżiljenza”, qal Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem.

Globalment, id-diġitalizzazzjoni hija fattur importanti li żżomm lill-ġenerazzjonijiet iżgħar, inklużi l-bdiewa żgħażagħ u imprendituri oħra, fiż-żoni rurali. “Il-passi li nieħdu fis-snin li ġejjin jridu jittieħdu flimkien. Bħala impjegaturi u imprendituri, it-tmexxija u l-inizjattiva tagħkom se jkunu imprezzabbli fit-triq li nieħdu. Ninsab ħerqan li naħdem mill-viċin magħkom, u konvint li nistgħu niksbu l-għan kondiviż tagħna għal Ewropa għanja u sostenibbli”, żid jgħid il-Kummissarju.

Il-laqgħa kollha mal-Kummissarju Wojciechowski tinsab hawnhekk: https://www.youtube.com/watch?v=nAPQvk8wGXE (dv/kr)

 

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: tamiet u riskji għal futur li jista’ jintemm kmieni wisq

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija tassew okkażjoni speċjali, mument kruċjali għat-tiswir tant meħtieġ ta’ sfera pubblika Ewropea ġenwina. Li jintlaħqu ċ-ċittadini, l-involviment tas-soċjetà ċivili, tat-trade unions, u tal-organizzazzjonijiet tan-negozju huwa fundamentali għas-suċċess tagħha. Il-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi, li jvarjaw mid-demokrazija Ewropea għall-ġustizzja soċjali, mill-impjiegi għall-ambjent, mill-migrazzjoni għat-tibdil fil-klima, huma sfidi ewlenin tal-preżent u tal-futur għall-kontinent tagħna u għall-pajjiżi tagħna.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija tassew okkażjoni speċjali, mument kruċjali għat-tiswir tant meħtieġ ta’ sfera pubblika Ewropea ġenwina. Li jintlaħqu ċ-ċittadini, l-involviment tas-soċjetà ċivili, tat-trade unions, u tal-organizzazzjonijiet tan-negozju huwa fundamentali għas-suċċess tagħha. Il-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi, li jvarjaw mid-demokrazija Ewropea għall-ġustizzja soċjali, mill-impjiegi għall-ambjent, mill-migrazzjoni għat-tibdil fil-klima, huma sfidi ewlenin tal-preżent u tal-futur għall-kontinent tagħna u għall-pajjiżi tagħna.

Din l-aġenda ambizzjuża bir-raġun toħloq aspettattivi. Madankollu, it-tama hija xabla li taqta’ miż-żewġ naħat, u jekk dawn it-temi l-kbar ma jiġux trasformati f’dibattiti reali u proposti prattiċi, u ma jirnexxilhomx jinvolvu liċ-ċittadini lil hinn mill-bużżieqa ta’ Brussell u jinvolvu liċ-ċittadini u lill-ħaddiema madwar l-Ewropa fi djalogu, it-tama malajr tista’ tinbidel f’diżappunt. Dan jirriskja li jżid il-klima ta’ skuntentizza li tirriżulta miż-żieda fl-estremiżmu u l-populiżmu. Id-diskussjoni politika hija proċess twil, b’mod partikolari jekk iċ-ċittadini ordinarji jintalbu jiddiskutu kwistjonijiet kumplessi ħafna. Għalkemm din, għal darb’oħra, hija opportunità, il-perjodu qasir previst għall-Konferenza kollha, u l-kontenut fil-qosor li kien disponibbli s’issa, li huwa limitat għal deskrizzjoni qasira tas-sessjoni plenarja inawgurali, iwissuna li hemm ir-riskju li l-Konferenza tintemm mingħajr ma jkun inkiseb ħafna għajr serje ta’ ideat u dikjarazzjonijiet ġenerali.

Parti fundamentali tal-Konferenza huma l-panels taċ-ċittadini Ewropej, li ntgħażlu b’mod każwali miċ-ċittadini minn madwar l-Istati Membri sabiex ikunu kampjun rappreżentattiv taċ-ċittadinanza tagħna. Madankollu, għalkemm l-ewwel panel se jsir f’Settembru, għad ma hemmx informazzjoni dwar x’se jiġi diskuss eżattament, peress li r-riżultati tal-ewwel rapport interim, li sar minn kuntrattur estern abbażi ta’ kontributi online, għadu ma ġiex ippubblikat. Dan bla dubju għandu l-potenzjal li jġib ideat esterni fid-diskussjoni politika, iżda jippreżenta wkoll riskju li jiġu diskussi kwistjonijiet wisq differenti jew li jiġu injorati oħrajn fundamentali, skont il-parteċipazzjoni online fix-xhur ta’ qabel u l-kriterji tal-kuntrattur estern. Peress li t-tmiem tal-Konferenza huwa f’Marzu, u hemm skedati tliet laqgħat biss għal kull panel, hemm riskju serju ta’ dissipazzjoni. Kwistjoni fundamentali oħra, b’mod partikolari min-naħa rappreżentattiva tal-proċess politiku, hija dik tal-Gruppi ta’ Ħidma Plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-plenarji, li fihom se jkunu involuti l-membri tal-KESE. Qiegħed joqrob il-jum meta dawn għandhom jinbnew, iżda ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli ħlief it-titoli tal-gruppi.

Sabiex jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tagħha u jkollha impatt lil hinn mill-bużżieqa ta’ Brussell, il-Konferenza jeħtiġilha tiżviluppa pożizzjonijiet u proposti tanġibbli, u tippermetti li jkun hemm diskussjoni u kollaborazzjoni bejn in-naħa rappreżentattiva u dik parteċipattiva tad-demokrazija. Bħala trejdjunjonisti, se nagħmlu l-almu tagħna biex dan iseħħ, u biex niżguraw li ċ-ċittadini u l-ħaddiema jitpoġġew l-ewwel, iżda għal dan jeħtieġ li l-fluss tal-informazzjoni jkun aktar trasparenti, u jeħtieġ li jingħata aktar ħin. (ppr)

Is-settur bankarju u finanzjarju għar-rikostruzzjoni u l-irkupru sostenibbli wara l-COVID-19

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Il-Kummissarju Mairead McGuinness ipparteċipat fl-aħħar laqgħa straordinarja tal-Grupp Diversità Ewropa biex tiddibatti r-rwol tal-finanzi u tal-banek fl-irkupru tal-Ewropa.

Fid-diskors ta’ merħba tiegħu, il-president tal-Grupp Diversità Ewropa, Séamus Boland, irrakkomanda li jiġi kkunsidrat ir-rwol li sistemi bankarji konvenzjonali u alternattivi jistgħu jaqdu fl-irkupru finanzjarju, speċjalment għal negozji għar b’għan soċjali, is-settur tal-ekonomija soċjali u l-SMEs. Il-president tal-Grupp jara li hemm ħtieġa għal bidla lejn sistemi finanzjarji u bankarji li jqisu aktar l-għażliet u l-preferenzi taċ-ċittadini.

Read more in all languages

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Il-Kummissarju Mairead McGuinness ipparteċipat fl-aħħar laqgħa straordinarja tal-Grupp Diversità Ewropa biex tiddibatti r-rwol tal-finanzi u tal-banek fl-irkupru tal-Ewropa.

Fid-diskors ta’ merħba tiehgħu, il-president tal-Grupp Diversità Ewropa, Séamus Boland, irrakkomanda li jiġi kkunsidrat ir-rwol li sistemi bankarji konvenzjonali u alternattivi jistgħu jaqdu fl-irkupru finanzjarju, speċjalment għal negozji għar b’għan soċjali, is-settur tal-ekonomija soċjali u l-SMEs. Il-president tal-Grupp jara li hemm ħtieġa għal bidla lejn sistemi finanzjarji u bankarji li jqisu aktar l-għażliet u l-preferenzi taċ-ċittadini.

Il-Kummissarju għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali rrimarkat li r-rwol tas-sistema finanzjarja fl-irkupru kien kruċjali għal futur sostenibbli. Il-pandemija u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima qajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa biex il-flus jiġi dirett mill-ġdid lejn is-sostenibbiltà, sabiex l-ekonomiji, in-negozji u s-soċjetà jsiru aktar reżiljenti għal xokkijiet.

Il-Kummissarju qalet li l-pandemija ġabet magħha aċċellerazzjoni kbira fid-diġitalizzazzjoni, partikolarment fis-sistema finanzjarja. “L-istabbiltà finanzjarja hija kruċjali. Qed inħarsu b’attenzjoni lejn dawn l-innovazzjonijiet, li huma pożittivi, iżda bl-istess mod irridu nimmaniġġjaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-innovazzjoni u niżguraw li nipproteġu liċ-ċittadini”, hija spjegat.

Numru ta’ membri tkellmu waqt id-dibattitu mal-Kummissarju. Ioannis Vardakastanis, viċi president tal-Grupp, wissa: "Mhux ħa jkollna rkupru ekonomiku jew soċjali fl-Ewropa jekk l-atturi finanzjarji u bankarji ma jaħdmux flimkien fl-interess tal-ekonomija u tas-soċjetà kollha kemm hi".

Fir-rigward id-diġitalizzazzjoni tas-settur finanzjarju, Giuseppe Guerini, il-kelliem għall-kategorija tal-Ekonomija Soċjali tal-KESE, qal li kien importanti li jinstab bilanċ bejn ir-regolazzjoni neċessarja u l-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni.

Hi u twieġeb il-ħafna mistoqsijiet li għamlulha l-membri, il-Kummissarju McGuinness qalet fost affarijiet oħra li l-Kummissjoni qed taħdem ħafna biex tiġi evitata kriżi finanzjarja minħabba l-pandemija. Kien importanti li tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ self improduttiv fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek. Il-finanzjament tal-irkupru jeħtieġ li jqis il-punti ta’ tluq differenti, peress li l-impatt tal-COVID-19 ivarja. (jk)

Soon in the EESC/Cultural events

Pubblikazzjoni ġdida: It-tiswir tal-Ewropa – Kisbiet reċenti tal-KESE – edizzjoni 2021

Mill-bidu nett tal-pandemija, il-KESE kien qed jaqdi rwol attiv fit-tiswir tal-politiki relatati mar-rispons ad hoc għall-COVID-19 u biex tingħeleb il-kriżi. B’mod parallel, il-Kumitat żamm approċċ fit-tul u li jħares ’il quddiem, fejn ħadem biex iħejji l-ekonomiji u s-soċjetajiet għar-realtà ta’ wara l-COVID-19. Din il-pubblikazzjoni toffri eżempji speċifiċi tal-azzjonijiet u l-inizjattivi reċenti tagħna li għamlu differenza, u li kellhom impatt fuq it-tiswir tal-Ewropa.

Dan il-fuljett huwa disponibbli f’sitt lingwi (EN, FR, DE, IT, ES u PL) fuq is-sit web tal-KESE: https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/publications-other-work/publications/shaping-europe-recent-eesc-achievements-2021-edition.

Kopji stampati jistgħu jinkisbu mingħand vipcese@eesc.europa.eu. (fgr)

Read more in all languages

Mill-bidu nett tal-pandemija, il-KESE kien qed jaqdi rwol attiv fit-tiswir tal-politiki relatati mar-rispons ad hoc għall-COVID-19 u biex tingħeleb il-kriżi. B’mod parallel, il-Kumitat żamm approċċ fit-tul u li jħares ’il quddiem, fejn ħadem biex iħejji l-ekonomiji u s-soċjetajiet għar-realtà ta’ wara l-COVID-19. Din il-pubblikazzjoni toffri eżempji speċifiċi tal-azzjonijiet u l-inizjattivi reċenti tagħna li għamlu differenza, u li kellhom impatt fuq it-tiswir tal-Ewropa.

Dan il-fuljett huwa disponibbli f’sitt lingwi (EN, FR, DE, IT, ES u PL) fuq is-sit web tal-KESE: https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/publications-other-work/publications/shaping-europe-recent-eesc-achievements-2021-edition.

Kopji stampati jistgħu jinkisbu mingħand vipcese@eesc.europa.eu. (fgr)

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Amalia Tsoumani (at)
Aude Francois (af)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Fabiola Giraldo Restrepo  (fgr)
Jasmin Kloetzing (jk)
June Bedaton (jb)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Magdalena Walczak Jarosz (mwj)
Nicola Accardo (na)
Pablo Ribera Paya (prp)
Sveto Trajkovski (st)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Katerina Serifi (ks)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
 

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

September 2021
08/ 2021

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram