L-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata għadu ’l bogħod milli jkun sodisfaċenti fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, il-KESE wissa fil-konferenza annwali tal-Grupp tas-Semestru Ewropew tiegħu, li saret mill-bogħod fil-31 ta’ Mejju.

Il-konferenza dwar Nibnu Ewropa reżiljentri – Is-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza rat kontributi minn kelliema ewlenin mill-istituzzjonijiet tal-UE, il-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali Nazzjonali, il-gruppi ta’ riflessjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE. Iffokat fuq tliet suġġetti: l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (NRRPs), it-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija Ewropea ekoloġika, diġitali u sostenibbli u l-limplimentazzjoni tal-PIlastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Il-President tal-Kumitat Christa Schweng fetħet id-dibattitu billi enfasizzat l-isfida li nittrasforma din il-kriżi f’sensiela ta’ possibilitajiet ġodda. Sfida partikolari hija li jiġi sfruttat b’suċċess il-potenzjal tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: “Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux sehem f’konsultazzjoni suffiċjenti mas-soċjetà ċivili organizzata, jew għamlu dan tard wisq”, innotat is-Sinjura Schweng. “Is-sitwazzjoni issa hija sensiela ta’ Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza li jvarjaw mhux ħażin fil-kwalità u l-metodoloġija u qed niġu fid-dubju dawn il-pjani humiex qed jilħqu l-ħtiġijiet fuq il-post”.

Tiziano Treu, President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tal-Italja (CNEL), qal li r-rwol tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kien li toffri forma ġdida ta’ governanza Ewropea, li trid tiġi simplifikata u tkun iktar effettiva, u trid tinkludi regoli xierqa biex jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata.

Il-Viċi President tal-Grupp tas-Semestru Ewropew, Luca Jahier, qal: “”Pilastru taċ-Ċittadini” iktar b’saħħtu, li jinkludi s-soċjetà ċivili organizzata u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, f’allenza mal-parlament nazzjonali, se jkun kruċjali biex jiġi żgurat li l-proċessi ta’ riformi u l-investimenti jiġu monitorjati b’mod adatt u jġibu magħhom l-involviment neċessarju tal-partijiet interessati leġittimi”. (na)