European Economic
and Social Committee
L-istabbiliment ta’ Viżjoni Ġdida għall-Futur tal-Ewropa
Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE
Il-futur tal-Ewropa huwa marbut mill-qrib mal-futur tal-industrija tagħha: ambizzjonijiet b’saħħithom jeħtieġu kumpaniji b’saħħithom u innovattivi li għandhom il-mezzi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali filwaqt li tingħata spinta lill-kompettività tal-UE.
Din hija r-raġuni wara l-avveniment ewlieni li l-Grupp ta’ Min Iħaddem organizza fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li għaddejja bħalissa, li fih ġew indirizzati dawn is-suġġetti flimkien ma’ CEOs ta’ kumpaniji innovattivi, membri tal-KESE, rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tan-negozji Ewropej, u bil-parteċipazzjoni speċjali ta’ Herman Van Rompuy, President Emeritus tal-Kunsill Ewropew. Abbażi tad-diskorsi tal-kelliema ewlenin, id-dibattitu tal-panel, il-kummenti u l-mistoqsijiet mill-udjenza, insiltu l-konklużjonijiet li ġejjin:
1. Innisslu tama u ottimiżmu fil-proġett Ewropew: hekk kif il-pandemija qed tkompli tevolvi, il-bini ta’ futur aħjar jista’ jsir biss jekk ikun hemm ukoll il-mentalità intraprenditorjali.
2. Ewropa aktar kompetittiva – insaħħu l-prosperità għall-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur: il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha tikkonċentra l-isforzi kollha tagħha fuq il-kisba ta’ riżultati tanġibbli fil-bini mill-ġdid tal-ekonomija wara l-COVID-19, sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa ssir l-aktar post attraenti fejn wieħed jibda negozju, imexxih u jkabbru.
3. Isir użu sħiħ mill-qafas istituzzjonali attwali: l-UE għandha tagħmel użu sħiħ tal-qafas istituzzjonali eżistenti, sabiex tkun tista’ tikseb il-biċċa l-kbira tal-objettivi tagħha mingħajr ma temenda t-Trattati.
4. It-tneħħija tal-kompartimentazzjonijiet: sħubijiet transsettorjali li jippermettu l-innovazzjoni u t-tkabbir: f’dinja volatili ħafna, il-kapaċità ta’ networking ta’ ħidma lil hinn mill-kompartimentazzjoni, li jiġu ffurmati networks li huma aġli ħafna fil-livell lokali u dak globali fl-ekosistemi diġitali kollha, jirrappreżentaw element ewlieni li jippermetti l-innovazzjoni u t-tkabbir, u li jiġi promoss mudell ta’ tkabbir sostenibbli għall-Ewropa.
5. Kollaborazzjoni bejn il-gvernijiet u l-intrapriżi sabiex nirnexxu fit-tranżizzjoni doppja: sabiex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, jeħtieġ li diversi inizjattivi jingħaqdu f’politika koerenti waħda.
6. Mudelli ta’ negozju sostenibbli ġodda: il-futur tal-Ewropa huwa marbut mill-qrib mal-futur tal-industrija tagħha, u ambizzjonijiet b’saħħithom jeħtieġu kumpaniji b’saħħithom u innovattivi. Il-futur tan-negozji jiddependi fuq il-kapaċità tagħhom li jadattaw u jinnovaw ruħhom permezz ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u aktar sostenibbli.
7. Talent, edukazzjoni u ħiliet adatti għall-futur: L-importanza ta’ ħiliet u edukazzjoni hija responsabbiltà kondiviża ewlenija għall-innovazzjoni fl-ekosistema kollha, u hija kruċjali għall-kompetittività tal-Ewropa u għas-suċċess tagħha fit-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika. Aktar informazzjoni dwar l-avveniment u l-involviment tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa:
Rapport sħiħ: https://europa.eu/!76xuy6
Vidjo tal-avveniment: https://www.youtube.com/watch?v=xd9AWe1W3nE&t=1s
Manifest: “Making the EU Capable of Action” (Nagħmlu lill-UE kapaċi li tieħu azzjoni): https://europa.eu/!qRGjVK
Sit web tal-avveniment li jipprovdi aktar informazzjoni: https://europa.eu/!Qxx7C9 (dv/kr)