Kategorija tal-Bdiewa

This page is also available in

Bħalissa, il-Kategorija tal-Bdiewa għandha membri misluta mill-Grupp ta’ Interessi Varji u mill-Grupp ta’ Min Iħaddem. Il-membri tagħha huma rappreżentanti tas-setturi agrikoli u agroalimentari u dak tal-forestrija.

L-għanijiet ewlenin tagħha huma li jkollha dibattitu miftuħ u ta’ firxa wiesgħa dwar il-pożizzjonijiet u l-linji ta’ politika tal-industriji primarji fl-UE. Ħafna mill-membri tal-kategorija huma rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tal-bdiewa u s-sidien ta’ foresti. Huma jfittxu li jipprovdu u jaqsmu informazzjoni aġġornata dwar is-setturi speċjalizzati tagħhom f’pajjiżhom, kif ukoll jenfasizzaw u jeżaminaw il-kundizzjonijiet differenti li jeżistu fi ħdanhom.

Il-kategorija għandha wkoll l-għan li tistabbilixxi pożizzjonijiet dwar għanijiet ewlenin tal-politika agrikola u rurali tal-UE, b’mod partikolari fil-kuntest tar-riformi tal-Politika Agrikola Komuni. Filwaqt li tagħti importanza kbira lill-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet settorjali fi ħdan il-Kumitat innifsu u tfittex li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-gruppi tal-Kumitat, il-kategorija temmen ukoll li huwa importanti li tissaħħaħ il-koordinazzjoni ma’ organizzazzjonijiet fil-livell tal-UE u istituzzjonijiet oħra tal-UE.

Il-membri tal-kategorija jemmnu bis-sħiħ li l-kwistjonijiet marbutin mal-agrikoltura u l-ikel jikkonċernaw il-gruppi ta’ interess kollha rappreżentati fi ħdan il-Kumitat, u għalhekk hija sawret rabtiet eqreb mal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, b’mod partikolari permezz ta’ attivitajiet komplementari mal-Kategorija tal-Konsumaturi u l-Ambjent.

Is-segretarjat tal-kategorija huwa pprovdut mill-Grupp ta’ Interessi Varji.

Downloads

John BRYAN