Il-KESE jilqa’ l-adozzjoni mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 fl-10 ta’ Diċembru 2020. Il-kompromess dwar il-baġit Ewropew u l-fond ta’ rkupru flimkien ma’ mekkaniżmu tal-istat tad-dritt iqis il-kontribut proattiv u komprensiv tal-KESE favur QFP aktar ambizzjuż għall-UE.

Bl-appoġġ tal-irkupru Ewropew u billi jgħin fil-bini ta’ Unjoni Ewropea aktar b’saħħitha, ekoloġika u diġitali, il-Kumitat qed ikompli jaqdi rwol uniku fit-tfassil tal-politika tal-UE. Il-kontribut tiegħu bħala leħen l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal darb’ oħra wera li kien ta’ importanza, bħalma rajna bl-Opinjonijiet numerużi tal-KESE dwar il-baġit fit-tul tal-UE li ġew meqjusa u adottati mill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE.

“Huwa d-dmir tagħna li nikkomunikaw il-benefiċċji li ż-żieda fil-baġit 2021-2027 se jkollha għas-soċjetà ċivili. Ninnota b’sodisfazzjon li l-kontribut tal-KESE għamel differenza. Il-Ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid u dwar il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa f’waqtu. Nittamaw li dan se jkun il-punt tat-tluq għal irkupru rapidu għall-Ewropa u l-ewwel pedament ta’ Unjoni iktar b’saħħitha u ekoloġika u li r-riżultat aħħari se jkun konformi mal-ambizzjonijiet u l-ħtiġijiet tal-UE,” qal Cillian Lohan, Viċi President tal-KESE għall-komunikazzjoni.

AqraPresident tal-KESE Christa Schweng Stqarrija dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u l-Fond għall-Irkupru.

Għal informazzjoni dwar l-Opinjonijiet tal-KESE li huma riflessi fil-QFP, jekk jogħġbok ara din l-appendiċi.(mp)