Il-Grupp Konsultattiv Domestiku UE-Kolombja/Perù/Ekwador

This page is also available in

It-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja/Perù jipprevedi li kull waħda mill-partijiet tistabbilixxi Gruppi Konsultattivi Domestiċi jew kumitati ġodda, jew tikkonsulta korp bħal dawn li jkunu diġà twaqqfu, responsabbli għal kwistjonijiet relatati max-xogħol, l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, bil-kompitu li jesprimu ideat u jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu. Dawn il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi u kumitati għandhom jinkludu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rappreżentattivi indipendenti b’rappreżentanza bbilanċjata ta’ partijiet ikkonċernati ekonomiċi, soċjali, u ambjentali.

Il-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja/Perù jipprevedi li darba fis-sena (sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet), is-Sottokumitat Intergovernattiv dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jorganizza sessjoni miftuħa mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-pubbliku inġenerali bil-għan li tiġi diskussa l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu. Il-parteċipanti jirrappreżentaw partijiet ikkonċernati ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u l-Partijiet jippromovu rappreżentanza bbilanċjata ta’ dawn il-gruppi.

B’żieda ma’ dan, ir-rappreżentanti tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-UE u tal-mekkaniżmi nazzjonali tar-reġjun Andin qablu li jorganizzaw laqgħat konġunti annwali organizzati b’mod konsekuttiv mas-sessjoni miftuħa. Dawn jipprovdu qafas adegwat għal diskussjonijiet strutturati u fil-fond fuq firxa wiesgħa ta’ aspetti relatati mal-implimentazzjoni tat-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli. Jippermettu wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni u prattika tajba u t-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti bil-għan li jiġu ppreżentati lill-Partijiet u lil rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili fis-sessjoni miftuħa.

Downloads

Rules of procedure of the EU Domestic Advisory Group created pursuant to Title IX (Article 281) of the EU-Colombia and Peru Trade Agreement

EU DAG composition