Grupp Permanenti dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt

Il-Grupp Permanenti dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (DFID) huwa korp orizzontali fi ħdan il-KESE li ġie stabbilit bil-għan li jipprovdi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej bi spazju fejn jiltaqgħu u jikkondividu l-valutazzjonijiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri.

Il-ħidma tal-Grupp DFID tiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin relatati mad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt li huma partikolarment importanti għas-soċjetà ċivili. Il-Grupp iżur l-Istati Membri kollha tal-UE u jiltaqa’ mas-soċjetajiet ċivili nazzjonali bil-għan li jixħet dawl fuq it-tendenzi attwali fl-Ewropa u, b’hekk, jistabbilixxi l-pedament għal djalogu kostruttiv bejn il-partijiet interessati kollha.

Il-Grupp DFID għandu l-għan li jippromovi r-rispett tal-valuri Ewropej elenkati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-lista ta’ kontroll fuq l-istat tad-dritt stabbilita mill-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa. L-għan tiegħu huwa li jindirizza d-drittijiet kollha (peress li d-drittijiet ċiviċi, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali huma indiviżibbli) u, fid-dawl tal-mandat tal-KESE, li jagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet li huma essenzjali għas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali: il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ assemblea, il-libertà tal-espressjoni (inkluża l-libertà tal-media), id-dritt ta’ nondiskriminazzjoni, u b’mod aktar ġenerali, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt.

Dan il-Grupp ġie stabbilit f’Jannar 2018.

Downloads

  • FRRL Activity report 2023-2025
  • 2026 Country visits Programme
  • Fundamental Rights and the Rule of Law – National developments from a civil society perspective – 2018-2024
  • Fundamental Rights and the Rule of Law – National developments from a civil society perspective – 2023-2024
  • Fundamental Rights and Rule of Law - National developments from a civil society perspective, 2022
  • Fundamental Rights and Rule of Law - National developments from a civil society perspective, 2020-2021
  • Fundamental rights and the rule of law - National developments from a civil society perspective, 2018-2019
  • EESC FRRL Group visits methodology