Fl-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) nieda uffiċjalment il-parteċipazzjoni tiegħu fl-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima (ERMA). L-ERMA tnediet fid-29 ta’ Settembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea sabiex trawwem ir-reżiljenza u l-awtonomija strateġika fil-provvista ta’ materja prima kritika għall-industrija u s-soċjetà tal-UE. L-alleanza bħalissa tinkludi aktar minn 500 membru mill-UE u lil hinn minnha.

Fid-dawl tal-ħidma li wettaq il-KESE permezz tal-Opinjoni CCMI 177, l-ERMA talbet għall-parteċipazzjoni uffiċjali tiegħu bl-istatus ta’ osservatur. Il-Bureau tal-KESE ħatar lis-Sur Andrés Barceló Delgado (ES-GR I) bħala osservatur tal-KESE fl-ERMA, fid-dawl tal-ħidma preċedenti tiegħu dwar diversi Opinjonijiet tal-KESE relatati mas-suġġett tal-materja prima. Il-kontribut tas-Sur Barceló Delgado se jkun appoġġjat u kkoordinat flimkien mas-Sur Norbert Kluge (DE-GR II) u mas-Sur Kestutis Kupsys (LT-GR III).