2030  40% increases to 55%

Il-KESE jafferma mill-ġdid li t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’mill-inqas 55% sal-2030 huwa l-għażla t-tajba. Madankollu, fl-Opinjoni tiegħu It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi lejn il-miri intermedji sabiex jitħaffef il-proċess, jew inkella hemm ir-riskju li ma jintlaħaqx l-għan ta’ newtralità klimatika sal-2050.

Huwa minnu li l-COVID-19 ġabet magħha problemi ekonomiċi kbar ħafna. Madankollu, ir-ridirezzjoni tal-investiment lejn il-pjan ta’ rkupru fetħet il-bieb għal strateġija ġdida: “infiq fuq l-irkupru kkombinat ma’ azzjoni klimatika ambizzjuża”, enfasizza l-korelatur tal-KESE, Jan Dirx.

“Din l-Opinjoni tenfaizza wkoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-bijoekonomija u li jiġu sostituti l-fjuwils fossili, u, b’konsegwenza ta’ dan, huwa kritiku li nagħtu prijorità lill-aġġornament tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-tranżizzjoni lejn fjuwils rinnovabbli,” enfasizza r-relatur tal-KESE, Arnold Puech d’Alissac.

Huwa dejjem iżjed essenzjali li nużaw kull għodda possibbli biex ngħollu l-livell tal-ambizzjoni klimatika: il-Patt Ekoloġiku, il-Liġi dwar il-Klima, il-fond ta’ rkupru Next Generation EU, il-PAK, l-istrateġiji Mill-Għalqa sal-Platt u tal-Bijodiversità, il-politiki u l-ftehimiet kummerċjali, eċċ. Kollha kemm huma għandhom ikunu marbuta b’mod konsistenti, biex jassiguraw li t-tranżizzjoni ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

Iċ-ċittadini huma “msieħba kruċjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima”, u prerekwiżit biex il-politika dwar il-klima tirnexxi fl-UE.

Huwa għalhekk li l-KESE tenna l-proposta tiegħu li tinħoloq Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Patt Klimatiku Ewropew, ibbażata fuq il-prinċipji tal-inklużività, it-trasparenza u l-parteċipazzjoni ġenwina u s-sjieda minn partijiet interessat fil-klima fil-livelli kollha. (mr)