Fir-rokna tagħna “Dritt għall-punt” nistaqsu lill-membri tal-KESE biex jenfasizzaw il-proposti ewlenin li l-KESE qed jagħmel biex jindirizza kwistjoni ewlenija li tolqot lill-UE.

F’dil-ħarġa, Kinga Joó, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni, kellmitna dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Kura u l-għanijiet tagħha: l-iżgurar ta’ servizzi tal-kura ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli fl-Unjoni Ewropea, u t-titjib tas-sitwazzjoni kemm ta’ dawk li jirċievu l-kura kif ukoll tal-persuni li jieħdu ħsiebhom, b’mod professjonali jew informali.