Il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE b'rabta mal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit

This page is also available in

Fil-Qafas istituzzjonali, l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK) bejn l-UE u r-Renju Unit jipprevedi li kull Parti għandha twaqqaf Grupp Konsultattiv Domestiku magħmul minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

L-għan ewlieni tal-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE huwa li jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FKK kollu (ara hawn taħt). Dan huwa l-ewwel Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE b'kamp ta' applikazzjoni daqshekk wiesa' li jmur lil hinn mill-enfasi fuq il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

Kamp ta' applikazzjoni daqshekk wiesa' u mingħajr preċedent fisser li kellu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE ikbar biex jiġi sfruttat l-għarfien espert ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, u fl-istess ħin tiġi żgurata l-kapaċità tal-Grupp Konsultattiv Domestiku li jaħdem bil-pass previst. Il-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE b'rabta mal-FKK għalhekk għandu 30 siġġu, b'24 siġġu okkupati min-network wiesa' tal-organizzazzjonijiet tas-soċejtà ċivili Ewropea u 6 siġġijiet okkupati mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Din il-kompożizzjoni tiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati mill-qasam ekonomiku, soċjali u ambjentali.

Il-kompożizzjoni sħiħa tal-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE b'rabta mal-FKK bejn l-UE u r-Renju Unit

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit

The Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit konkluż bejn l-UE u r-Renju Unit jistabbilixxi arranġamenti preferenzjali f'oqsma bħall-kummerċ tal-oġġetti u s-servizzi, il-kummerċ diġitali, il-proprjetà intellettwali, l-akkwist pubbliku, l-avjazzjoni u t-trasport bit-triq, l-enerġija, is-sajd, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-kooperazzjoni tematika u l-parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni. Huwa msejjes fuq dispożizzjonijiet li jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u r-rispett tad-drittijiet fundamentali.

Għalkemm bl-ebda mod ma jikkorrispondi għal-livell ta' integrazzjoni ekonomika fis-seħħ meta r-Renju Unit kien Stat Membru tal-UE, il-FKK imur lil hinn minn ftehimiet ta' kummerċ ħieles tradizzjonali u jipprovdi bażi soda biex jitħarsu l-ħbiberija u l-kooperazzjoni li ilhom jeżistu.

Il-Ftehim ġie ffirmat fit-30 ta' Diċembru 2020, ġie applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2021 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2021.

Għal aktar informazzjoni u gwida żur il-paġna web tal-Kummissjoni.

Downloads

Rules of Procedure