Fil-kolonna tagħna “Mistoqsija lil...”, l-eks membru tal-KESE David Stulík iwieġeb mistoqsija mill-KESE Info dwar il-konsegwenzi possibbli tal-gwerra fl-Ukrajna.

David Stulík bħalissa huwa analist superjuri u l-kap tal-programm tal-Ewropa tal-Lvant fi ħdan il-grupp ta’ riflessjoni ċ-Ċentru ta’ Valuri Ewropej għall-Politika ta’ Sigurtà. Huwa wkoll Kopresident tal-Forum uffiċjali tas-Soċjetà Ċivili Ċeka-Ukrena. Qabel dan, qatta’ 12-il sena bħala diplomatiku tal-UE fl-Ukrajna bħala Uffiċjal tal-Istampa u l-Informazzjoni fid-Delegazzjoni tal-UE. Wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-UE, huwa nħatar bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mill-Gvern Ċek, fejn irrappreżenta lis-settur Ċek mhux governattiv u serva wkoll bħala relatur għall-Belarussja. Fost l-oqsma ta’ interess u għarfien espert tiegħu hemm it-tkabbir tal-UE u l-politika tal-viċinat, l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili, il-politiki ta’ komunikazzjoni tal-UE, il-lobbying tal-UE, id-djalogu ċiviku u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni postkomunista. (ab)