Il-KESE jingħaqad fl-isforzi tal-UE biex jiġġeddu r-rabtiet mal-Istati Uniti

Wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti, il-Kumitat ta’ Segwitu tal-KESE dwar ir-Relazzjonijiet Transatlantiċi ltaqa’ fil-15 ta’ Diċembru sabiex jiistabbilixxi mill-ġdid sħubija b’saħħitha mas-soċjetà ċivili tal-Istati Uniti.

Bil-presidenza l-ġdida tal-Istati Uniti appik li tibda l-mandat tagħha, l-UE u l-Istati Uniti issa għandhom opportunità uniku, wara t-tfixkil kbir ta’ dawn l-aħħar snin, li jġeddu s-sħubija u l-ħbiberija tagħhom abbażi ta’ valuri demokratiċi, storja u interessi komuni.

Sabiex jinbeda mill-ġdid id-djalogu tas-soċjetà ċivili, il-Kumitat ta’ Segwitu tal-KESE dwar ir-Relazzjonijiet Transatlantiċi ltaqa’ fil-15 ta’ Diċembru, u ħadu sehem fil-laqgħa wkoll l-MEP Radosław Sikorski u l-membru tal-Kungress tal-Istati Uniti, William Hurd.

Is-Sur Sikorski enfasizza r-rwol kruċjali tal-kuntatti personali bejn in-nies u kooperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili iktar b’saħħitha konformi mal-aġenda transatlantika ġdida. “Id-differenzi ta’ politika bejn l-UE u l-Istati Uniti ma sparixxewx, iżda rieda tajba, pożizzjonijiet ugwali u fiduċja f’xulxin huma bidu tajjeb,” huwa qal.

Is-Sur Hurd appoġġja bil-qalb id-djalogu transatlantiku: “L-Amerika li tinsab fuq quddiem mhijiex l-Amerika waħedha. Irridu nuru l-kapaċità li nibnu alleanzi”. Huwa enfasizza li kien ta’ importanza kbira li l-UE u l-Istati Uniti jikkooperaw quddiem Ċina li qed tkun dejjem iżjed assertiva fix-xena internazzjonali.

Peter Chase, Senior Fellow fi ħdan il-Fond Marshall Ġermaniż tal-Istati Uniti, irrimarka li strateġija ambizzjuża hija kruċjali għar-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi: “ekonomija b’saħħitha “tmantni” lis-soċjetà ċivili, it-think tanks, in-negozji u l-investimenti”.

Matthias Jørgensen mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kummerċ, ippreżenta l-aġenda transatlantika l-ġdida tal-Kummissjoni, u stieden lill-Istati Uniti tingħaqad fil-ġlieda għal-dinja aktar f’saħħitha, sikura, prosperuża u demokratika wara l-COVID-19, u biex naħdmu flimkien biex nipproteġu lill-pjaneta, it-teknoloġija, il-kummerċ u l-istandards.

Garrett Workman, direttur anzjan għall-Affarijiet Ewropej fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, ikkummenta li "il-kummerċ huwa l-bażi biex nagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet li saru mill-politika tal-Istati Uniti f’dawn l-aħħar snin".

Il-KESE ppreżenta wkoll “Building bridges across the Atlantic”, proġett ambizzjuż li jenfasizza r-rwol tas-soċjetà ċivili u l-importanza tal-impatt tagħha fuq sħubija transatlantika mġedda. Il-proġett għandu l-għan li jgħaqqad lin-nies u l-attivitajiet tagħhom u li jsemma’ ilħna liberali fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku fi żmien meta s-sejba ta’ bażi komuni u l-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet huma aktar importanti minn qatt qabel. (at)