Il-Presidenza tal-KESE u l-President tas-Sezzjoni REX

Qed naraw aggressjoni mhux provokata kontra l-libertà, kontra d-demokrazija, kontra l-valuri u kontra s-sisien tal-Unjoni Ewropea bħala tali li kienet ibbażata fuq is-setgħa tal-liġi mhux fuq il-liAktar

Qed naraw aggressjoni mhux provokata kontra l-libertà, kontra d-demokrazija, kontra l-valuri u kontra s-sisien tal-Unjoni Ewropea bħala tali li kienet ibbażata fuq is-setgħa tal-liġi mhux fuq il-liġi tas-setgħa. Ir-raġuni għalfejn bnejna Unjoni Ewropea – jiġifieri l-paċi – illum hija aktar importanti minn qatt qabel. Bħala Ewropej jeħtieġ li ningħaqdu flimkien f’solidarjetà u mal-poplu Ukren.
 

Inqas

F’temp ta’ inqas minn ġimgħa mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea għaddiet miżuri li kienu inkonċepibbli xahar ilu. Il-gwerra fl-Ukrajna qed toħroġ fid-dieher l-umanità tal-UEAktar

F’temp ta’ inqas minn ġimgħa mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, l-Unjoni Ewropea għaddiet miżuri li kienu inkonċepibbli xahar ilu. Il-gwerra fl-Ukrajna qed toħroġ fid-dieher l-umanità tal-UE u taċ-ċittadini tagħha, li qed ipoġġu l-libertà u l-paċi qabel l-interessi u l-kummerċ. Il-qawmien tal-Ewropa jidher fl-ispettru politiku kollu. Jekk l-Ewropa trid tkompli tgħix fil-paċi, fl-aħħar trid tibni politika barranija b’saħħitha u politika ta’ difiża komuni.
It-tabù għeb hekk kif erġajna rajna l-gwerra fil-kontinent tagħna. Dan il-momentum dejjem jikber lejn is-salvagwardja tal-paċi u s-solidarjetà qed jagħti lill-Ewropa t-torċa ġdida tagħha biex tgħaqqad flimkien lill-Ewropej u mhux biss.
L-UE kellha terġa’ tiskopri x-xewqa tagħha għall-paċi biex tkompli tibni l-viżjoni tagħha.
Putin, aktar milli qasam l-Ewropa, għaqqadna lkoll fit-triq lejn din il-missjoni. Ta’ min ifakkar lil Putin li, kif kiteb tajjeb Tolstoj, “ir-rejiet huma l-iskjavi tal-istorja”.
 

Inqas

L-aggressjoni Russa hija theddida diretta fuq l-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li nkunu magħqudin u nibqgħu spalla ma’ spalla f’solidarjetà sħiħa mal-poplu tal-Ukrajna, kemm dawk li llum qed jaħarbu bħAktar

L-aggressjoni Russa hija theddida diretta fuq l-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li nkunu magħqudin u nibqgħu spalla ma’ spalla f’solidarjetà sħiħa mal-poplu tal-Ukrajna, kemm dawk li llum qed jaħarbu bħala refuġjati, kif ukoll dawk li baqgħu f’pajjiżhom biex jiġġieldu. It-trade unions ifakkru li l-magna tal-gwerra hija mitmugħa bid-demm tal-ħaddiema, jitolbu l-irtirar tat-truppi Russi, u jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili kemm fl-Ukrajna kif ukoll fir-Russja.

Inqas

Ninsabu fix-xifer u rridu nilħqu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ukrajna. Il-valuri u l-prinċipji Ewropej tagħna jinsabu fil-periklu u rridu nsemmgħu leħinna b’mod ċar kontra l-agAktar

Ninsabu fix-xifer u rridu nilħqu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Ukrajna. Il-valuri u l-prinċipji Ewropej tagħna jinsabu fil-periklu u rridu nsemmgħu leħinna b’mod ċar kontra l-aggressjoni u favur il-valuri li l-Ewropa ilha tirrappreżenta mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn.  L-istorja tagħna turina li l-paċi hija “fjura fraġli”. Teħtieġ l-attenzjoni kollha tagħna u l-impenn tagħna. Jekk nirfsu fuqha, aħna bħala bnedmin għandna l-kapaċità neliminaw id-dinja tagħna u l-forom kollha tagħha tal-ħajja. Huwa imperattiv li l-UE, u tabilħaqq il-familja Ewropea fis-sens usa’ tagħha, għandhom jibqgħu magħqudin u f’solidarjetà mal-ġirien tagħna.

Inqas

Il-KESE se jagħmel l-almu tiegħu biex ikompli jappoġġja lis-soċjetà ċivili Ukrena permezz tal-mezzi stabbiliti sew tagħna, bħall-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna, u permezz tal-kuntattiAktar

Il-KESE se jagħmel l-almu tiegħu biex ikompli jappoġġja lis-soċjetà ċivili Ukrena permezz tal-mezzi stabbiliti sew tagħna, bħall-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna, u permezz tal-kuntatti bilaterali tagħna.

Inqas