L-edizzjoni l-ġdida ta’ din il-pubblikazzjoni tipprovdi preżentazzjoni konċiża u aġġornata tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala forum uniku għall-konsultazzjoni, id-djalogu u l-bini ta’ kunsens bejn rappreżentanti mis-setturi differenti kollha tas-soċjetà ċivili organizzata, li jinkludu l-impjegaturi, it-trade unions u gruppi bħall-assoċjazzjonijiet professjonali u tal-komunità, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, gruppi tan-nisa, konsumaturi, dawk li jmexxu kampanji ambjentali, u ħafna oħrajn.

Il-fuljett jistabbilixxi wkoll ir-rwol u l-missjonijiet tal-KESE, jispjega kif jiffunzjona u jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet leġiżlattivi tal-UE u juri uħud mill-istejjer ta’ suċċess tiegħu.

Huwa disponibbli fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE fuq is-sit web tal-KESE https://www.eesc.europa.eu/en/our-work/publications-other-work/publications/discover-what-eesc-can-do-you-2021-edition

Kopji stampati jistgħu jintalbu mingħand l-Unità taż-Żjajjar u l-Pubblikazzjonijiet: vipcese@eesc.europa.eu (af)