PAJJIŻ

REBBIEĦ

L-AWSTRIJA

#EUROPAgegenCovid19, inizjattiva ppreżentata minn Kommunikationswerkstatt 27, kumpanija mingħajr skop ta’ qligħ li tiġġieled id-diżinformazzjoni, l-aħbarijiet foloz u l-miżinformazzjoni dwar il-pandemija u timmotiva liċ-ċittadini biex jikkumbattu l-manipulazzjoni emozzjonali u konjittiva.

IL-BELĠJU

OKRA, trefpunt 55+, assoċjazzjoni li wieġbet għall-pandemija permezz tal-inizjattiva kreattiva Ir-reżiljenza ta’ OKRA, li għandha l-għan li żżomm lill-persuni anzjani attivi u soċjalment konnessi.

IL-BULGARIJA

Karin dom, fondazzjoni li offriet attivitajiet online ta’ taħriġ biex tappoġġja familji ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali.

IL-KROAZJA

Hrvatska mreža za beskućnike, network Kroat li appoġġa lill-persuni mingħajr dar hekk kif il-pajjiż daħal f’lockdown u ntlaqat ukoll minn terremot.

ĊIPRU

Il-voluntiera għall-appoġġ ta’ gruppi vulnerabbli matul il-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19, għall-inizjattivi tagħhom, li nkludew it-twassil ta’ ikel u mediċini lil persuni li kienu f’iżolament minħabba l-età jew il-problemi ta’ saħħa tagħhom. L-inizjattivi kienu kkoordinati minn Erika Theofanidi

IĊ-ĊEKJA

Nevypusť Duši – organizzazzjoni maħluqa minn studenti u gradwati fil-qasam tal-mediċina, il-psikoloġija u l-ħidma soċjali, li l-webinars tagħhom għenu lill-istudenti tal-iskola sekondarja jaffrontaw il-problemi ta’ saħħa mentali u jibnu reżiljenza psikoloġika matul il-pandemija.

FRANZA

Bouge ton Coq, pjattaforma li tirsisti li żżomm lil Franza rurali ħajja, għall-inizjattiva tagħha C’est ma tournée! (Issa jien imiss!), li għenet lill-ħwienet u lin-negozji rurali li sabuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ispejjeż matul il-pandemija.

IL-ĠERMANJA

Krisenchat, servizz ta’ konsulenza 24/7 li pprovda appoġġ prattiku u konfort mingħajr ħlas permezz ta’ Whatsapp jew SMS liż-żgħażagħ u t-tfal.

IL-GREĊJA

Steps, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, li ttrasformat il-proġett eżistenti tagħha “One-Stop” f’“Many Stops”, li jipprovdi ikliet sħan, ilma fil-fliexken u prodotti tal-iġjene personali lil persuni li jgħixu fit-toroq u lil dawk f’akkomodazzjoni prekarja.

L-UNGERIJA

Magyar Helsinki Bizottság, jew il-Kumitat Ungeriż ta’ Helsinki, li pprovda assistenza legali mingħajr ħlas f’każijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem b’rabta mal-kriżi.

L-IRLANDA

Alison – Korsijiet Online u Pjattaforma ta’ Tagħlim Online Mingħajr Ħlas, għall-proġett tagħha Coronavirus: X’Jeħtieġlek Tkun Taf, kors mingħajr ħlas dwar il-fatti tal-COVID-19 li ġie tradott f’aktar minn 70 lingwa u laħaq ’il fuq minn 350 000 persuna madwar id-dinja.

 L-ITALJA

Casetta Rossa, assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tikkombina t-twassil tal-ikel lil persuni vulnerabbli flimkien ma’ stazzjon tar-radju li jxandar informazzjoni u testimonjanzi personali biex jgħolli l-moral.

IL-LITWANJA

Karolina Barišauskienė, espert tal-komunikazzjoni għall-proġett tagħha Priešakinėse linijose (Fuq l-Ewwel Linja), kampanja diġitali ta’ stejjer u għarfien minn professjonisti mediċi li kienu fuq l-ewwel linja fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

MALTA

Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji għall-proġett tagħha Magħkom tul it-Triq Kollha, li pprovda pariri online u appoġġ bejn il-pari biex jgħin eluf ta’ SMEs jadattaw għall-pandemija.

IL-POLONJA

Krystyna Paszko, studenta tal-iskola sekondarja li ħolqot ħanut online Kamumelli u Pensjeri, li joffri għajnuna lill-vittmi tal-vjolenza domestika waqt il-lockdown.

IL-PORTUGALL

Vizinhos à Janela, inizjattiva tal-viċinat ippreżentata minn Íñigo Hurtado, li ġabet ftit solliev permezz ta’ kunċerti ta’ kuljum mill-gallariji u permezz ta’ twassil tal-ikel lill-persuni fil-bżonn.

IR-RUMANIJA

Asociatia Prematurilor, l-assoċjazzjoni Rumena ta’ trabi prematuri, għall-proġett tagħha Appoġġ għall-persunal mediku u t-trabi tat-twelid fid-dipartimenti tal-maternità – tagħmir protettiv u apparat kontra l-COVID-19.

IS-SLOVENJA

Društvo psihologov Slovenije, assoċjazzjoni ta’ psikologi Sloveni, għall-proġett tagħhom Appoġġ Psikosoċjali lill-Pubbliku Ġenerali u Appoġġ Professjonali għall-Psikologi u Professjonisti Oħrajn fil-Kura tas-Saħħa waqt it-Tifqigħa tal-COVID-19 fis-Slovenja.

IS-SLOVAKKJA

Človek v ohrození, organizzazzjoni nongovernattiva mingħajr skop ta’ qligħ, għall-inizjattiva tagħha Is-Saħħa Tagħhom hija wkoll is-Saħħa Tagħna, li tat appoġġ lill-komunitajiet tar-Rom li ntlaqtu ħażin ħafna u għenithom tul il-pandemija.

SPANJA

Asociación de Familias y Mujeres del Medio Rural (AFAMMER), assoċjazzjoni ta’ familji u nisa f’żoni rurali għall-proġett tagħha AFAMMER Network Kbir ta’ Solidarjetà Rurali, li laqqa’ flimkien mijiet ta’ nisa fi Spanja rurali li taw ħinhom u offrew il-ħila tagħhom ta’ ħajjata biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ maskri protettivi u l-iżolament dejjem jikber tal-anzjani matul il-pandemija.

L-IŻVEZJA

Spazju komunitarju u artistiku, u kumpanija mingħajr skop ta’ qligħ Blivande għall-proġett Rispons għall-Kriżi – inizjattiva b’sors miftuħ biex tipproduċi tagħmir protettiv għall-kura tas-saħħa fuq skala kbira.

IR-RENJU UNIT

Cherwell Collective, CIC, għall-proġett Għix, Tgħallem, Kul, Kabbar, li pprovda ikel u affarijiet essenzjali oħrajn lill-persuni fil-bżonn u ħarreġ lir-residenti biex ikabbru l-ikel tagħhom stess.

TRANSFRUNTIER / EWROPEW

Emergency, organizzazzjoni nongovernattiva bbażata l-Italja, għall-assistenza li pprovdiet fl-Ewropa u madwar id-dinja biex trażżan il-pandemija, b’mod partikolari permezz tal-Mudell Replikabbli tagħha ta’ Miżuri ta’ Sigurtà u ta’ Protezzjoni, mudell skalabbli għat-tfassil u l-ġestjoni tal-isptarijiet matul il-pandemija.

L-intervisti mar-rebbieħa huma disponibbli fil-verżjoni lingwistika rispettiva ta’ dan il-bullettin.