Without solidarity where would you be now? Is-soċjetà ċivili kontra l-pandemija tal-COVID

Bħal daż-żmien sena, is-servzzi tas-saħħa tal-belt Taljana ta’ Bergamo kienu qed jegħrqu taħt il-piż tal-COVID-19, ifakkar il-membru tal-KESE Giuseppe Guerini, meta l-NGO Emergency tat l-għajnuna tagħha biex tiġġestixxi sptar fl-għelieqi maħluq biex jiġi ffaċċjat il-fluss enormi ta’ pazjenti. Kif jgħid id-Direttur Mediku Oliviero Valoti, l-għajnuna tagħhom kienet provvidenzjali.

Minħabba dan ir-rwol tagħhom biex isalvaw ħajjet in-nies fil-kriżi, l-NGO Emergency se taqla’ Premju tal-KESE għas-Solidarjetà Ċivili. Il-Viċi President tal-KESE Cillian Lohan jispjega l-filosofija wara dan il-premju eċċezzjonali, filwaqt li l-President ta’ Emergency Rossella Miccio tgħidilna xi jfisser għall-organizzazzjoni tagħha rikonoxximent mill-Ewropa.

Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Qatt m’int żgħir wisq jew kbir iżżejjed biex tgħin

Għeżież qarrejja,

Ninsab impressjonat! L-emozzjoni tar-rebbieħa tal-Premju għas-Solidarjetà Ċivili tagħna ta’ din is-sena għadha f’moħħi.

Fil-15 ta’ Frar kont wieħed mill-ospitanti taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet li xxandret dirett quddiem udjenza ta’ 7 500 ruħ. L-aħbar tar-rikonoxximent mill-KESE ta’ dawn l-inizjattivi tajbin ħafna dalwaqt tinfirex fl-Ewropa kollha.

Fil-qosor

Segwi ċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju għas-Solidarjetà Ċivili 2020

Segwi l-filmat taċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju tagħna għas-Solidarjetà Ċivili u tgħallem dwar 23 proġett eċċellenti li għinuna naffrontaw din il-kriżi.

Il-Premju għas-Soċjetà Ċivili 2020 fil-midja

Ġabra ta’ għadd ta’ titli li dehru fil-midja sal-lum dwar il-Premju għas-Soċjetà Ċivili 2020.

Pubblikazzjonijiet Ġodda

Ir-rebbieħa kollha f’pubblikazzjoni waħda

Il-KESE ppubblika fuljett li juri l-proġetti rebbieħa kollha tal-Premju għas-Solidarjetà Ċivili, flimkien ma’ ħafna informazzjoni ġenerali dwar il-premju nnifsu.

Tista’ tniżżel il-fuljett minn: https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/qe-03-21-103-en-n.pdf

 

Aħbarijiet tal-KESE

IL-KAMRA TAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI TIRBAĦ IL-PREMJU TAL-KESE GĦAS-SOLIDARJETÀ ĊIVILI GĦAL MALTA

Il-proġett imressaq mill-Kamra Maltija huwa fost 23 proġett mill-UE u mir-Renju Unit li rċevew il-premju għall-kontribut eċċezzjonali tagħhom għall-ġlieda kontra l-COVID-19 u l-konsegwenzi diżastrużi tagħha.

LISTA SĦIĦA TAR-REBBIEĦA TAL-PREMJU TAL-KESE GĦAS-SOLIDARJETÀ ĊIVILI 2020

PAJJIŻ

REBBIEĦ

L-AWSTRIJA

#EUROPAgegenCovid19, inizjattiva ppreżentata minn Kommunikationswerkstatt 27, kumpanija mingħajr skop ta’ qligħ li tiġġieled id-diżinformazzjoni, l-aħbarijiet foloz u l-miżinformazzjoni dwar il-pandemija u timmotiva liċ-ċittadini biex jikkumbattu l-manipulazzjoni emozzjonali u konjittiva.

IL-BELĠJU

OKRA, trefpunt 55+, assoċjazzjoni li wieġbet għall-pandemija permezz tal-inizjattiva kreattiva Ir-reżiljenza ta’ OKRA, li għandha l-għan li żżomm lill-persuni anzjani attivi u soċjalment konnessi.

KONT TAF...?

Il-Premju tagħna għas-Solidarjetà Ċivili kien uniku minn diversi aspetti. Skopri xi fatti sorprendenti dwar xi wħud mir-rebbieħa tagħna u l-premju nnifsu!

Minn fomm ir-rebbieħa

Is-sena ta’ għajxien b’solidarjetà: It-tagħlimiet meħuda mill-impenn soċjali kontra l-COVID mill-perspettiva tal-Kamra tal-SMEs ta’ Malta

KESE Info staqsa lill-Kamra tal-SMEs ta’ Malta, rebbieħa tal-Premju tal-KESE għas-Solidarjetà Ċivili, biex tgħid lill-qarrejja tagħna kif oriġina l-proġett, kif in-nies irrispondew għalih, u kif il-flus tal-premju se jgħinu biex din l-organizzazzjoni tikber. F’din l-intervista, il-mistoqsijiet tagħna jingħataw tweġiba minn Fabian Demicoli, Kap tal-Komunikazzjoni u l-Affarijiet tal-UE, fi ħdan il-Kamra tal-SMEs ta’ Malta. F’din l-intervista, il-mistoqsijiet tagħna jingħataw tweġiba minn Fabian Demicoli, Kap Affarijiet u Komunikazzjoni tal-UE, Kamra tal-SMEs ta’ Malta.