Pubblikazzjoni ġdida: L-attivitajiet tal-KESE matul il-Presidenza Slovena (Lulju-Diċembru 2021)

Fit-tieni nofs tal-2021, is-Slovenja ser ikollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE għat-tieni darba. U għat-tieni darba f’mument kritiku għall-Ewropa.

Fl-2008, l-UE kienet qed tiffaċċja l-kriżi finanzjarja u llum għadha qed tissielet mal-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, mhuwiex sorprendenti li t-tħejjija u r-reżiljenza tal-UE għall-kriżijiet, b’mod partikolari l-kriżijiet tas-saħħa, huma fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Slovena, flimkien ma’ sfidi strateġiċi oħra, bħaċ-ċibersigurtà. Huwa wkoll matul il-Presidenza Slovena li għandha tiġi implimentata l-biċċa l-kbira tal-kompiti relatati mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Il-KESE jinsab ħerqan biex jaħdem mill-qrib mal-Presidenza Slovena, speċjalment peress li għandna l-istess prijoritajiet: l-irkupru, tranżizzjoni klimatika u dik diġitali ġusti u d-difiża tal-istat tad-dritt huma wkoll fil-qalba tal-ħidma tal-KESE.

Dan il-fuljett huwa disponibbli bl-EN, il-FR, il-DE u s-SL fis-sit web tal-KESE. Tista’ titlob kopja stampata billi tikkuntattja lil vipcese@eesc.europa.eu.