Isabel Caño Aguilar, eks Viċi President għall-komunikazzjoni (2018-2020): “Uffiċjal tal-istampa b’daqsxejn ta’ ironija Galizjana”

Qattajt ħafna ħin tax-xogħol ma’ David Gippini u b’mod partikolari ħejjejt miegħu għadd ta’ intervisti għall-istampa. Meta ltqajt miegħu fl-2018, ħadt l-impressjoni li huwa persuna serja. Il-kontributi tiegħu dejjem kienu adattati u mħejjija tajjeb ħafna. Kellu ħeffa fil-mod kif kien jirraġuna. Lil hinn mix-xogħol, skoprejt li huwa bniedem miftuħ, ġeneruż bil-ħin tiegħu, b’daqsxejn ta’ ironija Galizjana, u naħseb li konna niftiehmu tajjeb ħafna. Kellna wkoll xi nuqqas ta’ qbil żgħir bejnietna, dejjem b’mod amikevoli; jien attivist tal-lingwa inklużiva, David huwa aktar akkademiku u ma kienx jieħu pjaċir li jittieħdu ċerti libertajiet bil-lingwa. Ta’ spiss tkellimna dwar dan, taħdidiet twali li ma kienu jtemmu qatt, konverżazzjonijiet rikki u impenjattivi. Imma rrid nirringrazzjah tal-impenn rigoruż u tas-sbuħija li ġab f’ħafna mit-testi tiegħi.

Jiddispjaċini li se jkollu jitlaq, u nawguralu kull suċċess f'din il-fażi l-ġdida. M’għandix dubju li l-Unità tal-Istampa se tħoss in-nuqqas tiegħu . Se nħoss dan-nuqqas jien ukoll.