European Economic
and Social Committee
Tnaqqis tal-faqar: l-UE teħtieġ politiki reżistenti għall-faqar
Mill-Grupp tal-KESE tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili
Dibattitu organizzat reċentement mill-Grupp saħaq li l-faqar fl-UE huwa problema kbira u kumplessa wisq biex il-piż sabiex jittaffa jitħalla biss fuq l-organizzazzjonijiet lokali; hemm bżonn ta’ firxa ta’ miżuri ta’ politika.
Il-faqar għad irid jiġi miġġieled fl-UE u fil-bqija tad-dinja. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li l-għoli tal-ħajja żdied b’mod sinifikanti mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna. Filwaqt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipprovdu soluzzjonijiet importanti biex jiġu indirizzati l-effetti tal-faqar, huwa ċar li l-miżuri ta’ politika futuri għandhom ikunu reżistenti għall-faqar. Dawn huma l-konklużjonijiet ta’ diskussjoni li saret mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE fit-22 ta’ Marzu 2023. Għal din l-attività attendew kelliema mistiedna ta’ livell għoli, fosthom il-Ministru tal-Italja għax-Xogħol u l-Politiki Soċjali, Marina Elvira Calderone.
Séamus Boland, president tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, saħaq li, b’persuna waħda minn kull ħamsa fl-Ewropa li għadha f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-2021 (ekwivalenti għal 95,4 miljun ruħ, jew 21,7 % tal-popolazzjoni tal-UE fl-2021, skont il-Eurostat), dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha ma setgħux jinjoraw il-fatt li l-faqar baqa’ problema fl-UE. Żied jgħid li “il-motto ‘Ħadd ma jitħalla jibqa' lura’ m’għandux jitlef it-tifsira tiegħu.” Il-faqar ġie kkwotat bħala r-raġuni ewlenija għall-esklużjoni tan-nies mill-postijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u s-servizzi bażiċi tas-saħħa. Kienet l-akbar kawża unika ta' esklużjoni soċjali u inugwaljanza.
Fid-diskors tagħha, is-Sinjura Calderone enfasizzat li l-ġlieda kontra l-faqar teħtieġ investiment sinifikanti fin-networks soċjali u professjonali sabiex in-nies jittieħdu fuq vjaġġ ta’ żvilupp li jista’ jaġġorna l-potenzjal uman. “Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jippromovu inizjattivi awtonomi taċ-ċittadini permezz ta’ oqfsa legali adegwati li jippermettu l-iżvilupp ta’ forom organizzattivi ġodda,” qalet is-Sinjura Calderone. “Ilkoll għandna bżonn nirrispondu għall-forom differenti ta’ faqar u għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni.”
Carlos Susias, President tan-Network Ewropew Kontra l-Faqar (EAPN), enfasizza r-responsabbiltà ta’ ...
Kompli aqra, żur is-sit web tagħna (jk)