Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

APRIL 2023 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Fit-triq lejn it-tiġdid

Għeżież qarrejja,

Kien ta’ pjaċir u unur kbir għalija li nirrappreżenta lill-KESE matul dan il-mandat ta’ sentejn u nofs. Minkejja l-isfidi, ħdimna flimkien biex insawru Ewropa li tkun ekonomikament prospera, soċjalment inklużiva u ambjentalment sostenibbli. B’dan il-mod, iffaċċjajna provi bħal dik tal-COVID-19 u l-aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja fuq l-Ukrajna, bil-konsegwenzi soċjoekonomiċi kollha tagħha. Fittixna wkoll li nindirizzaw il-kriżi tal-enerġija u l-inflazzjoni għolja, kif ukoll li nippromovu t-tkabbir u l-kompetittività.

Read more in all languages

Fit-triq lejn it-tiġdid

Għeżież qarrejja,

Kien ta’ pjaċir u unur kbir għalija li nirrappreżenta lill-KESE matul dan il-mandat ta’ sentejn u nofs. Minkejja l-isfidi, ħdimna flimkien biex insawru Ewropa li tkun ekonomikament prospera, soċjalment inklużiva u ambjentalment sostenibbli. B’dan il-mod, iffaċċjajna provi bħal dik tal-COVID-19 u l-aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja fuq l-Ukrajna, bil-konsegwenzi soċjoekonomiċi kollha tagħha. Fittixna wkoll li nindirizzaw il-kriżi tal-enerġija u l-inflazzjoni għolja, kif ukoll li nippromovu t-tkabbir u l-kompetittività.

Mhux se nkun qed nirrevedi hawnhekk is-suċċessi miksuba permezz tal-azzjoni kollettiva tagħna matul dawn l-aħħar 30 xahar. Se jkun hemm ħin biex jiġu deskritti dawn il-kisbiet matul is-sessjoni plenarja tat-tiġdid f’April, li ġentilment nistedinkom għaliha. Inħeġġiġkom ukoll tikkonsultaw dan il-fuljett, li jelenka ħafna minnhom.
Tul il-presidenza tiegħi, irċevejt ħafna appoġġ u rikonoxximent għall-inizjattivi meħudin u mwettqin. Il-memorji pożittivi minn dan il-perjodu se jibqgħu miegħi għal dejjem.

Issa wasal iż-żmien li naqtgħu linja u nagħmlu rendikont tal-lezzjonijiet li tgħallimna. L-ewwel nett, tgħallimna minn xulxin. Tgħallimna li l-bidla hija possibbli meta jkun hemm impenn qawwi, li anke bid-differenzi tagħna, il-Kumitat tagħna jista’ jispikka, u li magħqudin nistgħu niksbu ħafna aktar milli nistgħu individwalment.  

Nixtieq nesprimi l-gratitudni tiegħi għall-impenn u l-appoġġ tal-membri u l-persunal tal-KESE matul il-presidenza tiegħi. Flimkien involvejna ruħna fi djalogi ġenwini bil-ħsieb li nsaħħu aktar il-vuċi tas-soċjetà ċivili organizzata fit-tfassil tal-politika tal-UE. L-impenn tagħna jeħtieġ li jkompli.
F’din l-aħħar edizzjoni tal-KESE Info taħt il-presidenza tiegħi, se ssir taf aktar dwar xi wħud mill-aħħar Opinjonijiet u avvenimenti tagħna. Għalhekk, nistiednek bil-qalb biex tkompli taqra.

Nixtieq nieħu wkoll din l-opportunità biex nawgura lis-suċċessur tiegħi vjaġġ eċitanti b’ħafna suċċessi.

Grazzi. Magħqudin għall-ġejjieni tal-Ewropa!

Christa Schweng

Il-President tal-KESE

 

Dati tad-Djarju

6 ta’ Mejju 2023, Brussell

Jum għall-Pubbliku tal-UE

8 ta’ Ġunju 2023, Brussell

Jum l-IĊE

14-15 ta’ Ġunju, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

 

Dritt għall-punt

Fil-kolonna tagħna “Dritt għall-punt”, nitolbu lill-membri tal-KESE jenfasizzaw l-aktar elementi importanti tal-Opinjonijiet tagħhom. Din id-darba, Felipe Medina Martin jindika l-elementi tal-Opinjoni tiegħu li jistgħu jikkontribwixxu biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku. L-Opinjoni tiegħu dwar “It-30 sena tas-suq uniku: kif jista’ jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku” se titressaq quddiem is-sessjoni plenarja ta’ April.

Read more in all languages

Fil-kolonna tagħna “Dritt għall-punt”, nitolbu lill-membri tal-KESE jenfasizzaw l-aktar elementi importanti tal-Opinjonijiet tagħhom. Din id-darba, Felipe Medina Martin jindika l-elementi tal-Opinjoni tiegħu li jistgħu jikkontribwixxu biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku. L-Opinjoni tiegħu dwar “It-30 sena tas-suq uniku: kif jista’ jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku” se titressaq quddiem is-sessjoni plenarja ta’ April.  (ehp)

Felipe Medina: 30 sena tas-suq uniku, rieżami kritiku mill-KESE

L-Unjoni Ewropea tiċċelebra t-30 sena tas-suq intern uniku. L-okkażjoni jistħoqqilha riflessjoni fil-fond, li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jindirizza fl-Opinjoni “It-30 sena tas-suq uniku: kif jista’ jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku”. Din l-Opinjoni tqis li din il-politika kienet suċċess kbir iżda li s-suq intern jeħtieġ “rieżami kritiku u titjib ġdid, (...) f’termini tal-isfidi l-ġodda li għandhom jiġu ffaċċjati”.

 

Read more in all languages

L-Unjoni Ewropea tiċċelebra t-30 sena tas-suq intern uniku. L-okkażjoni jistħoqqilha riflessjoni fil-fond, li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jindirizza fl-Opinjoni “It-30 sena tas-suq uniku: kif jista’ jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku”. Din l-Opinjoni tqis li din il-politika kienet suċċess kbir iżda li s-suq intern jeħtieġ “rieżami kritiku u titjib ġdid, (...) f’termini tal-isfidi l-ġodda li għandhom jiġu ffaċċjati”.

Fil-paġni tal-Opinjoni tiġi enfasizzata kelma waħda ewlenija: il-kompetittività. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għan-negozji “billi jiġu promossi t-tkabbir u l-kompetittività ġusta, u jinħoloq ambjent favorevoli għan-negozju u li jirrispetta d-dimensjoni soċjali”. Wieħed mit-tħassibiet ewlenin huwa “li qed jitfaċċaw dejjem aktar inizjattivi regolatorji nazzjonali li jidħlu fis-seħħ qabel ma jiġu ppubblikati inizjattivi Ewropej, u li mbagħad jagħmluha diffiċli li r-regoli jiġu armonizzati” u dan joħloq diffikultajiet għan-negozji fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum.

Huwa wkoll urġenti li jiġi żgurat li r-regolamenti ġodda kollha jgħaddu mit-test tal-kompetittività u li tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni fl-Ewropa u fl-Istati Membri, waqt li tiġi eliminata l-leġiżlazzjoni superfluwa u konfuża li toħloq l-inċertezza għall-operaturi, li fost affarijiet oħra, twassal għal frammentazzjoni tas-suq uniku Ewropew. Sabiex ma tintilifx il-kompetittività, jeħtieġ ukoll li jkun hemm impatt fuq il-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema; jeħtieġ li tissaħħaħ il-“politika diġitali robusta u ambizzjuża”, jiġi adottat approċċ prattiku u realistiku għall-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku u tittejjeb l-implimentazzjoni tal-għodod għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-funzjonament tas-suq uniku.

Il-KESE jirrikonoxxi l-alleanzi tax-xiri ta’ ħafna setturi bħala eżempju ta’ prattika tajba għall-kompetittività minħabba l-kapaċità li xi setturi – bħal dak tal-bejgħ bl-imnut u dak tal-bejgħ bl-ingrossa – urew biex jingħaqdu u jsiru aktar b’saħħithom fil-livell Ewropew. Is-setturi tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, pereżempju, ħaddnu l-ispirtu u l-vantaġġi inkontestabbli tas-suq uniku biex kuljum jippreżentaw servizz aħjar għall-konsumaturi Ewropej bis-saħħa tal-alleanzi tax-xiri u tas-suq uniku”.

“Mistoqsija waħda lil...”

“Mistoqsija lil...”

Fir-rokna tagħna, Mistoqsija lil... nistaqsu lill-membri tal-KESE jenfasizzaw kwistjonijiet importanti li ġew indirizzati fl-Opinjonijiet tagħhom. Il-mistiedna tagħna hija Ozlem Yildirim, li staqsejniha dwar l-Opinjoni tagħha dwar Id-dritt għal ambjent b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea speċjalment fil-kuntest tal-gwerra Ukrena, li saret votazzjoni dwarha fis-sessjoni plenarja ta’ April.

Read more in all languages

Fir-rokna tagħna, Mistoqsija lil... nistaqsu lill-membri tal-KESE jenfasizzaw kwistjonijiet importanti li ġew indirizzati fl-Opinjonijiet tagħhom. Il-mistiedna tagħna hija Ozlem Yildirim, li staqsejniha dwar l-Opinjoni tagħha dwar Id-dritt għal ambjent b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea speċjalment fil-kuntest tal-gwerra Ukrena, li saret votazzjoni dwarha fis-sessjoni plenarja ta’ April.

Ozlem Yildirim: Huwa importanti li nippreservaw l-ambjent

Id-dritt għal ambjent b’saħħtu huwa assolutament vitali għall-benessri soċjali u ekonomiku tan-nies fl-Ewropa u fid-dinja. Pereżempju, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tistma li madwar 40% tal-impjiegi fid-dinja jiddependu minn klima b’saħħitha. Għalkemm l-UE adottat ħafna biċċiet ta’ atti leġiżlattivi, l-implimentazzjoni tagħhom spiss tkun dgħajfa, u l-KESE għalhekk jappella għal sforzi akbar biex ġenwinament tittejjeb l-effettività tal-istrumenti legali eżistenti.

Read more in all languages

Id-dritt għal ambjent b’saħħtu huwa assolutament vitali għall-benessri soċjali u ekonomiku tan-nies fl-Ewropa u fid-dinja. Pereżempju, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tistma li madwar 40% tal-impjiegi fid-dinja jiddependu minn klima b’saħħitha. Għalkemm l-UE adottat ħafna biċċiet ta’ atti leġiżlattivi, l-implimentazzjoni tagħhom spiss tkun dgħajfa, u l-KESE għalhekk jappella għal sforzi akbar biex ġenwinament tittejjeb l-effettività tal-istrumenti legali eżistenti.

Fil-kuntest tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u l-adeżjoni futura tagħha mal-UE, huwa importanti aktar minn qatt qabel li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħtu effett lid-dritt għal ambjent b’saħħtu. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa urġenti li ssir ħidma favur it-titjib tal-protezzjoni ambjentali bil-għan li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali fl-UE u lil hinn minnha, u josserva li din il-ħtieġa hija aggravata mill-ħsara ambjentali serja kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna.

Fil-fatt, il-KESE jwissi b’mod partikolari dwar il-ħsara għas-saħħa mentali u fiżika tal-bniedem, id-degradazzjoni tal-ekosistemi, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma u l-kontaminazzjoni tal-art, u jenfasizza b’mod partikolari l-fraġilità tas-sigurtà globali tal-ikel. Skont il-KESE, l-azzjonijiet tar-Russja jammontaw għal ekoċidju, u jitlob li dan l-“ekoċidju” jiġi kriminalizzat formalment fid-dritt tal-UE.

Fl-aħħar nett, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li dawn l-impatti jiġu ddokumentati, immappjati u mkejla sabiex l-ambjent jiġi protett legalment, tiġi żgurata r-responsabbiltà u jitqiegħdu l-pedamenti għal irkupru ekoloġiku u soċjalment ġust wara l-gwerra.

 

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistiedna sorpriża

Fil-kolonna tagħna dwar Il-mistiedna sorpriża qed ninkludu kumment ta’ Diandra Ní Bhuachalla, li se tirrappreżenta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala d-delegat żagħżugħa tal-KESE fis-summits tal-COP fl-2023 u fl-2024.

 

Read more in all languages

Fil-kolonna tagħna dwar Il-mistiedna sorpriża qed ninkludu kumment ta’ Diandra Ní Bhuachalla, li se tirrappreżenta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala d-delegat żagħżugħa tal-KESE fis-summits tal-COP fl-2023 u fl-2024.

 

Diandra Ní Bhuachalla – delegata tal-KESE għall-COP 28

Diandra Ní Bhuachalla serviet bħala Delegata taż-Żgħażagħ tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Irlanda (2021-2022), b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ġustizzja klimatika, u l-paċi u s-sigurtà wara 11-il sena ta’ promozzjoni fil-livell lokali u nazzjonali. Hija taħdem mat-tim Youth2030 tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Irlanda bħala koordinatur tal-programmi tad-delegati taż-żgħażagħ. Hija tinvolvi ruħha b’mod attiv mal-fergħa taż-żgħażagħ tan-Network Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (ESDN) u l-programm “Common Futures Conversations” ta’ Chatham House. Reċentement intgħażlet bħala Ambaxxatur Globali tal-Ġenerazzjonijiet Futuri mal-Fondazzjonijiet għal Għada u l-Kummissarju għall-Uffiċċju tal-Ġenerazzjonijiet Futuri għal Wales.

Read more in all languages

Diandra Ní Bhuachalla serviet bħala Delegata taż-Żgħażagħ tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Irlanda (2021-2022), b’enfasi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ġustizzja klimatika, u l-paċi u s-sigurtà wara 11-il sena ta’ promozzjoni fil-livell lokali u nazzjonali. Hija taħdem mat-tim Youth2030 tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Irlanda bħala koordinatur tal-programmi tad-delegati taż-żgħażagħ. Hija tinvolvi ruħha b’mod attiv mal-fergħa taż-żgħażagħ tan-Network Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (ESDN) u l-programm “Common Futures Conversations” ta’ Chatham House. Reċentement intgħażlet bħala Ambaxxatur Globali tal-Ġenerazzjonijiet Futuri mal-Fondazzjonijiet għal Għada u l-Kummissarju għall-Uffiċċju tal-Ġenerazzjonijiet Futuri għal Wales.

Apparti li hija avukata, Diandra għandha Baċċellerat tax-Xjenzi fil-Governanza u Masters tax-Xjenzi fil-Politika Pubblika Internazzjonali u d-Diplomazija mill-Università ta’ Cork.

KESE Info: Kif tara r-rwol tiegħek fil-Kumitat u b’mod partikolari bħala delegata għall-COP 28? X’tixtieq li tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar it-tibdil fil-klima?

Diandra Ní Bhuachalla: “Bħala d-delegata taż-żgħażagħ tal-KESE għall-COP sal-2025, nara r-rwol tiegħi bħala integrali għall-ħidma tagħna biex inkunu verament rappreżentattivi u inklużivi.
L-esklużjoni hija kwistjoni kontinwa esperjenza minn diversi partijiet ikkonċernati involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u t-tfassil ta’ politika fil-livell internazzjonali, u din hija xi ħaġa li ż-żgħażagħ jafu u jħossu ħafna. Minkejja l-fatt li aħna atturi kruċjali biex nibdlu l-mentalità dwar il-klima u għandna sett uniku ta’ esperjenzi li għexna, ta’ spiss jgħidulna li l-età tagħna żżommna milli nifhmu u milli nibnu opinjonijiet infurmati. Din id-diskriminazzjoni tista’ tiġi aggravata skont ir-razza, il-ġeneru, is-sesswalità, il-kultura, eċċ. ta’ dak li jkun
. Aktar ma jkompli dan it-tentattiv ta’ silenzjar, aktar ikun probabbli li ż-żgħażagħ ma jibqgħux involuti. Min se jsalva lin-nies u lill-pjaneta imbagħad? X’mexxejja esperjenzati u motivati se jkollna sal-2050, żmien meta se jkollhom jittieħdu d-deċiżjonijiet tassew diffiċli?
Ammont kbir ta’ żgħażagħ li attendew il-COP fil-passat irrimarkaw kif l-akbar tagħlimiet u l-aktar relazzjonijiet b’saħħithom inħolqu barra l-ispazji ta’ negozjar. Involontarjament jew le, il-proċeduri fis-seħħ biex dan ikun il-każ qed jipproduċu segregazzjoni. Biex negħlbu t-tibdil fil-klima, neħtieġu kull vuċi u kull idea biex ningħaqdu flimkien b’solidarjetà. Azzjoni klimatika sostnuta u effettiva tiddependi mir-responsabilizzazzjoni tal-gruppi emarġinati. Huwa biss f’dak il-mument li nistgħu niksbu l-ġustizzja klimatika u niżguraw li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura fil-ġlieda ta’ ħajjitna.”

 

 

Aħbarijiet tal-KESE

Il-KESE jipproponi azzjonijiet għall-ġlieda kontra t-theddid għad-demokrazija tal-UE

Fit-23 ta’ Marzu, il-KESE ddiskuta mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová dwar kif jistgħu jissaħħu d-demokraziji u l-valuri demokratiċi fl-Unjoni Ewropea kollha. Adotta wkoll riżoluzzjoni dwar dan is-suġġett bi proposti prattiċi. Dawk li jfasslu l-politika, l-esperti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qablu li l-edukazzjoni ċivika, finanzjament aħjar għall-imsieħba soċjali u enfasi fuq id-dimensjoni lokali huma kruċjali għad-demokrazija fl-Ewropa.

Read more in all languages

Fit-23 ta’ Marzu, il-KESE ddiskuta mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová dwar kif jistgħu jissaħħu d-demokraziji u l-valuri demokratiċi fl-Unjoni Ewropea kollha. Adotta wkoll riżoluzzjoni dwar dan is-suġġett bi proposti prattiċi. Dawk li jfasslu l-politika, l-esperti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qablu li l-edukazzjoni ċivika, finanzjament aħjar għall-imsieħba soċjali u enfasi fuq id-dimensjoni lokali huma kruċjali għad-demokrazija fl-Ewropa.

“L-elezzjonijiet Ewropej fl-2024 ser ikunu test tar-rieda politika, u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ser jaqdu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni ta’ dawk li se jivvotaw għall-ewwel darba u l-votanti żgħażagħ”, qalet il-President tal-KESE Christa Schweng, “iżda rridu mmorru lil hinn mill-elezzjonijiet. Hemm bżonn nappoġġjaw aħjar liż-żgħażagħ tagħna, nikkollegaw mill-ġdid magħhom fil-proċess demokratiku u nagħtuhom il-mezzi għal ċittadinanza attiva sħiħa.”

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová rrikonoxxiet ir-rwol kruċjali li jaqdu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fid-difiża u l-promozzjoni tad-demokrazija, li ħafna drabi jaħdmu fi spazji fejn l-Istati fallew. Qalet li “il-parteċipazzjoni attiva tan-nies mhux biss hija mixtieqa iżda meħtieġa ħafna.” “Id-demokrazija tinsab taħt test tal-istress u jeħtieġ li nagħmlu ħafna aktar biex nipproteġuha u niksbu mill-ġdid il-fiduċja tal-poplu tagħna.”

Il-parteċipanti enfasizzaw il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-ekonomija soċjali u s-settur tal-volontarjat, ikollhom aċċess aħjar għall-finanzjament u jkunu involuti fid-definizzjoni ta’ fejn għandhom jintużaw dawn ir-riżorsi. Huma qablu wkoll li l-kompetenzi trasversali huma s-sinsla vera ta’ demokrazija parteċipattiva u deliberattiva.

Wara d-dibattitu, il-KESE adotta Riżoluzzjoni dwar “ Magħqudin għad-demokrazija: l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, tal-ħaddiema u tas-soċjetà ċivili li jaħdmu għal futur demokratiku sostenibbli”, li tibni fuq ir- rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-Ġranet tas-Soċjetà Ċivili ta’ din is-sena. Ir-Riżoluzzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ id-demokrazija billi żżid il-parteċipazzjoni pubblika, u tirrinforza l-istrutturi għad-demokrazija parteċipattiva. Tappella wkoll għall-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inkluża strateġija Ewropea għas-soċjetà ċivili u Statut Ewropew għall-Assoċjazzjonijiet. (tk)

 

L-enerġija rinnovabbli hija s-soluzzjoni għall-kriżi tal-enerġija

Jeħtieġ li ninvestu dejjem aktar fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex niżguraw futur aktar ekoloġiku, aktar sikur u aktar affordabbli għall-Ewropa: il-President tal-KESE Christa Schweng u l-Kummissarju għall-Enerġija Kadri Simsom esprimew din il-konvinzjoni flimkien fis-sessjoni plenarja tal-KESE fit-22 ta’ Marzu.

Read more in all languages

Jeħtieġ li ninvestu dejjem aktar fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli biex niżguraw futur aktar ekoloġiku, aktar sikur u aktar affordabbli għall-Ewropa: il-President tal-KESE Christa Schweng u l-Kummissarju għall-Enerġija Kadri Simsom esprimew din il-konvinzjoni flimkien fis-sessjoni plenarja tal-KESE fit-22 ta’ Marzu.

Hija u tinnota li l-prezzijiet tal-enerġija li qed jogħlew b’mod esaġerat, l-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku baxx wasslu għal sena ta’ sfida kbira għaċ-ċittadini u n-negozji, is-Sinjura Schweng qalet li “l-ħidma favur tranżizzjoni lejn enerġija nadifa fl-Ewropa, l-aċċellerazzjoni tat-tnedija ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, prezzijiet affordabbli tal-enerġija u l-iżgurar u d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tagħna għadhom l-ogħla prijoritajiet għall-KESE”.

Is-Sinjura Simson iddeskriviet it-triq ’il quddiem għall-politika dwar l-enerġija għall-UE: “Kieku kelli nwieġeb din il-mistoqsija b’kelma waħda biss, din tkun “rinnovabbli”. Għaliex din hija l-ogħla prijorità tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija – li timxi ’l quddiem u twettaq l-objettivi tagħna dwar l-enerġija rinnovabbli”.

Għall-ewwel darba fl-istorja, l-UE m’għadhiex tiddependi mill-enerġija Russa. Permezz tad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass, it-tnaqqis fid-domanda, iż-żieda fl-effiċjenza u promozzjoni aktar b’saħħitha tal-enerġija rinnovabbli, l-UE temmet id-dipendenza massiva mir-Russja.

39 % tal-elettriku tal-UE issa jiġi minn sorsi rinnovabbli. L-2022 kienet sena rekord: l-UE iġġenerat aktar elettriku mir-riħ u l-enerġija solari milli mill-gass, u l-kapaċità tal-enerġija mir-riħ żdiedet bi 15-il GW u dik tal-enerġija solari b’41 GW. (mp)

Il-KESE jiddiskuti s-swieq tax-xogħol inklużivi tal-UE mal-Ministru Taljan Marina Calderone

F’dibattitu mal-Ministru għax-Xogħol tal-Italja li ġie organizzat fit-22 ta’ Marzu, il-KESE appoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza fi sforz biex jitneħħew il-prattiki ta’ diskriminazzjoni fis-swieq tax-xogħol tal-UE.

Read more in all languages

F’dibattitu mal-Ministru għax-Xogħol tal-Italja li ġie organizzat fit-22 ta’ Marzu, il-KESE appoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza fi sforz biex jitneħħew il-prattiki ta’ diskriminazzjoni fis-swieq tax-xogħol tal-UE.

Iż-żewġ naħat sostnew li huma jikkondividu l-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar standards għall-korpi tal-ugwaljanza sabiex tiżdied l-effikaċja tagħhom. Il-proposta ġiet ippreżentata minħabba li l-miżuri leġiżlattivi attwali dwar l-ugwaljanza ma rnexxilhomx jinfurzaw b’mod adegwat il-liġi tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-trattament mhux ugwali u d-diskriminazzjoni.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar It-tisħiħ tar-rwol u tal-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja wara d-dibattitu, il-KESE jenfasizza l-importanza li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà u li jiġu stabbiliti standards vinkolanti sabiex il-korpi tal-ugwaljanza jsiru aktar b’saħħithom u effiċjenti – pożizzjoni li ġiet mtennija mill-Ministru Taljan waqt id-dibattitu.

“Il-parteċipazzjoni ta’ gruppi differenti fis-suq tax-xogħol mhijiex biss kwistjoni ta’ ġustizzja. Hija tagħmel sens kbir minn perspettiva ekonomika u soċjali. Madankollu, il-Kumitat għadu mħassab dwar il-fatt li l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-inuwgwaljanza għadha mhijiex uniformi fl-Unjoni, u jappoġġja l-mekkaniżmi b’saħħithom għall-monitoraġġ tagħhom, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza,” qalet il-President tal-KESE Christa Schweng.

Il-Ministru Calderone qalet li l-gvern tagħha jaqbel mal-għan tal-Kummissjoni, madankollu hija enfasizzat li huwa importanti li tiġi żgurata l-konsistenza mas-sistemi nazzjonali u mal-korpi li diġà jeżistu, bħall-kunsilli dwar l-ugwaljanza fl-Italja li jissalvagwardjaw l-ugwaljanza fil-livell nazzjonali u dak reġjonali.

“L-inklużjoni li qed niddiskutu dwarha llum trid tibqa’ fil-qalba tal-aġenda soċjali Ewropea, fuq bażi ugwali mad-diskussjoni li għaddejja bħalissa dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika u finanzjarja tal-UE. Nafu kemm għadu diffiċli li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs b’mod effettiv fis-suq tax-xogħol. Ċerti gruppi soċjali għadhom jaffaċċjaw ostakli enormi biex jaċċessaw is-swieq tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali”, qalet is-Sinjura Calderone.

Il-Ministru enfasizzat li d-differenza bejn il-ġeneri fir-rati tal-impjieg għadhom ’il fuq minn 10 % fil-livell tal-UE. Ma hemmx pajjiż wieħed fl-UE fejn din id-differenza bejn il-ġeneri – għad-detriment tan-nisa kullimkien – ma teżistix. Il-gradwati żgħażagħ ukoll isibuha diffiċli biex isibu impjieg. Il-persuni b’diżabilità u l-migranti legali u r-refuġjati għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ diskriminazzjoni meta jfittxu impjieg jew jippruvaw iżommu impjieg. (ll)

L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli: in-NU tara rwol ewlieni għas-soċjetà ċivili

Waqt li tkellmet fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu tal-KESE, il-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (ECOSOC) irrakkomandat rwol b’saħħtu għas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030.

Read more in all languages

Waqt li tkellmet fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu tal-KESE, il-President tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (ECOSOC) irrakkomandat rwol b’saħħtu għas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030.

L-Ambaxxatriċi Lachezara Stoeva, President tal-ECOSOC tan-NU, qalet li l-atturi tas-soċjetà ċivili huma alleati indispensabbli sabiex jimplimentaw l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

“Irridu nkunu ambizzjużi; l-isfidi globali jeħtieġu risposti globali”, qalet il-President tal-KESE Christa Schweng. Hija żiedet tgħid li “Is-soċjetà ċivili għandu jkollha post mal-mejda waqt is-Summit tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli ta’ Settembru, b’involviment aktar strutturat u konkret”.

L-Ambaxxatriċi tan-NU Lachezara Stoeva qalet: “Ma nistgħu nagħmlu xejn mingħajr is-soċjetà ċivili. Is-soċjetà ċivili Ewropea ta’ spiss kellha rwol ta’ tmexxija fil-ħsieb li jħares ’il quddiem. Il-KESE, bin-natura tiegħu ta’ diversi partijiet interessati, għandu l-kapaċità lli jikkontribwixxi u jagħmel il-politiki pubbliċi aktar bbilanċjati, ekwi u reattivi”.

Il-KESE kkontribwixxa b’mod attiv għall-ewwel Rieżami Volontarji globali tal-UE, li ser jiġi ppreżentat waqt il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli f’Lulju. B’mod partikolari, il-Kumitat qed jipproduċi kontribut “mudell” tas-soċjetà ċivili, li jista’ jintuża bħala l-aħjar prattika għal reġjuni oħra madwar id-dinja. (mt)

 

Introjtu minimu adegwat – triq vijabbli biex noħorġu mill-faqar

Il-KESE ta l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat, u ddeskriviha bħala parti neċessarja mill-isforzi biex jiġi miġġieled il-faqar u biex tintlaħaq il-mira tal-UE li tnaqqas l-għadd ta’ persuni f’riskju b’mill-inqas 15-il miljun sal-aħħar tad-deċennju.

Read more in all languages

Il-KESE ta l-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat, u ddeskriviha bħala parti neċessarja mill-isforzi biex jiġi miġġieled il-faqar u biex tintlaħaq il-mira tal-UE li tnaqqas l-għadd ta’ persuni f’riskju b’mill-inqas 15-il miljun sal-aħħar tad-deċennju.

Fl-Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu f'Marzu, il-KESE qal li laqa’ b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ kriterji realistiċi u mhux restrittivi żżejjed biex id-dħul minimu jsir disponibbli għal kulħadd, f’livell li jiggarantixxi lin-nies ħajja ta’ dinjità, fejn ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

L-iżgurar li l-iskemi ta’ dħul minimu jipprovdu riżorsi suffiċjenti jeħtieġ ukoll li jinżammu konformi mal-inflazzjoni, li hija mistennija li tiżdied b’6,5 % oħra fl-2023 (fil-kuntest taż-żieda fl-għoli tal-ħajja mqanqla minn żidiet riċenti fil-prezzijiet tal-ikel u l-enerġija). Għal dan il-għan, il-KESE jipproponi li l-Istati Membri jivvalutaw il-livelli tad-dħul minimu fuq bażi annwali, skont il-livell tal-inflazzjoni.

Dan għandu jiġi mmonitorjat mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet għall-benesseri.

“Skemi ta’ dħul minimu effettivi jistgħu jgħinu biex jiggarantixxu li d-drittijiet tal-bniedem ikunu rispettati, jiżguraw li n-nies jgħixu b’dinjità, jgħinuhom jibqgħu attivi u inklużi fis-soċjetà u jgħinu biex jintegrawhom f’impjiegi ta’ kwalità tajba,” qal ir-rapporteur tal-Opinjoni, Jason Deguara, u żied jgħid li n-nies li jaħdmu għal rashom għandhom ukoll ikunu kompletament intitolati għad-dħul minimu u benefiċċji oħra.

Ir-relatur Paul Soete qal: “Il-mira tal-UE hija stabbilita biex tnaqqas l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar b’mill-inqas 15-il miljun sal-2030. Mal-ewwel daqqa t’għajn, din il-mira ma tantx tidher ambizzjuża, iżda l-gwida pprovduta lill-Istati Membri u l-bażi għal metodoloġija soda żgur jagħmluha pass importanti ’l quddiem.”

Il-livelli ta’ dħul minimu u l-kompożizzjoni jvarjaw b’mod konsiderevoli fost l-istati soċjali b’mod ġenerali, u dan huwa wkoll il-każ fl-UE. Is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-benefiċjarji tal-introjtu minimu tvarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri.

L-ebda wieħed mill-pajjiżi tal-UE bħalissa ma jiżgura appoġġ adegwat għad-dħul għal familji bla xogħol biex jiġu evitati r-riskji tal-faqar. Minħabba kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, bħall-età minima, l-istatus ta’ residenza, il-persuni bla dar jew kwistjonijiet ta’ kompożizzjoni tal-familja, xi 20 % tan-nies bla xogħol ma huma eliġibbli biex jirċievu l-ebda appoġġ.
Hemm ukoll problema ta’ nuqqas ta’ użu tal-introjtu minimu stmat għal bejn 30 % u 50 %, fil-biċċa l-kbira minħabba piżijiet amministrattivi. (ll)

Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2022: Il-KESE jitlob rwol akbar fl-identifikazzjoni tax-xejriet u r-riskji futuri tal-UE

F’Marzu li għadda, b’reazzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar ix-xejriet u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu sorveljati, il-KESE enfasizza li seta’ kkontribwixxa aktar kieku kien involut mill-bidu nett tal-eżerċizzju ta’ prospettiva.

Read more in all languages

F’Marzu li għadda, b’reazzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar ix-xejriet u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu sorveljati, il-KESE enfasizza li seta’ kkontribwixxa aktar kieku kien involut mill-bidu nett tal-eżerċizzju ta’ prospettiva.

L-Opinjoni tal-KESE dwar ir-Rapport ta’ Strateġija Prospettiva 2022, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu, tenfasizza li l-KESE jista’ jsaħħaħ l-kapaċita ta’ analiżi u ta’ prospettiva tal-UE. Il-Kumitat, li josserva u jisma’ lis-soċjetà ċivili, jinsab fl-aħjar pożizzjoni biex jidentifika xejriet emerġenti. Biex juri dan, il-KESE ta wkoll kontribut bikri għar-rapport ta’ prospettiva strateġika 2023 li jmiss.

Ir-relatur, Angelo Pagliara, spjega wħud mill-kunsiderazzjonijiet tal-Opinjoni: “Ħafna mill-kwistjonijiet fir-rapport tal-Kummissjoni diġà ġew indirizzati mill-KESE fl-Opinjonijiet tiegħu fis-snin preċedenti. Il-KESE għandu għarfien espert u esperjenza b’saħħithom ħafna. Għalhekk, irrikorru għandna, involvuna aktar, għaliex il-kontribut tagħna huwa siewi ħafna”.

Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2022 janalizza liema huwa l-aħjar mod biex jiġu allinjati l-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE u l-għanijiet diġitali tagħha, li potenzjalment jistgħu jkunu kunfliġġenti, u jidentifika l-għaxar oqsma ewlenin fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex jiġu masimizzati s-sinerġiji u l-konsistenza. F’dan ir-rigward, il-KESE jappella għal aġenda ta’ prospettiva strateġika li tkun immirata lejn mudell ta’ żvilupp ġdid li jikkombina s-sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali, u jpoġġi lin-nies fiċ-ċentru tiegħu.

Waħda mid-dgħufijiet ewlenin li l-KESE osserva fir-rapport tal-2022 hija n-nuqqas ta’ stampa ċara tar-riskji u x-xenarji f’każ li l-UE tonqos milli tilħaq l-għanijiet tagħha fir-rigward tad-disponibbiltà tal-materja prima, tal-metalli tal-materjali tal-art rari, u tar-riżorsi tal-ilma.

B’ħarsa ’l quddiem għar-rapport ta’ prospettiva strateġika 2023 li jmiss, li l-Kummissjoni mistennija li tippubblika fit-tieni kwart tal-2023 u li se jiffoka Ewropa sostenibbli mil-lat soċjali u ekonomiku, il-KESE identifika l-oqsma li ġejjin li jeħtieġu attenzjoni speċjali:

  • is-sistemi ta’ provvista u r-reżiljenza tas-settur agroalimentari tal-Ewropa;
  • il-promozzjoni ta’ sistema industrijali Ewropea b’saħħitha, koeżiva u innovattiva li tkun kapaċi toħloq impjiegi ta’ kwalità;
  • Il-ħtieġa li tinkiseb awtonomija strateġika tal-enerġija u li jiġu appoġġjati n-negozji u l-ħaddiema, fid-dawl ta’ dak li sar matul il-kriżi tal-pandemija. (dm)

 

Il-KESE jirrakkomanda l-protezzjoni tal-għajnuna umanitarja u tas-soċjetà ċivili fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sanzjonijiet

Fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE adotta Opinjoni li tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej jindirizzaw l-implimentazzjoni frammentata tas-sanzjonijiet tal-politika barranija fl-Istati Membri kollha. Il-KESE huwa mħasseb dwar dawn l-inkonsistenzi u jappella għal azzjoni immedjata biex tiġi offruta għajnuna umanitarja u jiġu protetti l-ġurnalisti fil-pajjiżi sanzjonati.

Read more in all languages

Fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE adotta Opinjoni li tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej jindirizzaw l-implimentazzjoni frammentata tas-sanzjonijiet tal-politika estera fl-Istati Membri kollha. Il-KESE huwa mħasseb dwar dawn l-inkonsistenzi u jappella għal azzjoni immedjata biex tiġi offruta għajnuna umanitarja u jiġu protetti l-ġurnalisti fil-pajjiżi sanzjonati.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi s-sanzjonijiet tal-politika estera għall-Istati Membri kollha. Madankollu, l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom bħalissa huma deċentralizzati. Dan irriżulta f’taħlita kbira ta’ definizzjonijiet, kampijiet ta’ applikazzjoni, penali u kapaċitajiet investigattivi fl-Istati Membri. Il-frammentazzjoni ddgħajjef l-effettività tas-sanzjonijiet tal-UE u tirriskja li taqsam l-Unjoni, b’xi pajjiżi aktar laxki fuq il-ksur tas-sanzjonijiet minn oħrajn. Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet direttiva biex tistandardizza r-reati kriminali u l-pieni għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE.

Permezz tal-Opinjoni tiegħu dwar il-ksur tas-sanzjonijiet / ir-reati fl-UE, il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jespandu l-konċessjoni umanitarja bil-għan li jiġu evitati kwalunkwe konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati fuq l-għajnuna u l-assistenza umanitarja. “Irridu nipproteġu t-twassil tal-għajnuna umanitarja lill-persuni fil-bżonn li jgħixu f’pajjiżi sanzjonati,” spjega l-membru tal-KESE José Antonio Moreno Díaz, relatur tal-Opinjoni. “Nitolbu eżenzjoni umanitarja permanenti sabiex jiġi żgurat li l-persunal li jaħdem fil-qasam umanitarju jkun jista’ jaħdem mingħajr ma jirriskja r-responsabbiltà kriminali”.

Il-Kumitat enfasizza l-bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni adegwata u appoġġ proattiv lis-settur privat u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex ikunu jistgħu jaġġustaw għal leġiżlazzjoni ġdida u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ miżuri ta’ sanzjoni. L-Istati Membri jridu jkunu attrezzati b’biżżejjed kapaċitajiet amministrattivi, fondi, u persunal imħarreġ biex jidentifikaw, iħarrku u jikkastigaw ksur ta’ sanzjonijiet. (gb)

 

L-indirizzar tal-kriżi tal-fertilizzanti fl-Ewropa: miżuri favur id-disponibbiltà, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà

Fil-plenarja ta’ Marzu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta Opinjoni dwar Strateġija tal-UE dwar il-fertilizzanti, li fiha appella għad-disponibbiltà, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà.

Read more in all languages

Fil-plenarja ta’ Marzu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta Opinjoni dwar Strateġija tal-UE dwar il-fertilizzanti, li fiha appella għad-disponibbiltà, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà.

Il-kriżi globali tal-fertilizzanti laħqet livell kritiku fl-Ewropa, fejn il-bdiewa qed jiffaċċjaw sfidi mingħajr preċedent minħabba prezzijiet rekord u l-iskarsezzi fil-provvista. Din il-kriżi ġiet aggravata mill-gwerra reċenti fl-Ukrajna, li għamlitha theddida serja għall-agrikoltura Ewropea u s-sigurtà tal-ikel globali.

Fil-plenarja tiegħu ta’ Marzu, il-KESE laqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar L-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti, u enfasizza l-ħtieġa għal miżuri domestiċi ta’ emerġenza biex jiġi limitat l-impatt tal-kriżi.

“Il-bdiewa jiffaċċjaw prezzijiet għoljin għall-fertilizzanti li għandhom impatt fuq il-konsumaturi. Aħna nilqgħu l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iżgurar tad-disponibbiltà u l-affordabbiltà tagħhom. Madankollu, jinħtieġu wkoll miżuri ta’ emerġenza u aktar fit-tul biex jiġi limitat l-impatt tal-kriżi,” qal Arnold Puech d’Alissac, relatur għall-Opinjoni tal-KESE.

Il-KESE ppropona diversi miżuri korrettivi biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq tal-fertilizzanti tal-UE, inkluż appoġġ dirett għall-iżjed manifatturi tan-nitroġenu u l-bdiewa milquta permezz tal-għajnuna mill-Istat.
Madankollu, il-Kumitat jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-provvista u l-prezzijiet tal-fertilizzanti billi jiġu ffaċilitati l-importazzjonijiet u l-kompetizzjoni domestika. Dan jista’ jinkiseb billi jiġu sospiżi t-tariffi tal-importazzjoni tal-UE fuq il-fertilizzanti kollha, tiġi ffaċilitata l-loġistika tal-fertilizzanti u jiġu pprovduti flessibbiltajiet regolatorji.

Minbarra miżuri fuq perjodu qasir ta’ żmien, il-KESE appella wkoll għal soluzzjonijiet fuq terminu medju biex tiġi limitata d-dipendenza tal-UE minn fertilizzanti minerali importati u biex titnaqqas l-impronta ambjentali tal-fertilizzazzjoni tal-għelejjel.
Il-KESE laqa’ wkoll b’sodisfazzjon l-istabbiliment fl-2023 ta’ osservatorju ġdid b’rabta mas-suq tal-fertilizzanti bil-għan li jiżdied il-livell ta’ trasparenza fis-suq Ewropew tal-fertilizzanti permezz tal-pubblikazzjoni regolari tal-prezzijiet rappreżentattivi għas-suq intern kif ukoll ta’ statistika dwar il-produzzjoni u l-użu tal-fertilizzanti.

Fix-xena internazzjonali, il-KESE jħeġġeġ lill-UE żżid il-miżuri kontra n-nuqqas ta’ sigurtà globali tal-ikel, bis-saħħa tal-promozzjoni tat-trasparenza, id-disponibbiltà u l-użu effettiv tal-fertilizzanti. Il-kummerċ globali tal-fertilizzanti għandu jiġi ffaċilitat billi s-swieq jinżammu miftuħa, jiġu evitati r-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, tiżdied il-produzzjoni tal-fertilizzanti fl-Ewropa u jiġu estiżi r-rotot tal-loġistika. (ks)

 

Is-sistemi tal-enerġija diġitali jistgħu jġibu benefiċċji reali jekk jiġu implimentati b’mod effettiv

Hemm wisq ostakli li għadhom idgħajfu l-potenzjal tas-sistemi tal-enerġija diġitali. Huwa diffiċli li jiġu implimentati soluzzjonijiet aktar intelliġenti, speċjalment minħabba proċeduri amministrattivi kbar, nuqqas ta’ inċentivi effettivi, u l-inflessibbiltà tan-network ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni minħabba nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija.

Read more in all languages

Hemm wisq ostakli li għadhom idgħajfu l-potenzjal tas-sistemi tal-enerġija diġitali. Huwa diffiċli li jiġu implimentati soluzzjonijiet aktar intelliġenti, speċjalment minħabba proċeduri amministrattivi kbar, nuqqas ta’ inċentivi effettivi, u l-inflessibbiltà tan-network ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni minħabba nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija.

Dawn huma l-konklużjonijiet ewlenin milħuqa fl-Opinjoni tal-KESE “Pjan ta’ azzjoni tal-UE għad-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija”.

L-Opinjoni tfasslet mir-relatur Thomas Kattnig u l-korelatur Zsolt Kükedi u ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu.

B’mod ġenerali, il-KESE jappoġġja l-objettivi u l-biċċa l-kbira tal-miżuri proposti fil-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, fil-fehma tal-KESE, il-Kummissjoni tonqos milli tintegraha fil-politika ġenerali tal-enerġija u toħloq approċċ silo. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija għandha twassal għal soluzzjonijiet kooperattivi fejn l-utenti jkollhom inċentivi biex jipparteċipaw fis-sistema tal-enerġija diġitalizzata.

Fid-disinn futur tal-infrastruttura tal-enerġija, il-konsumaturi kollha għandhom ikunu involuti b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ enerġija intelliġenti. “Huwa estremament importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-konsumaturi attivi fid-diġitalizzazzjoni u li jiġu mħeġġa u jkunu jistgħu jużaw kemm jista’ jkun soluzzjonijiet intelliġenti,” qal is-Sur Kükedi.

Barra minn hekk, is-servizzi ġodda mmexxija mid-data u soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi jirriskjaw li ma jiġux implimentati malajr biżżejjed peress li ma jkunx hemm biżżejjed ħaddiema tas-sengħa u professjonisti mħarrġa biex jgħinu fl-implimentazzjoni tagħhom. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iridu jiġu adottati miżuri mmirati tal-politika tas-suq tax-xogħol u tal-edukazzjoni. “Neħtieġu approċċ ikkoordinat u kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali. L-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huwa essenzjali,” qal is-Sur Kattnig. (mp)

Unjoni tas-Swieq Kapitali: il-KESE jikkummenta dwar ir-rekwiżiti l-ġodda dwar il-kwotazzjoni fil-borża u r-rieżami tal-EMIR

Fit-23 ta’ Marzu, il-KESE adotta żewġ Opinjonijiet dwar l-aktar ħidma reċenti tal-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-UE frammentata u sottożviluppata: Att ġdid dwar il-kwotazzjoni fil-borża u rieżami tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR).

Read more in all languages

Fit-23 ta’ Marzu, il-KESE adotta żewġ Opinjonijiet dwar l-aktar ħidma reċenti tal-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-UE frammentata u sottożviluppata: Att ġdid dwar il-kwotazzjoni fil-borża u rieżami tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR).

Permezz ta’ Att ġdid dwar il-kwotazzjoni fil-borża, il-Kummissjoni għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv tal-proċess tal-kwotazzjoni fil-borża fuq il-kumpaniji ta’ kull daqs, b’mod partikolari l-SMEs, sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw aħjar il-finanzjament billi jiġu kkwotati fil-boroż tas-swieq pubbliċi Ewropej.

Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva peress li ż-żieda tal-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma u t-tnaqqis tad-dipendenza mill-finanzjament bankarju għall-kumpaniji Ewropej huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-irkupru ta’ wara l-pandemija u l-bini ta’ sistema ekonomika reżiljenti. Il-Kumitat jemmen li jekk il-kumpaniji tal-familja jinġiebu fis-swieq kapitali, dan jagħti lok biex jiġi sfruttat il-potenzjal mhux mimsus ħalli jiġi attirat il-kapital għat-tkabbir.

Ir-relatur tal-KESE Kęstutis Kupšys jispjega li “r-reġim tal-ishma bi drittijiet ta’ vot multiplu jgħin lill-familji jżommu l-kontroll, u b’hekk il-kwotazzjoni fil-borża ssir aktar attraenti għalihom. Huwa importanti wkoll li jiġi ssemplifikat il-kontenut ta’ prospett li jnaqqas b’mod sinifikanti l-ispejjeż u l-piż għall-emittenti. Madankollu, l-użu ta’ dokumenti tal-ħruġ bl-“Ingliż biss”, skont il-proposta tal-Kummissjoni, ixekkel l-iżvilupp ta’ bażi nazzjonali ta’ investiment għall-konsumatur.”

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Regolament ġdid dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR) biex ittejjeb il-kapaċità ta’ kklerjar fi ħdan l-UE. Fir-rigward tal-EMIR, il-KESE kien qiegħed jistenna pożizzjoni aktar ċara dwar it-tnaqqis tal-esponiment għal kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit u regoli u inċentivi aktar speċifiċi biex jiġi xprunat iċ-ċaqliq lejn kontropartijiet ċentrali bbażati fl-UE wara l-Brexit.

Ir-relatur tal-KESE Florian Marin qal: “M’hemmx pjan ċar b’miżuri speċifiċi għall-ħolqien ta’ suq tal-ikklerjar kompetittiv u kkonsolidat. Jiddispjaċina li l-qafas attwali ma ġiex ivvalutat wara ħames snin, u nipproponu li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) toħroġ rapport sena wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar ir-raġunijiet għall-użu ta’ kontropartijiet ċentrali mhux tal-UE.” (tk)

 

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2023: Iż-żgħażagħ jitolbu UE aktar trasparenti, diġitali u semplifikata

L-applikazzjoni EYou li tagħmel l-UE aktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ kienet il-proposta li rċeviet l-aktar voti matul l-avveniment ewlieni tal-KESE.

 

Read more in all languages

L-applikazzjoni EYou li tagħmel l-UE aktar aċċessibbli għaż-żgħażagħ kienet il-proposta li rċeviet l-aktar voti matul l-avveniment ewlieni tal-KESE.

Il-105 studenti tal-iskola sekondarja minn 35 skola mill-Istati Membri kollha tal-UE u s-seba’ pajjiżi kandidati li ġew Brussell fit-23 u l-24 ta’ Marzu għall-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek ressqu l-ħames rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

1.    UE semplifikata: applikazzjoni EYou li tippermetti liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom direttament mal-politiċi u mas-soċjetà ċivili billi jagħżlu l-interessi ewlenin tagħhom u jsegwu l-aħħar żviluppi fil-livell lokali;
2.    Il-pjattaforma E-Youth għall-informazzjoni dwar l-UE biex tiġi ssemplifikata l-politika għall-ġenerazzjonijiet iżgħar, u tagħtihom forum fejn leħinhom jingħata widen;
3.    Il-pjattaforma tal-EYout(h)rust se żżid it-trasparenza fil-politika fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE;
4.    Il-proġett Youth Democratic Opinion (YDO) li se jtejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni ċivika u l-involviment fl-Ewropa billi jistabbilixxi programm ta’ ambaxxaturi tal-UE li jiġbor il-fehmiet taż-żgħażagħ u jipproponi rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika;
5.    Aktar inizjattivi ffinanzjati mill-UE mexxijin MIŻ-żgħażagħ GĦAŻ-żgħażagħ.

“Għidulna x’inhuma l-aspettattivi u t-tamiet tagħkom għall-futur tal-Ewropa,” talbet il-President tal-KESE Christa Schweng lill-istudenti miġbura għall-avveniment. “Biex tindirizza sfidi ġodda, jeħtieġ li l-UE tagħti widen liż-żgħażagħ u tadotta ideat ġodda.”
 
Il-Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni Cillian Lohan qal lill-istudenti li l-KESE se jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tagħhom fl-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE) tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu f’Ġunju 2023. Fil-fehma tal-Viċi President Lohan, “meta d-difetti tas-sistema jibdew joħorġu fid-dieher jew meta din tkun f’riskju, ilkoll kemm aħna rridu nintensifikaw l-attivitajiet privati tagħna u nsiru attivi. Illum, intom għamiltu dan il-pass: grazzi.”

Id-diskussjonijiet urew li ż-żgħażagħ jemmnu li bħalissa ma hemm l-ebda spazju biex isemmgħu leħinhom fl-Unjoni Ewropea. Il-membru tal-KESE Neža Repanšek assigurathom li din il-frustrazzjoni hija punt ta’ tluq tajjeb għall-bidla: “Il-motivazzjoni li wasslitni biex nipparteċipa b’mod attiv nibtet mill-frustrazzjoni. Rajt li meta ż-żgħażagħ jingħaqdu flimkien, nistgħu nkunu forza qawwija.”

L-14-il edizzjoni tal-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek iffokat fuq “Djalogi maż-Żgħażagħ dwar id-Demokrazija” u għall-ewwel darba pparteċipaw fih studenti mill-Ukrajna u l-Moldova. (gb/tk)

 

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE jniedi prijoritajiet ġodda biex jagħti spinta lill-kompetittività u jikseb prosperità għal kulħadd

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew nieda l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-2023 u lil hinn.  F’dokument intitolat “Nixprunaw il-Prosperità għal Kulħadd: Aġenda dwar il-Kompetittività għall-UE”, il-Grupp ippreżenta għadd ta’ azzjonijiet meħtieġa biex tiġi restawrata l-fiduċja tan-negozji u biex ikun hemm prosperità għal kulħadd.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew nieda l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-2023 u lil hinn.  F’dokument intitolat “Nixprunaw il-Prosperità għal Kulħadd: Aġenda dwar il-Kompetittività għall-UE”, il-Grupp ippreżenta għadd ta’ azzjonijiet meħtieġa biex tiġi restawrata l-fiduċja tan-negozji u biex ikun hemm prosperità għal kulħadd.

“In-negozji jagħtu ben komuni ta’ kuljum. Huma parti integrali mis-soċjetà u għandhom rwol ċentrali fil-ħolqien tal-impjiegi, u jipprovdu oġġetti u servizzi sostenibbli li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, anke fi żminijiet ta’ kriżi”, qal Stefano Mallia, il-President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem. “Iżda biex niżguraw li n-negozji jkomplu jagħmlu differenza, għandna bżonn aġenda dwar il-kompetittività għall-UE ”.

Id-dokument tal-Grupp jiddeskrivi perkors ekonomiku u industrijali ġdid li japplika għan-negozji kollha (l-industrija, is-servizzi u l-agrikoltura).  Abbażi ta’ żewġ pilastri, il-ħolqien ta’ ben komuni u l-iffukar fuq il-kundizzjonijiet essenzjali, il-prijoritajiet tal-Grupp ta’ Min Iħaddem jikkonċernaw tliet oqsma ta’ azzjoni.

L-ewwel qasam jikkonċerna l-aċċess għal riżorsi bażiċi ta’ produzzjoni bi prezzijiet kompettitivi. Dan japplika bl-istess mod għall-enerġija, il-materja prima, il-ħaddiema, il-kapital u d-data. Dan ifisser it-titjib tal-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tal-enerġija u tal-materja prima u għall-bini ta’ ekosistemi reżiljenti u d-diversifikazzjoni ta’ fornituri barranin, kif ukoll l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet adegwati billi jiġu ffaċilitati l-mobbiltà u l-migrazzjoni ekonomika, u billi jiġu stabbiliti sistemi effettivi ta’ tagħlim tul il-ħajja li jantiċipaw il-bidla.

It-tieni qasam ta’ azzjoni huwa t-tisħiħ tas-swieq miftuħa b’regoli ugwali. Hija u tibni fuq il-benefiċċji u l-progress li sar matul l-aħħar 30 sena tas-suq uniku, l-UE trid tidentifika b’mod persistenti u deċiżiv l-ostakli għas-suq u teliminahom b’mod sistematiku, u trid tevita wkoll il-ħolqien ta’ ostakli ġodda. L-Istati Membri jridu jsegwu regoli komuni u jevitaw il-gold-plating u regolamenti nazzjonali ġodda li jmorru kontra r-regoli tal-UE, biex jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq u t-telf tal-ekonomiji ta’ skala.

It-tielet qasam ta’ azzjoni jikkonċerna l-iżgurar ta’ regolamentazzjoni u tassazzjoni favur in-negozju. In-negozji jeħtieġu qafas ta’ politika li jrawwem l-intraprenditorija u jħeġġeġ lill-intrapriżi biex jinnovaw, jinvestu u jinnegozjaw. Dan ir-rekwiżit japplika bl-istess mod għar-regolamentazzjoni, it-tassazzjoni u l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku. L-inkorporazzjoni ta’ “kontroll tal-kompetittività”, li aħna l-impjegaturi ilna nitolbu għaliha għal dawn l-aħħar sentejn, hija parti mis-soluzzjoni. Apparti minn hekk, l-aċċellarazzjoni tal-proċeduri tal-permessi tevita r-rilokazzjoni u tħaffef it-tnedija tal-kompetittività.

Biex taqra u tniżżel id-dokument kollu, agħfas hawn.

 

L-importanza tal-politika soċjali u tas-soċjetà ċivili fil-Presidenza Spanjola futura tal-Kunsill tal-UE

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Spanja qed tippjana li tpoġġi d-dimensjoni soċjali tal-UE fil-qalba tal-Presidenza ta’ sitt xhur tagħha tal-Kunsill tal-UE, dan ifisser għadd rekord ta’ konsultazzjonijiet għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar uħud mill-kwistjonijiet soċjali prinċipali ta’ bħalissa

Read more in all languages

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Spanja qed tippjana li tpoġġi d-dimensjoni soċjali tal-UE fil-qalba tal-Presidenza ta’ sitt xhur tagħha tal-Kunsill tal-UE, dan ifisser għadd rekord ta’ konsultazzjonijiet għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar uħud mill-kwistjonijiet soċjali prinċipali ta’ bħalissa

Spanja se tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE f’Lulju li ġej, hekk kif qed noqorbu lejn l-aħħar fażi tal-mandat tal-President Von der Leyen, u t-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej 2024. Fid-dawl ta’ tmiem dan il-mandat iżda wkoll fid-dawl tal-prijoritajiet futuri tal-Kummissjoni li jmiss, Spanja enfasizzat b’mod ċar l-aspetti soċjali li l-Ewropa jeħtiġilha tindirizza, u r-rieda tagħha li tiżblokka u tmexxi ’l quddiem uħud mid-dossiers l-aktar kontroversjali dwar kwistjonijiet soċjali.

Għalhekk, mhijiex ta’ sorpriża li Spanja talbet għadd straordinarju ta’ opinjonijiet esploratorji mill-KESE, mill-inqas 20 opinjoni. Dawn l-opinjonijiet ivarjaw mill-Protokoll dwar il-Progress Soċjali, li l-KESE appoġġja fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (u li, fl-aħħar mill-aħħar, ġie inkluż fir-rakkomandazzjonijiet), għall-kwistjonijiet dwar id-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, in-negozjar kollettiv ekoloġiku, is-saħħa mentali u l-prekarjat, kif ukoll il-proposta għal proċedura ta’ żbilanċi soċjali. Il-KESE diġà qed jiffinalizza l-ħidma fuq xi wħud minnhom, u għalhekk se jkun lest li jagħti l-kontribut tiegħu fil-proċess ta’ politika mill-bidu nett. (ppr)

Tnaqqis tal-faqar: l-UE teħtieġ politiki reżistenti għall-faqar

Mill-Grupp tal-KESE tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

Dibattitu organizzat reċentement mill-Grupp saħaq li l-faqar fl-UE huwa problema kbira u kumplessa wisq biex il-piż sabiex jittaffa jitħalla biss fuq l-organizzazzjonijiet lokali; hemm bżonn ta’ firxa ta’ miżuri ta’ politika.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-KESE tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

Dibattitu organizzat reċentement mill-Grupp saħaq li l-faqar fl-UE huwa problema kbira u kumplessa wisq biex il-piż sabiex jittaffa jitħalla biss fuq l-organizzazzjonijiet lokali; hemm bżonn ta’ firxa ta’ miżuri ta’ politika.

 Il-faqar għad irid jiġi miġġieled fl-UE u fil-bqija tad-dinja. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li l-għoli tal-ħajja żdied b’mod sinifikanti mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna. Filwaqt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipprovdu soluzzjonijiet importanti biex jiġu indirizzati l-effetti tal-faqar, huwa ċar li l-miżuri ta’ politika futuri għandhom ikunu reżistenti għall-faqar. Dawn huma l-konklużjonijiet ta’ diskussjoni li saret mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE fit-22 ta’ Marzu 2023. Għal din l-attività attendew kelliema mistiedna ta’ livell għoli, fosthom il-Ministru tal-Italja għax-Xogħol u l-Politiki Soċjali, Marina Elvira Calderone.

Séamus Boland, president tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili, saħaq li, b’persuna waħda minn kull ħamsa fl-Ewropa li għadha f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-2021 (ekwivalenti għal 95,4 miljun ruħ, jew 21,7 % tal-popolazzjoni tal-UE fl-2021, skont il-Eurostat), dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha ma setgħux jinjoraw il-fatt li l-faqar baqa’ problema fl-UE. Żied jgħid li “il-motto ‘Ħadd ma jitħalla jibqa' lura’ m’għandux jitlef it-tifsira tiegħu.” Il-faqar ġie kkwotat bħala r-raġuni ewlenija għall-esklużjoni tan-nies mill-postijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u s-servizzi bażiċi tas-saħħa. Kienet l-akbar kawża unika ta' esklużjoni soċjali u inugwaljanza.

Fid-diskors tagħha, is-Sinjura Calderone enfasizzat li l-ġlieda kontra l-faqar teħtieġ investiment sinifikanti fin-networks soċjali u professjonali sabiex in-nies jittieħdu fuq vjaġġ ta’ żvilupp li jista’ jaġġorna l-potenzjal uman. “Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jippromovu inizjattivi awtonomi taċ-ċittadini permezz ta’ oqfsa legali adegwati li jippermettu l-iżvilupp ta’ forom organizzattivi ġodda,” qalet is-Sinjura Calderone. “Ilkoll għandna bżonn nirrispondu għall-forom differenti ta’ faqar u għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni.”

Carlos Susias, President tan-Network Ewropew Kontra l-Faqar (EAPN), enfasizza r-responsabbiltà ta’ ...

Kompli aqra, żur is-sit web tagħna (jk)

Soon in the EESC/Cultural events

Jum għall-Pubbliku tal-UE: nistgħu nerġgħu nattendu b’mod fiżiku

Il-“Jum għall-Pubbliku” tradizzjonali se jerġa’ jsir b’mod fiżiku The EESC will join forces with other EU institutions and welcome visitors interested in learning what the EU is all about.

Read more in all languages

The traditional Open Doors day will take place again in-person on Saturday 6 May 2023. The EESC will join forces with other EU institutions and welcome visitors interested in learning what the EU is all about.

After the long break due to the pandemic, visitors will once again have an opportunity to find out more about the European Economic and Social Committee and how it makes a difference as the only institution representing organised civil society in Europe. Members and staff will be there to welcome them and answer their questions.

A special focus for this year will be on opportunities for lifelong learning as part of the European Year of Skills 2023.

Guests will be welcomed on Saturday 6 May 2023, from 10.00 a.m. to 6:00 p.m. at the Jacques Delors building in Brussels. (mp)

 

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Millie Tsoumani (mt)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
Joris Vanderlinden (jv)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

April 2023
05/2023

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram