Tomasz Wroblewski: X’inhi kawża strateġika kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP) u kif nistgħu nilqgħu kontriha?

Il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tad-dibattitu pubbliku huma fil-qalba tad-demokraziji moderni. Il-kapaċità li persuna tipprovdi informazzjoni, tesprimi opinjonijiet u tippreżenta l-fehmiet tagħha hija kruċjali għall-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili infurmata. Dawn il-valuri ewlenin jiggwidaw l-azzjoni għall-prevenzjoni ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPP).

L-użu ta’ istituzzjonijiet legali u ġudizzjarji biex jingħata fastidju u jiġu intimidati l-ġurnalisti, l-attivisti soċjali, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-informaturi u ċ-ċittadini ordinarji li huma involuti fl-affarijiet pubbliċi ilu jiżdied f’dawn l-aħħar snin. Għalhekk, il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipprovdi għodod adegwati biex nilqgħu kontra l-istrumentalizzazzjoni tal-ġustizzja, li tillimita l-fluss ta’ informazzjoni u l-opportunità li jiġu ppreżentati opinjonijiet u fehmiet.

Għalkemm il-mekkaniżmi li tipproponi l-Kummissjoni huma tassew adegwati, sabiex din il-problema tiġi indirizzati b’mod komprensiv ta’ min jikkunsidra l-possibbiltà li l-lista tiġi estiża. Peress li d-Direttiva proposta hija ta’ natura transfruntiera, jeħtieġ li l-pajjiżi individwali jaġixxu biex jirrevedu miżuri legali eżistenti u jimplimentaw soluzzjonijiet nazzjonali li jipprovdu protezzjoni adegwata kontra kważi SLAPP anke fil-livell nazzjonali.

Fl-istess ħin, m’għandniex ninsew il-kwistjoni ferm importanti ta’ edukazzjoni tajba. Is-sensibilizzazzjoni dwar it-theddid li joħolqu l-kawżi SLAPP u l-possibbiltajiet ta’ difiża li joffru d-Direttiva u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha titqajjem mhux biss fost il-professjonisti legali iżda wkoll fost il-parteċipanti fid-dibattitu pubbliku.

Tomasz Wróblewski huwa membru tal-KESE.