F’dan l-episodju nitkellmu dwar il-biedja organika, il-produzzjoni organika, u l-konsum tal-ikel organiku, mil-lenti tal-ewwel edizzoni tal-Premijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika. Dawn il-premijiet ingħataw f’Settembru 2022 lil tmien organizzazzjonijiet Ewropej għall-eċċellenza tagħhom fis-setturi kollha tal-katina tal-ikel organiku: mill-Aħjar Azjenda Agrikola u Reġjun Organiċi, għall-aħjar SME Organika u l-aħjar Restorant li jservi ikel organiku. 
 

F’dan l-episodju nitkellmu dwar il-biedja organika, il-produzzjoni organika, u l-konsum tal-ikel organiku, mil-lenti tal-ewwel edizzoni tal-Premijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika. Dawn il-premijiet ingħataw f’Settembru 2022 lil tmien organizzazzjonijiet Ewropej għall-eċċellenza tagħhom fis-setturi kollha tal-katina tal-ikel organiku: mill-Aħjar Azjenda Agrikola u Reġjun Organiċi, għall-aħjar SME Organika u l-aħjar Restorant li jservi ikel organiku. X’inhuma l-prospetti biex tintlaħaq il-mira tal-UE li 25 % tal-art agrikola tintuża għall-kultivazzjoni organika sal-2030? L-ikel organiku jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel u għall-affordabbiltà tal-ikel fi żminijiet ta’ kriżi tal-enerġija u tal-prezzijiet? Jekk iva, kif? Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li nindirizzaw mal-ospiti tagħna Peter Schmidt (KESE), Alexander Wugk (Lilla Bjers), Michel Pâque (Ferme à l'Arbre), Jörg Daunke (J. Kinski), Eddy Wax (POLITICO Europe). (tk)