“Mistoqsija lil...”

Fis-sezzjoni “Mistoqsija lil ...”, il-membri tal-KESE huma mistiedna jispjegaw għaliex Opinjoni proposta hija importanti għal-leġiżlazzjoni Ewropea mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili organizzata. Din id-darba tkellimna dwar din il-kwistjoni ma’ Tomasz Wróblewski, l-awtur tal-Opinjoni dwar Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs).

KESE: Inti r-relatur għall-Opinjoni SOC/734 “Inizjattiva kontra l-litigazzjoni abbużiva mmirata lejn il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet”. L-abbrevjazzjoni mhux tas-soltu SLAPP (Strategic Lawsuits Against Public Participation [Kawżi Strateġiċi Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika]) tirreferi għal kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika f’dibattitu demokratiku. Il-kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika huma ta’ detriment għal-libertà tal-espressjoni, b’mod partikolari għall-ġurnalisti investigattivi, peress li jwasslu għal intimidazzjoni u l-vessazzjoni ġudizzjarja. Biex dan jiġi miġġieled, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi Direttiva tal-UE dwar kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika. X’inhi l-valutazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE); ta’ din il-proposta u x’jiżgura l-effettività tagħha?