Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Il-Kummissarju Mairead McGuinness ipparteċipat fl-aħħar laqgħa straordinarja tal-Grupp Diversità Ewropa biex tiddibatti r-rwol tal-finanzi u tal-banek fl-irkupru tal-Ewropa.

Fid-diskors ta’ merħba tiehgħu, il-president tal-Grupp Diversità Ewropa, Séamus Boland, irrakkomanda li jiġi kkunsidrat ir-rwol li sistemi bankarji konvenzjonali u alternattivi jistgħu jaqdu fl-irkupru finanzjarju, speċjalment għal negozji għar b’għan soċjali, is-settur tal-ekonomija soċjali u l-SMEs. Il-president tal-Grupp jara li hemm ħtieġa għal bidla lejn sistemi finanzjarji u bankarji li jqisu aktar l-għażliet u l-preferenzi taċ-ċittadini.

Il-Kummissarju għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali rrimarkat li r-rwol tas-sistema finanzjarja fl-irkupru kien kruċjali għal futur sostenibbli. Il-pandemija u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima qajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa biex il-flus jiġi dirett mill-ġdid lejn is-sostenibbiltà, sabiex l-ekonomiji, in-negozji u s-soċjetà jsiru aktar reżiljenti għal xokkijiet.

Il-Kummissarju qalet li l-pandemija ġabet magħha aċċellerazzjoni kbira fid-diġitalizzazzjoni, partikolarment fis-sistema finanzjarja. “L-istabbiltà finanzjarja hija kruċjali. Qed inħarsu b’attenzjoni lejn dawn l-innovazzjonijiet, li huma pożittivi, iżda bl-istess mod irridu nimmaniġġjaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-innovazzjoni u niżguraw li nipproteġu liċ-ċittadini”, hija spjegat.

Numru ta’ membri tkellmu waqt id-dibattitu mal-Kummissarju. Ioannis Vardakastanis, viċi president tal-Grupp, wissa: "Mhux ħa jkollna rkupru ekonomiku jew soċjali fl-Ewropa jekk l-atturi finanzjarji u bankarji ma jaħdmux flimkien fl-interess tal-ekonomija u tas-soċjetà kollha kemm hi".

Fir-rigward id-diġitalizzazzjoni tas-settur finanzjarju, Giuseppe Guerini, il-kelliem għall-kategorija tal-Ekonomija Soċjali tal-KESE, qal li kien importanti li jinstab bilanċ bejn ir-regolazzjoni neċessarja u l-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni.

Hi u twieġeb il-ħafna mistoqsijiet li għamlulha l-membri, il-Kummissarju McGuinness qalet fost affarijiet oħra li l-Kummissjoni qed taħdem ħafna biex tiġi evitata kriżi finanzjarja minħabba l-pandemija. Kien importanti li tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ self improduttiv fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek. Il-finanzjament tal-irkupru jeħtieġ li jqis il-punti ta’ tluq differenti, peress li l-impatt tal-COVID-19 ivarja. (jk)