Kolya qed jgħix waħdu mal-qattus tal-familja fl-appartament tiegħu fiċ-ċentru ta’ Irpin, parzjalment meqrud mill-attakki mill-ajruplani Russi. Familtu ħarbet lejn Franza, iżda hu għażel li jibqa’ għax iħoss li għandu jiddefendi darhom u l-affarijiet tagħhom. Uriena bi kburija r-ritratti ta’ uliedu, il-midalji tagħhom fil-ballet u t-taekwondo, u qalilna li jinsab ċert li dalwaqt se jerġa’ jingħaqad magħhom, “ladarba jintemm kollox”.

Costas Constantinou huwa kap editur tal-gazzetta Politis f’Ċipru. Huwa vvjaġġa lejn l-Ukrajna f’Marzu, u anke f’April, biex jirrapporta dwar il-gwerra, il-kriżi tar-refuġjati u l-ġlieda taċ-ċittadini Ukreni biex jissopravivu. Grazzi kbira lis-Sur Constantinou talli qasam il-mument maqbud fir-ritratt. (ks)