Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

JUNE 2022 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Editorjal

Il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tħejjija tal-baġit tal-UE

Il-baġits mhumiex newtrali. Dawn jistgħu jkunu indikaturi tal-impenn biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tan-nisa, pereżempju, u biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Għalhekk, il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji tal-KESE ddeċidiet li twettaq analiżi fil-fond tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru. Iżda fil-fatt dwar xiex qed nitkellmu? Qed nitkellmu dwar l-inkorporazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-baġit. Dan ifisser il-promozzjoni tar-responsabbiltà u tat-trasparenza fir-rigward tal-impatti potenzjali fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tad-deċiżjonijiet dwar l-infiq, filwaqt li jiġu speċifikati l-gruppi fil-mira ta’ benefiċjarji biex jiġu evitati d-diskriminazzjoni jew l-inugwaljanzi fl-implimentazzjoni ta’ politiki u azzjonijiet differenti. Din il-metodoloġija tagħti fehim aħjar ta’ kif id-dħul u l-infiq fil-politiki ta’ korpi, istituzzjonijiet u gvernijiet differenti jista’ jkollhom impatti differenti fuq in-nisa u l-irġiel. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-użu tar-riżorsi pubbliċi b’mod li jista’ jagħmel il-baġits u l-politiki aktar effiċjenti u effettivi.
 

Read more in all languages

Il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tħejjija tal-baġit tal-UE

Il-baġits mhumiex newtrali. Dawn jistgħu jkunu indikaturi tal-impenn biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tan-nisa, pereżempju, u biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Għalhekk, il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji tal-KESE ddeċidiet li twettaq analiżi fil-fond tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru. Iżda fil-fatt dwar xiex qed nitkellmu? Qed nitkellmu dwar l-inkorporazzjoni ta’ perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-baġit. Dan ifisser il-promozzjoni tar-responsabbiltà u tat-trasparenza fir-rigward tal-impatti potenzjali fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tad-deċiżjonijiet dwar l-infiq, filwaqt li jiġu speċifikati l-gruppi fil-mira ta’ benefiċjarji biex jiġu evitati d-diskriminazzjoni jew l-inugwaljanzi fl-implimentazzjoni ta’ politiki u azzjonijiet differenti. Din il-metodoloġija tagħti fehim aħjar ta’ kif id-dħul u l-infiq fil-politiki ta’ korpi, istituzzjonijiet u gvernijiet differenti jista’ jkollhom impatti differenti fuq in-nisa u l-irġiel. Dan jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-użu tar-riżorsi pubbliċi b’mod li jista’ jagħmel il-baġits u l-politiki aktar effiċjenti u effettivi.

L-ibbaġitjar skont il-ġeneru huwa bbażat fuq l-impenn tal-UE għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill appellaw b’mod ripetut lill-Istati Membri biex jintroduċu u jimplimentaw dan l-approċċ. Anke l-Kummissjoni Ewropea tinsab impenjata ħafna fir-rigward ta’ metodoloġija li tippermetti l-valutazzjoni tal-impatt tan-nefqa fuq il-ġeneru fil-baġit kollu tal-UE.

Studju mitlub mill-Kumitat BUDG tal-Parlament Ewropew irrakkomanda li l-PE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill jieħdu azzjoni biex jinkorporaw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-abbozzar tal-baġit tal-UE. Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew uriet l-impenn tiegħu għall-ibbaġitjar skont il-ġeneru, anke bil-għan li fil-futur jinfluwenza istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Nemmen li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jinsab f’pożizzjoni tajba ħafna biex isegwi din ir-rakkomandazzjoni. Naturalment, il-Parlament Ewropew jista’ juża d-dibattiti baġitarji u d-dibattiti dwar il-kwittanza baġitarja fil-Plenarja biex jappella għal dan l-objettiv. L-inklużjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fil-baġit, u l-implimentazzjoni tiegħu mill-istituzzjonijiet Ewropej, inevitabbilment se jeħtieġu impenn politiku u azzjoni leġiżlattiva. Se nqisu serjament jekk aħna, bħala istituzzjoni konsultattiva li tirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, nistgħux inkunu parti minn dan il-proċess strateġiku u importanti.

Giulia Barbucci, Viċi President tal-KESE għall-Baġit

 

Dati tad-Djarju

20 ta’ Ġunju 2022, Brussell

Konferenza “Saħħa Waħda”

6 ta’ Lulju 2022, Bratislava, is-Slovakkja

L-istat tad-dritt: għaliex għandu jimpurtana?

13-14 ta’ Lulju 2022, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

31 ta’ Lulju 2021 10 a.m. (ħin ta’ Brussell)

Il-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili: il-ħolqien ta’ futur aħjar għaż-żgħażagħ u l-għajnuna lill-vittmi tal-gwerra fl-Ukrajna – data tal-għeluq biex jitressqu l-applikazzjonijiet

Mill-Ukrajna fit-triq lejn...

Kolya qed jgħix waħdu mal-qattus tal-familja fl-appartament tiegħu fiċ-ċentru ta’ Irpin, parzjalment meqrud mill-attakki mill-ajruplani Russi. Familtu ħarbet lejn Franza, iżda hu għażel li jibqa’ għax iħoss li għandu jiddefendi darhom u l-affarijiet tagħhom. Uriena bi kburija r-ritratti ta’ uliedu, il-midalji tagħhom fil-ballet u t-taekwondo, u qalilna li jinsab ċert li dalwaqt se jerġa’ jingħaqad magħhom, “ladarba jintemm kollox”.

Read more in all languages

Kolya qed jgħix waħdu mal-qattus tal-familja fl-appartament tiegħu fiċ-ċentru ta’ Irpin, parzjalment meqrud mill-attakki mill-ajruplani Russi. Familtu ħarbet lejn Franza, iżda hu għażel li jibqa’ għax iħoss li għandu jiddefendi darhom u l-affarijiet tagħhom. Uriena bi kburija r-ritratti ta’ uliedu, il-midalji tagħhom fil-ballet u t-taekwondo, u qalilna li jinsab ċert li dalwaqt se jerġa’ jingħaqad magħhom, “ladarba jintemm kollox”.

Costas Constantinou huwa kap editur tal-gazzetta Politis f’Ċipru. Huwa vvjaġġa lejn l-Ukrajna f’Marzu, u anke f’April, biex jirrapporta dwar il-gwerra, il-kriżi tar-refuġjati u l-ġlieda taċ-ċittadini Ukreni biex jissopravivu. Grazzi kbira lis-Sur Constantinou talli qasam il-mument maqbud fir-ritratt. (ks)

“Dritt għall-punt”

Fil-kolonna tagħna “Dritt għall-punt”, il-membri tal-KESE jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet importanti fuq l-aġenda Ewropea. Alena Mastantuono hija waħda mir-relaturi tal-Opinjoni dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli, adottata mill-KESE fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju.

Read more in all languages

Fil-kolonna tagħna “Dritt għall-punt”, il-membri tal-KESE jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet importanti fuq l-aġenda Ewropea. Alena Mastantuono hija waħda mir-relaturi tal-Opinjoni dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli, adottata mill-KESE fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju. Illum, speċjalment għall-qarrejja tagħna, is-Sinjura Mastanuono titkellem dwar il-pakkett il-ġdid tal-Pjan REPowerEU, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-18 ta’ Mejju 2022. (ehp)

L-Ewropa tinsab f’nofs logħba rulett Russa

It-theddida tal-Kremlin li jaqta’ l-gass Russu u l-impatt tagħha fuq l-Ewropa. Barra mill-Polonja u l-Bulgarija, il-Finlandja, id-Danimarka u n-Netherlands issa huma fil-lista ta’ pajjiżi li huma fil-mira tal-gvern Russu u raw il-provvisti tal-gass tagħhom jinqatgħu.

Read more in all languages

It-theddida tal-Kremlin li jaqta’ l-gass Russu u l-impatt tagħha fuq l-Ewropa. Barra mill-Polonja u l-Bulgarija, il-Finlandja, id-Danimarka u n-Netherlands issa huma fil-lista ta’ pajjiżi li huma fil-mira tal-gvern Russu u raw il-provvisti tal-gass tagħhom jinqatgħu.

Fit-18 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-pjan REPowerEU tagħha, li jilħaq EUR 300 biljun, biex jiġu eliminati l-importazzjonijiet tal-enerġija Russa sal-2027. Il-gvernijiet tal-UE qed ifittxu soluzzjonijiet dwar kif jissostitwixxu malajr il-provvisti tal-enerġija Russa. Dawn qed iħaffu l-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u qed jonfqu bil-kbir biex jibnu l-infrastruttura meħtieġa għall-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat u biex iħażnu l-gass. Qed ifittxu wkoll oqsma fejn l-enerġija tista’ tiġi ffrankata u l-gass jista’ jiġi sostitwit. Sadanittant, l-arloġġ qed itektek u ħadd ma jaf min imissi li jkun fil-mira f’ din il-logħba ta’ rulett Russa. M’hemmx dubju, is-sitwazzjoni hija serja ħafna u tesiġi azzjoni bla preċedent.

Jidher diffiċli li jsiru investimenti żejda fl-infrastruttura u li jiġu introdotti aktar sorsi rinnovabbli, speċjalment fi żminijiet meta ekonomiji qed jirkupraw mill-COVID-19. Kull euro li jintefaq għandu jiġi ġġenerat f’ekonomija li bħalissa qed tiffaċċja inflazzjoni għolja, u meta jissellef għandu l-prezz tiegħu u jikkontribwixxi għar-riskju ta’ dejn. Fl-istess ħin, ir-regoli tas-suq ifissru li, filwaqt li hemm domanda ogħla, il-prezzijiet qed jiżdiedu wkoll. Barra minn hekk, l-ispejjeż addizzjonali ta’ sikurezza u sigurtà kkawżati mill-gwerra jheddu li jgħollu dejjem iktar il-prezzijiet tal-enerġija. Sfida oħra li qed niffaċċjaw hija tfixkil fil-ktajjen tal-provvista li qed ixekkel l-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Sabiex inħaffu l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji nodfa, il-Pjan REPowerEU bir-raġun jiffoka fuq it-tħaffif tal-proċeduri tal-għoti ta’ permess, bi proġetti ġodda tar-riħ u tax-xemx jiġu ddikjarati kwistjoni “prevalenti relatata mal-interess pubbliku”. Il-pjan jitlob ukoll, f’konformità mal-Opinjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni REPowerEU, li jiġu introdotti żoni “go-to” fil-livell nazzjonali f’żoni ta’ riskju ambjentali baxx. Fl-istess ħin, jissuġġerixxi li l-mira tal-UE għall-enerġija rinnovabbli tiżdied għal 45% sal-2030, żieda mill-mira ta’ 40% li ġiet ippreżentata s-sena l-oħra, u li l-mira tal-effiċjenza enerġetika tiżdied mill-mira ta’ 9% proposta f’Lulju 2021 għal 13%. Jipproponi wkoll li l-pannelli solari jsiru obbligatorji għal binjiet pubbliċi u dawk residenzjali ġodda sal-2025 u l-2029 rispettivament. Minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-suq, huwa ċar li mhuwiex teknikament possibbli li jintlaħqu dawn il-miri. Huwa tajjeb li nkunu ambizzjużi, iżda rridu naħsbu dwar kemm huma realistiċi u affidabbli l-għanijiet tagħna.

Il-Kummissjoni tirrimarka wkoll fil-pjan li l-eliminazzjoni gradwali tal-enerġija Russa se twassal għal prezzijiet tal-enerġija ogħla u iktar volatili fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni teħtieġ miżuri temporanji mmirati fl-Istati Membri li jgħawġu s-suq tal-UE mill-inqas possibbli, jew miżuri fil-livell tal-UE li ma jipperikolawx l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni jew il-provvista tal-enerġija. Kollox ma’ kollox, interventi fis-suq jheddu li jaħdmu kontra l-objettivi fuq medda itwal ta’ żmien billi ser jikkawżaw inċertezzi fl-investiment u jiskoraġixxu d-dekarbonizzazzjoni fl-industrija tal-enerġija.

Is-suq tal-elettriku Ewropew wera li jista’ jopera tajjeb f’termini tal-evitar tat-tnaqqis tal-provvista tal-elettriku jew anke l-qtugħ tal-elettriku f’ċerti żoni. Is-solidarjetà bejn l-Istati Membri fis-suq tal-elettriku tal-UE ser tkun kruċjali, mhux biss aħna u nersqu lejn ix-xitwa li jmiss iżda wkoll hekk kif ngħaddu għall-fażi li jmiss f’din il-logħba ta’ rulett Russa.

Alena Mastantuono, membru tal-KESE

 

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil…

F’din it-taqsima nistiednu lill-membri tal-KESE jwieġbu mistoqsija b’rabta ma’ suġġett li huma jqisu prijorità fl-aġenda Ewropea.

Read more in all languages

F’din it-taqsima nistiednu lill-membri tal-KESE jwieġbu mistoqsija b’rabta ma’ suġġett li huma jqisu prijorità fl-aġenda Ewropea.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju, il-Kumitat adotta r-riżoluzzjoni dwar L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – Kif nistgħu ntejbuh? Luca Jahier huwa wieħed mit-tliet relaturi għal din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma’ Gonçalo Lobo Xavier u Javier Doz Orrit.
Stedinna lis-Sur Jahier, Eks President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2018-2020) u l-Viċi President attwali tal-Grupp tas-Semestru Ewropew, biex iwieġeb mistoqsija waħda b’rabta ma’ dan is-suġġett. (ehp)

 

Luca Jahier: l-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza sejra tajjeb

KESEInfo: X’taħseb dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza fl-Istati Membri?

Luca Jahier: Sena ilu konna fil-bidu nett tal-proċess tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u ftit kienu l-pajjiżi li għamlu progress fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali tagħhom. 

Read more in all languages

KESEInfo: X’taħseb dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza fl-Istati Membri?

Luca Jahier: Sena ilu konna fil-bidu nett tal-proċess tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u ftit kienu l-pajjiżi li għamlu progress fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali tagħhom.  

L-ewwel u qabel kollox kien essenzjali li nittestjaw u nenfasizzaw l-importanza li jiġi implimentat l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-UE, li jirrigwardja l-obbligu tal-Istati Membri li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll lill-imsieħba soċjali, lill-awtoritajiet lokali, lill-universitajiet u lil partijiet ikkonċernati oħra, fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjani.

Din is-sena, 26 pajjiż iffinalizzaw il-pjani tagħhom (in-Netherlands jinsab fl-aħħar stadji li jagħmel dan) u, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ pajjiżi kkonċernati mill-kundizzjonalità marbuta mal-“istat tad-dritt”, l-oħrajn kollha kellhom il-pjani approvati u ħafna diġà jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Xi pjani diġà ġew totalment konklużi, irċevew valutazzjoni pożittiva tal-UE għall-ewwel sitt xhur ta’ implimentazzjoni u qed javvanzaw malajr fit-tieni perjodu ta’ sitt xhur. Bħala tali, hemm ħafna aktar elementi dwar l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-kontenut finali tal-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza issa ġie, b’mod ġenerali, ivvalutat b’mod favorevoli mis-soċjetà ċivili organizzata.

Minkejja li hemm ħafna differenzi kwalitattivi fl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri, b’xi wħud li kellhom involviment minimu, ġew identifikati wkoll xi prattiki tajbin ħafna. Pereżempju, fl-Awstrija, Franza, il-Lussemburgu, Spanja u l-Iżvezja, hemm kooperazzjoni mill-qrib u kostruttiva mal-gvernijiet, imsaħħa bit-trasparenza u d-djalogu kontinwu. Barra minn hekk, fiċ-Ċekja, l-Estonja, il-Finlandja, l-Italja u fi Spanja, sit web tal-kampanja jew portal tal-gvern iddedikati għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ġie implimentat b’informazzjoni trasparenti aċċessibbli għall-pubbliku. Fl-Italja, inħolqot Round Table ta’ Sħubija Permanenti f’Novembru 2021 fil-livell tal-gvern, ikkoordinata mill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali. Fil-Kroazja, is-soċjetà ċivili organizzata hija involuta fit-tħejjija tal-offerti għall-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fl-aħħar, fil-Portugal, inħoloq Kumitat Nazzjonali ta’ Monitoraġġ u jinkludi, fost l-oħrajn, rappreżentanti tal-imsieħba soċjali, l-universitajiet u s-settur soċjali.

Għalhekk nistgħu nikkonkludu li, l-ewwel nett hemm bżonn li jiġi enfasizzat aktar dan il-punt, u l-Istati Membri jiġu mistiedna jadottaw lezzjonijiet pożittivi u jsegwu dawn l-aħjar prattiki. It-tieni nett, nistgħu nikkonfermaw li l-parteċipazzjoni ta’ kwalità għolja, effettiva u stabbli ta’ organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-governanza ekonomika fl-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq regoli legali kif ukoll fuq proċeduri pubbliċi u trasparenti, garantiti permezz ta’ direttiva jew regolament tal-UE.

 

 

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistieden sorpriża

Kull xahar, f’din il-kolonna , nintroduċu personalità pubblika li ħidmitha u l-impenn tagħha huma sors ta’ ispirazzjoni. Il-kuraġġ, u l-karattru sod ta’ dawn il-personalitajiet u d-determinazzjoni tagħhom li jaġixxu huma eżemplari, u l-qlubija tagħhom jistħoqqilha rispett. Il-mistieden dan ix-xahar huwa Kostas Onisenko.

Read more in all languages

Kull xahar, f’din il-kolonna , nintroduċu personalità pubblika li ħidmitha u l-impenn tagħha huma sors ta’ ispirazzjoni. Il-kuraġġ, u l-karattru sod ta’ dawn il-personalitajiet u d-determinazzjoni tagħhom li jaġixxu huma eżemplari, u l-qlubija tagħhom jistħoqqilha rispett. Il-mistieden dan ix-xahar huwa Kostas Onisenko.

Kostas Onisenko huwa ġurnalist li ilu dawn l-aħħar 20 sena jaħdem għall-midja, il-gazzetti u t-televiżjoni Griega. Mill-2014 ‘l hawn lu jkopri l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna filwaqt li, għal dawn l-aħħar ħames snin, ilu jgħix fi Kiev, minn fejn qed jibgħat rapporti lil diversi mezzi tal-midja Griegi. Fl-istess ħin, Onisenko jinforma regolarment lill-pubbliku Grieg dwar l-iżviluppi fl-Ukrajna permezz tal-paġni tiegħu fuq in-networks soċjali.

“Oġġettività” jew “moralità”? Id-dilemma tal-midja fir-rappurtar tal-gwerra fl-Ukrajna

Mill-gwerra tal-Vjetnam ’il hawn, il-komunità ġurnalistika internazzjonali resqet lejn rappurtar oġġettiv tal-gwerer, fi kliem ieħor li ma wriet appoġġ għall-ebda naħa. Din il-prattika l-ġdida tqieset bħala sinjal ta’ progress enormi fid-direzzjoni tal-oġġettività, b’kuntrast mal-prattika preċedenti ta’ ġurnaliżmu inkorporat fejn il-ġurnalisti kellhom rabta mal-militar ta’ pajjiż. Naturalment, dan sar possibbli bis-saħħa tat-tkabbir ekonomiku tal-midja, iżda wkoll minħabba l-fatt li l-parti l-kbira tal-kunflitti kienu qed jiġu miġġielda “lil hinn” mill-kwartieri ġenerali tal-kumpaniji l-kbar tal-midja. Dawn kienu gwerer “barranin” u għalhekk kien relattivament faċli għall-ġurnalisti li jitbiegħdu minnhom mil-lat emozzjonali. Il-gwerra fl-Ukrajna dgħajfet din it-teorija u x’aktarx, fil-futur qrib, se twassal għal bidliet sinifikanti fil-funzjonament ġenerali tal-midja u fir-relazzjoni tagħha mas-soċjetà u l-istat.

Read more in all languages

Mill-gwerra tal-Vjetnam ’il hawn, il-komunità ġurnalistika internazzjonali resqet lejn rappurtar oġġettiv tal-gwerer, fi kliem ieħor li ma wriet appoġġ għall-ebda naħa. Din il-prattika l-ġdida tqieset bħala sinjal ta’ progress enormi fid-direzzjoni tal-oġġettività, b’kuntrast mal-prattika preċedenti ta’ ġurnaliżmu inkorporat fejn il-ġurnalisti kellhom rabta mal-militar ta’ pajjiż. Naturalment, dan sar possibbli bis-saħħa tat-tkabbir ekonomiku tal-midja, iżda wkoll minħabba l-fatt li l-parti l-kbira tal-kunflitti kienu qed jiġu miġġielda “lil hinn” mill-kwartieri ġenerali tal-kumpaniji l-kbar tal-midja. Dawn kienu gwerer “barranin” u għalhekk kien relattivament faċli għall-ġurnalisti li jitbiegħdu minnhom mil-lat emozzjonali. Il-gwerra fl-Ukrajna dgħajfet din it-teorija u x’aktarx, fil-futur qrib, se twassal għal bidliet sinifikanti fil-funzjonament ġenerali tal-midja u fir-relazzjoni tagħha mas-soċjetà u l-istat.

Mill-perspettiva tal-komunikazzjoni, il-gwerra fl-Ukrajna, li bdiet bl-invażjoni tar-Russja fil-Krimea fl-2014, kienet mimlija gideb mill-bidu nett. Mezzi tal-midja internazzjonali, kemm kbar kif ukoll żgħar, irrappurtaw dwar “neo-Nazisti li qed joppressaw persuni li jitkellmu bir-Russu” fl-Ukrajna tal-Punent, li taw skuża lill-Kremlin biex jissokta bl-atroċitajiet tiegħu. Il-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-rapporti ma kinitx tant turija ta’ inkompetenza min-naħa tal-midja tal-Punent, iżda pjuttost sinjal li s-sistema tal-midja tal-“Punent” ma kinitx ippreparata biex tindirizza din il-mewġa ta’ diżinformazzjoni, organizzata u ffinanzjata minn Moska. Dan kien sinjal li Moska użat il-libertajiet tad-dinja tal-Punent sabiex ikollha fil-mira tagħha dawn il-libertajiet.

Meta dan ħareġ fid-dieher, b’mod partikolari matul l-aħħar tliet xhur, il-parti l-kbira tal-ġurnalisti barranin ħadu n-naħa tal-Ukrajna b’mod apert. Dan ma kienx biss minħabba li l-pajjiż għadu qed jissielet ma’ attakk mhux provokat, iżda minħabba l-fatt li dawn il-ġurnalisti fehmu li qed jitwettaq ukoll attakk fuq il-prinċipji li fuqhom huma msejsa l-valuri kollha tal-libertà tal-espressjoni u l-funzjonament tal-midja, fost affarijiet oħra.

Mal-ewwel daqqa t’għajn, din l-għażla tista’ titqies bħala “obbligu” min-naħa tal-komunità ġurnalistika biex tibqa’ oġġettiva; irrispettivament minn kemm tista’ tkun “oġġettiva” u “imparzjali” rappreżentazzjoni ta’ stupratur u l-vittma tiegħu. Din il-gwerra wriet b’mod aktar ċar milli f’okkażjonijiet oħra li ż-żamma ta’ “distanza oġġettiva” bejn il-vittma u l-aggressur dejjem taħdem favur dan tal-aħħar.

Id-dilemma tirrigwarda wkoll l-għażla bejn l-oġġettività u l-moralità. Tista’ tinstema’ stramba iżda ħafna mill-mezzi l-kbar tal-midja jħabbtu wiċċhom ma’ din id-dilemma. Dan jirrigwarda wkoll jekk l-“Ewropa”, tal-anqas kif jaħsbuha l-Ukreni, hijiex lesta tiddefendi l-libertajiet tagħha, anke jekk dan jirrikjedi kontrolli aktar stretti fuq ksur potenzjali ta’ dawn il-libertajiet.

Għal dawn l-aħħar tmien snin, is-soċjetà Ukrena u speċjalment il-ġurnalisti fl-Ukrajna kienu konxji mill-fatt li l-Federazzjoni Russa – u minn issa ’l quddiem kwalunkwe setgħa li tikkomplotta kontra l-prinċipji u l-valuri Ewropej – temmen li l-libertà tal-espressjoni tagħna stess u l-mezzi tax-xandir bħala istituzzjoni jistgħu jintużaw bħala strument ta’ gwerra. Gwerra kontrina.

Minkejja l-invażjoni militari kontra l-Ukrajna, għal dawn l-aħħar tmien snin, l-Ukreni ġew deskritti bħala dawk responsabbli, jew responsabbli b’mod konġunt, għal din is-sitwazzjoni. Dawn ġew ippreżentati bħala l-aggressuri meta fil-fatt kienu l-vittmi. Waħda mill-konsegwenzi ta’ dan kienet fil-kamp tal-battalja, b’inqas sanzjonijiet kontra r-Russja, dewmien fil-provvista tal-armi lill-Ukrajna, eċċ. Din is-sitwazzjoni tidher li qed tinbidel issa, mhux biss bis-saħħa tal-ħidma ġurnalistika li qed tgħin biex jinkixfu l-gideb sfaċċati tar-Russja, iżda wkoll minħabba l-fatt li ħafna ġurnalisti qed jiskopru mill-ġdid ir-rwol tagħhom fis-soċjetà. Mhux ir-rwol ta’ messaġġier mingħajr sinsla, iżda dak tas-sistema nervuża ċentrali tas-soċjetà li qed tgħin, fost affarijiet oħra, biex twieġeb mistoqsija sempliċi waħda: fejn hu t-tajjeb u fejn hu l-ħażin?

Kostas Onishenko

Kostas Onishenko huwa ġurnalist Grieg li jgħix u jaħdem bħala korrispondent tal-midja Griega fl-Ukrajna.

 

 

Aħbarijiet tal-KESE

Charles Michel, waqt li kien qed jitkellem fil-plenarja tal-KESE, jappella għal Komunità Ġeopolitika Ewropea li tkun tinkludi lill-Ukrajna

Fil-ftuħ tas-sessjoni plenarja ta’ Mejju, il-President tal-KESE enfasizzat li: “Magħqudin jeħtiġilna naffaċċjaw il-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna u l-isfidi ġeopolitiċi li għandna quddiemna. L-Ewropa jeħtiġilha tevolvi minn pijuniera fil-ġestjoni tal-kriżi għal pijuniera dinjija fit-tfassil tal-futur”.

 

Read more in all languages

Fil-ftuħ tas-sessjoni plenarja ta’ Mejju, il-President tal-KESE enfasizzat li: “Magħqudin jeħtiġilna naffaċċjaw il-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna u l-isfidi ġeopolitiċi li għandna quddiemna. L-Ewropa jeħtiġilha tevolvi minn pijuniera fil-ġestjoni tal-kriżi għal pijuniera dinjija fit-tfassil tal-futur”.

“Il-Kremlin huwa żbaljat: dwar il-kapaċitajiet militari tiegħu, dwar is-saħħa tar-reżistenza Ukrena, dwar id-determinazzjoni u l-għaqda Ewropea”, qal il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, li ppropona approċċ ġdid għan-negozjati dwar it-tkabbir.

Fid-dawl tal-progress bil-mod tan-negozjati mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u l-applikazzjonijiet il-ġodda għal sħubija mill-Ukrajna, il-Georgia, u l-Moldova, l-UE għandha tipprevedi approċċ ta’ “integrazzjoni proporzjonata u kkontrollata”.

Skont Michel, “soluzzjoni li tkun ibbażata fuq integrazzjoni gradwali u progressiva matul il-proċess ta’ adeżjoni”.

Il-President tal-Kunsill Ewropew tkellem ukoll dwar il-ħolqien ta’ komunità ġeopolitika Ewropea, hekk kif l-UE qed tassumi tmexxija politika akbar. Il-politika barranija tkun qasam ewlieni ta’ kooperazzjoni fi ħdan din il-Komunità. “L-għan huwa li tinħoloq konverġenza u tiġi approfondita l-kooperazzjoni operattiva biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni, il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-kontinent tagħna”, qal il-President.

Madankollu, huwa ċċara li “din l-inizjattiva bl-ebda mod mhi maħsuba biex tissostitwixxi t-tkabbir jew biex tinstab skuża ġdida għal prokrastinazzjoni. Lanqas ma hija garanzija għal dawk li jipparteċipaw li xi darba se jkunu membri tal-UE”. (at)

 

Sistema ta’ migrazzjoni olistika u koeżiva tista’ tipproteġi lill-Ewropa kontra t-theddid tad-dittaturi u l-kriżijiet tar-refuġjati

B’reazzjoni għall-istrumentalizzazzjoni tal-migranti sponsorjata mill-istat fil-fruntieri esterni tal-UE, il-KESE organizza konferenza dwar dan is-suġġett, fejn enfasizza l-momentum li fuqu hija bbażata l-Ewropizzazzjoni tal-politika dwar il-migrazzjoni. S’issa, il-mexxejja awtoritarji strumentalizzaw it-tbatija umanitarja biex jirrikattaw lill-Ewropa, peress li jafu li hemm lakuni eżistenti fil-politika dwar il-migrazzjoni fil-kontinent.

Read more in all languages

B’reazzjoni għall-istrumentalizzazzjoni tal-migranti sponsorjata mill-istat fil-fruntieri esterni tal-UE, il-KESE organizza konferenza dwar dan is-suġġett, fejn enfasizza l-momentum li fuqu hija bbażata l-Ewropizzazzjoni tal-politika dwar il-migrazzjoni. S’issa, il-mexxejja awtoritarji strumentalizzaw it-tbatija umanitarja biex jirrikattaw lill-Ewropa, peress li jafu li hemm lakuni eżistenti fil-politika dwar il-migrazzjoni fil-kontinent.

Il-konferenza intitolata Lejn l-Ewropizzazzjoni tal-politika dwar il-migrazzjoni? Tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-istrumentalizzazzjoni tal-migranti u l-gwerra fl-Ukrajna saret b’mod konġunt mal-laqgħa tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni (REX).

Ta’ min jinnota li l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti mir-reġim Belarussu ma kienx l-ewwel każ ta’ dan it-tip, peress li kien twettqu abbużi simili wkoll mit-Turkija, il-Libja u l-Marokk.

Fir-rigward tal-istrumentalizzazzjoni tal-migranti bħala arma f’idejn il-mexxejja awtoritarji, il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas qal: “It-tagħlima ewlenija li nistgħu nisiltu mill-politiki tagħna hija li sakemm ma nkunux nistgħu nipproduċu sistema tal-migrazzjoni komuni u miftiehma, se nkunu fil-mira.”

Il-President tal-KESE Christa Schweng enfasizzat: “Din il-kriżi tar-refuġjati għamiltha ċara li l-migrazzjoni tolqot lill-Istati Membri kollha. L-UE għandha tuża dan il-momentun biex timxi ’l quddiem bil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil sabiex twassal għall-bidla sistemika meħtieġa biex tiġi żviluppata politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil tal-UE razzjonali u bbażata fuq id-drittijiet.”

“Issa huwa ż-żmien tal-ġeopolitika. Bl-istess mod kif ingħaqdna fil-pandemija, din il-gwerra qed ikollha l-istess effett fuq l-opinjoni pubblika Ewropea u dan huwa importanti ħafna”, enfasizza l-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna, Margaritis Schinas. (at)

 

Ma jistax ikun hemm lok għar-repressjoni tad-djalogu tas-soċjetà ċivili fl-UE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jadottaw tolleranza żero lejn l-attitudnijiet u l-prattiki tal-Istati Membri li jfixklu l-ħidma tas-soċjetà ċivili u jnaqqsu l-ispazju tagħha fl-Ewropa.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jadottaw tolleranza żero lejn l-attitudnijiet u l-prattiki tal-Istati Membri li jfixklu l-ħidma tas-soċjetà ċivili u jnaqqsu l-ispazju tagħha fl-Ewropa.

Sabiex jiġu miġġielda dawn l-iżviluppi, il-KESE qed jitlob lill-UE tieħu għadd ta’ miżuri, bħaż-żamma ta’ fondi tal-UE minn pajjiżi li ma jirrispettawx il-valuri tal-UE, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika u biex tiġi salvagwardjata d-demokrazija parteċipattiva fl-Ewropa.

Fl-Opinjoni Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala gwardjani tal-ġid komuni fl-irkupru ta’ wara l-pandemija, il-KESE ddikjara li s-soċjetà ċivili Ewropea għadha qed tiffaċċja bosta ostakli sostanzjali, minħabba li l-ispazju tagħha tnaqqas drastikament f’xi partijiet tal-UE. Dan minkejja l-fatt li s-soċjetà ċivili kellha rwol ewlieni biex ittaffi l-effetti tal-pandemija u li l-għajnuna tagħha għar-refuġjati Ukreni kienet eżemplari mill-ewwel jum tal-aggressjoni Russa.

“Is-soċjetà ċivili kienet forza mexxejja biex tgħin lis-soċjetà tagħna tgħaddi mill-pandemija tal-COVID-19. U issa, il-kriżi tal-Ukrajna wriet b’mod ċar il-valur u s-sinifikat tas-soċjetà ċivili għad-demokraziji tagħna”, qal ir-relatur tal-Opinjoni, Ioannis Vardakastanis.

Issa li s-soċjetà ċivili dalwaqt se jkollha rwol ewlieni fil-bini mill-effetti devastanti tal-kriżi tal-COVID-19, li se jirrikjedu l-parteċipazzjoni tal-partijiet kollha tas-soċjetà, l-UE trid tiżgura li jkun hemm djalogu bejn is-soċjetà ċivili u dawk li jfasslu l-politika, peress li n-nuqqas ta’ tali djalogu huwa wieħed mill-ostakli ewlenin li qed tiffaċċja s-soċjetà ċivili tal-Ewropa fil-livelli kollha.

Ostaklu ieħor huwa n-nuqqas ta’ involviment sinifikanti tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’rabta ma’ politiki u leġiżlazzjoni importanti.

Fil-fehma tal-KESE, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jadottaw “tolleranza żero” għal dawn l-attitudnijiet u għandhom jirreaġixxu “b’mod qawwi u mingħajr kompromess”, peress li l-inklużjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politika hija inseparabbli mill-valuri tal-UE u t-Trattati tal-UE. Biex jiġu eliminati prattiki bħal dawn, għandhom jiġu stabbiliti regolamenti legali fil-livell Ewropew u f’dak nazzjonali.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw appoġġ finanzjarju u tekniku mill-UE, l-awtoritajiet lokali u nazzjonali biex jiżviluppaw ir-rwoli tagħhom, iżda mingħajr ma jikkompromettu l-indipendenza tagħhom. (ll)

 

L-irkupru se jirnexxi biss jekk is-soċjetà ċivili Ewropea tkun involuta b’mod sistematiku

Il-KESE adotta Riżoluzzjoni ġdida dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fil-fatt, minn konsultazzjoni reċenti ħareġ fid-dieher li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa stabbilit fir-regolamentazzjoni, is-soċjetà ċivili organizzata mhijiex involuta biżżejjed f’dawn il-pjani.

Read more in all languages

Il-KESE adotta Riżoluzzjoni ġdida dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Fil-fatt, minn konsultazzjoni reċenti ħareġ fid-dieher li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa stabbilit fir-regolamentazzjoni, is-soċjetà ċivili organizzata mhijiex involuta biżżejjed f’dawn il-pjani.

Il-Kumitat jappella għal regoli ċari biex dan jiġi rimedjat b’mod effettiv, u biex l-ekonomija terġa’ lura fit-triq it-tajba. Matul id-dibattitu dwar l-adozzjoni ta’ din ir-Riżoluzzjoni, il-President tal-KESE Christa Schweng irrimarkat li l-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fir-riformi stabbiliti fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa essenzjali għat-titjib tal-kwalità, it-trasparenza u l-implimentazzjoni ta’ politiki ġodda. Gonçalo Lobo Xavier, Viċi President tal-Grupp ad hoc dwar is-Semestru Ewropew, qasam uħud mill-konklużjonijiet ewlenin tal-konsultazzjoni.

“B’mod ġenerali, il-kontenut finali tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa vvalutat b’mod pożittiv mis-soċjetà ċivili organizzata. Madankollu, id-dimensjoni soċjali ħafna drabi mhijiex żviluppata biżżejjed", huwa rrimarka. Il-President tal-GSE,Javier Doz Orrit, ippreżenta r-rakkomandazzjonijiet ewlenin. Huwa stieden ukoll lill-Istati Membri “jikkonformaw b’mod urġenti mar-regoli stabbiliti fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza”, u lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament biex jinfurzaw dan. Il-Viċi President tal-GSE, Luca Jahier, qasam xi prattiki tajbin, u qal li li “n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni effettiva u ta’ kwalità tas-soċjetà ċivili organizzata fil-governanza ekonomika tal-UE mhux se tiġi solvuta mingħajr riforma tas-Semestru Ewropew”.

Valdis Dombrovskis, Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, li ħa sehem ukoll fid-dibattitu, enfasizza l-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna fuq l-irkupru ekonomiku globali u l-UE, u l-miżuri meħtieġa biex dan l-impatt jiġi assorbit u biex nimxu ’l quddiem. (tk)

 

Il-gwerra fl-Ukrajna tippreżenta sfida maġġuri għall-politika ta’ koeżjoni tal-UE: iwissi l-KESE

Il-politika ta’ koeżjoni hija kruċjali biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19, tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 u jitnaqqsu d-disparitajiet fl-Ewropa. Opinjoni reċenti tal-KESE twissi li l-aktar sfida serja għaliha fil-futur prevedibbli hija l-gwerra fl-Ukrajna.

Read more in all languages

Il-politika ta’ koeżjoni hija kruċjali biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19, tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 u jitnaqqsu d-disparitajiet fl-Ewropa. Opinjoni reċenti tal-KESE twissi li l-aktar sfida serja għaliha fil-futur prevedibbli hija l-gwerra fl-Ukrajna.

Hija meħtieġa azzjoni rapida sabiex jiġu mgħejuna r-refuġjati u tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-Ukrajna fl-Ewropa. Fl-Opinjoni tiegħu, il-KESE enfasizza wkoll li huwa favur ħafna li l-Ukrajna tissieħeb fl-UE mingħajr dewmien, u appella sabiex il-politika ta’ koeżjoni u l-istrumenti finanzjarji assoċjati jiġu adattati kif meħtieġ.

B’mod speċifiku, il-Kumitat jissuġġerixxi li jinħoloq fond separat tal-UE li jiffaċilita r-rikostruzzjoni u l-iżvilupp wara l-gwerra. L-Opinjoni, adottata fil-plenarja ta’ Mejju, tanalizza l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rapport tagħha dwar Il-Koeżjoni fl-Ewropa sal-2050.

Ir-rapport ġie ppubblikat ġimagħtejn wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna – u għalhekk ma jqisx il-konsegwenzi tagħha. Ir-relatur Krzysztof Balon qal: “Fuq terminu qasir u medju, l-akbar sfida għall-politika ta’ koeżjoni hija l-aggressjoni Russa, li fil-fatt hija wkoll att ta’ aggressjoni kontra l-Unjoni Ewropea”. Il-korelatur Gonçalo Lobo Xavier żied jgħid li: “Il-politika ta’ koeżjoni għadha strument fundamentali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-ekonomija Ewropea, u għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq l-SMEs”.  (tk)

Il-KESE jappella għal żona Schengen miftuħa u sigura

Il-gwerra fl-Ukrajna, li kkawżat fluss bla preċedent ta’ refuġjati biex ifittxu kenn fl-UE, tindika ħtieġa urġenti għal regolamenti Ewropej komuni effettivi, umani u umanitarji dwar il-migrazzjoni u l-ażil f’żona Schengen miftuħa iżda wkoll sigura, skont Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu f’Mejju.

Read more in all languages

Il-gwerra fl-Ukrajna, li kkawżat fluss bla preċedent ta’ refuġjati biex ifittxu kenn fl-UE, tindika ħtieġa urġenti għal regolamenti Ewropej komuni effettivi, umani u umanitarji dwar il-migrazzjoni u l-ażil f’żona Schengen miftuħa iżda wkoll sigura, skont Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu f’Mejju.

“L-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna hija fattur ta’ bidla radikali. Storikament, hija l-akbar theddida li qatt kien hemm għall-funzjonament taż-żona Schengen u s-sigurtà tal-UE. L-avvenimenti terribbli fl-Ukrajna jaffermaw mill-ġdid l-importanza tas-sigurtà fil-fruntieri esterni fiż-żona Schengen u l-istabbiltà bħala prerekweżit tas-sigurtà interna tal-Ewropa”, qal ir-relatur tal-Opinjoni dwar il-Pakkett tal-Unjoni tas-Sigurtà/ Pakkett ta’ Schengen, Krzysztof Balon.

Huwa qal li l-KESE jappoġġja l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li kwalunkwe għeluq tal-fruntieri bejn il-pajjiżi tas-Schengen għandu jkun biss temporanju.

Fl-Opinjoni, li evalwat il-pakkett reċenti tal-Kummissjoni li jaġġorna r-regoli dwar iż-żona Schengen, il-KESE ddikjara li t-tħassib tal-Istati Membri dwar is-sigurtà għandu jiġi indirizzat aħjar billi jiżdiedu u jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, pjuttost milli jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni.

L-Opinjoni tagħmel enfasi kbira fuq li jiġi żgurat li l-UE u l-Istati Membri, meta jiġġestixxu l-fruntieri, il-migrazzjoni u l-ażil, jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali f’kull ħin, b’mod partikolari il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza, kif ukoll id-dritt għall-ażil u l-prinċipju ta’ non-refoulement. L-istess japplika għall-każijiet kollha ta’ kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.

Il-KESE stieden lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod proattiv il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

Il-mekkaniżmi ta’ solidarjetà jistgħu jiġu żviluppati bejn l-Istati Membri abbażi tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja, li għadha kif ġiet attivata fil-kuntest tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u li l-KESE japprezza ferm din l-attivazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja għal nazzjonali ta’ pajjiż terz f’sitwazzjonijiet futuri ta’ kriżi severa u urġenti.

Il-KESE tenna wkoll it-tħassib tiegħu dwar l-esklużjoni kontinwa tar-Rumanija, il-Bulgarija, il-Kroazja u Ċipru miż-żona Schengen u jingħaqad mal-Kummissjoni fl-appell tagħha għal azzjoni rapida u deċiżiva mill-Kunsill sabiex din tinbidel. (ll)

 

 

Il-KESE jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali tant mistenni

Filwaqt li l-KESE jemmen li miżuri aktar b’saħħithom f’erba’ oqsma speċifiċi jagħmlu l-pjan aktar effettiv, bi pjaċir jinnota li ħafna mill-proposti tiegħu ġew adottati.

Read more in all languages

Filwaqt li l-KESE jemmen li miżuri aktar b’saħħithom f’erba’ oqsma speċifiċi jagħmlu l-pjan aktar effettiv, bi pjaċir jinnota li ħafna mill-proposti tiegħu ġew adottati.

F’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju, il-KESE ta l-appoġġ tiegħu lill-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali tal-Kummissjoni Ewropea, li jindirizza ħafna mill-proposti li l-KESE għamel għal aktar minn għaxar snin.

“Ninsabu ħerqana li naraw li dan il-pjan tant mistenni jiġi adottat, iżda l-ħidma għadha kif bdiet,” qal ir-relatur tal-Opinjoni Giuseppe Guerini. “Issa wasal iż-żmien li dan il-pjan jiġi implimentat b’miżuri kuraġġużi u fit-tul. Il-KESE għandu ħafna proposti innovattivi u konkreti biex jiżgura li l-potenzjal tal-ekonomija soċjali jiġi sfruttat bis-sħiħ f’kemm jista’ jkun Stati Membri tal-UE”.

Fil-pjan, il-KESE jidentifika erba’ oqsma ewlenin fejn jemmen li jistgħu jittieħdu miżuri aktar b’saħħithom:

•    Forom aktar aġli ta’ kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali li jaħdmu flimkien lokalment fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, b’distinzjoni ċara fid-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku bejn it-twettiq tal-interess ġenerali u l-attivitajiet immexxijin mill-kompetizzjoni.

•    Azzjoni regolatorja, possibbilment fil-forma ta’ linji gwida, biex jiġu ċċarati r-rekwiżiti għall-aċċess għall-għajnuna mill-Istat u l-ammont ta’ appoġġ disponibbli għall-Istati Membri, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-flessibbiltà kollha disponibbli biex jgħinu lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Mhux se jkun biżżejjed li jiġu organizzati sessjonijiet ta’ ħidma u webinars, kif tissuġġerixxi l-Kummissjoni.

•    Sistema ta’ krediti u self garantiti, kif diġà tinsab fis-seħħ għall-SMEs madwar l-UE, stabbilita mill-Istati Membri bl-appoġġ tal-UE. Huwa tajjeb ħafna li jitnedew prodotti finanzjarji ġodda biex jiġi mobilizzat il-finanzjament privat għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, iżda ħafna minnhom jeħtieġu appoġġ biex jiksbu aċċess biss għall-kreditu ta’ kuljum.

•    Huwa tajjeb li tiġi applikata tassazzjoni speċifika għall-ekonomija soċjali, iżda l-Istati Membri jeħtieġ li jkunu akkumpanjati fit-triq lejn armonizzazzjoni fiskali kkoordinata, forsi ispirata minn prattiki tajbin f’xi wħud minnhom, bħal eżenzjonijiet mit-taxxa fuq profitti mhux distribwiti, rati tal-VAT aktar baxxi, tnaqqis jew eżenzjonijiet mill-ispejjeż tal-assigurazzjoni soċjali. (dm)

 

L-Ewropa għandha tiġġieled bil-qawwa t-tixrid tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li testendi l-lista ta’ reati tal-UE għall-forom kollha tar-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda f’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju, u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta din il-proposta.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li testendi l-lista ta’ reati tal-UE għall-forom kollha tar-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda f’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Mejju, u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta din il-proposta.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili raw direttament iż-żieda fid-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda, kemm bħala miri ta’ mibegħda huma stess kif ukoll meta jassistu l-komunitajiet milquta. B’riżultat ta’ dan, il-Kumitat jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu salvagwardjati d-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet fundamentali u l-ugwaljanza. “Id-demokrazija, u l-UE nnifisha, mhumiex possibbli jekk in-nies ikunu qed jgħixu fil-biża’ u l-mistħija,” qal ir-relatur Cristian Pîrvulescu.
Premezz tal-avvanzi fil-media soċjali, u bis-saħħa tal-moviment liberu, is-sfera pubblika tal-UE saret aktar integrata. Għalhekk, bażi komuni issa hija indispensabbli sabiex il-mibegħda tiġi miġġielda b’mod effettiv. Is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni huma meħtieġa wkoll biex jiġi identifikat l-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet u biex jiġu evitati. Il-Kumitat jirrakkomanda li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk li għandhom rwol importanti fil-ġlieda kontra l-mibegħda bħall-għalliema, il-ġurnalisti u l-persunal tal-infurzar tal-liġi. Il-Kumitat jistieden ukoll lill-mexxejja politiċi jaġixxu b’mod responsabbli.

Il-KESE jenfasizza r-rwol kritiku li jaqdu l-imsieħba soċjali fl-iżjed livell bażiku fil-prevenzjoni tar-reati ta’ mibegħda u l-ġlieda kontrihom. “L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma l-għassiesa tas-soċjetà tagħna kontra l-mibegħda” tgħid il-korelatur Milena Angelova. L-UE għandha tippromovi l-kodiċijiet ta’ kondotta u l-prattiki tajba tagħhom, u tipprovdi aktar finanzjament biex tagħmel l-aqwa użu mill-għarfien espert tagħhom. (gb)

 

Xogħol deċenti: in-negozju qatt ma għandu jsir għad-detriment tad-dinjità u tal-libertà tan-nies

Żieda qawwija fit-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat, kif ukoll l-isfruttament kontinwu tal-ħaddiema madwar id-dinja jagħmlu l-azzjoni tal-UE dwar xogħol deċenti dejjem aktar urġenti.

Read more in all languages

Żieda qawwija fit-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat, kif ukoll l-isfruttament kontinwu tal-ħaddiema madwar id-dinja jagħmlu l-azzjoni tal-UE dwar xogħol deċenti dejjem aktar urġenti.

Is-seduta dwar “Xogħol deċenti madwar id-dinja”, li saret fl-4 ta’ Mejju, laqqgħet flimkien membri tal-KESE, rappreżentanti mill-istituzzjonijiet Ewropej u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll akkademiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Is-seduta saret biex jinġabar il-kontribut għall-Opinjoni li jmiss tal-KESE dwar is-suġġett, b’enfasi fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Xogħol Deċenti madwar id-Dinja, adottata fi Frar, u l-proposta tagħha għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva.

B’dawn l-inizjattivi, il-Kummissjoni qed tistinka biex tippożizzjona lill-UE bħala promotur ta’ xogħol deċenti, kemm f’darha kif ukoll madwar id-dinja, u biex tippermetti lil miljuni ta’ nies jaħdmu u jgħixu b’dinjità.

“Għandna ħolma ta’ ġejjieni fejn ix-xogħol huwa deċenti. Iżda x-xogħol deċenti għadu mhuwiex realtà għal mijiet ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja, li jagħmel il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli kompitu diffiċli”, qalet ir-relatur tal-Opinjoni tal-KESE, María del Carmen Barrera Chamorro.

Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet taggrava s-sitwazzjoni fid-dinja tax-xogħol, b’ħafna pajjiżi jirrapportaw żieda qawwija fil-kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol. Dan affettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-ħaddiema fl-ekonomija informali. L-għadd ta’ tfal involuti fix-xogħol kien beda tiela’ saħansitra qabel il-pandemija, peress li fil-perjodu ta’ bejn l-2016 u l-2020 rajna żieda ta’ aktar minn 8 miljuni, wara li kien naqas preċedentement.

Bħalissa dan jgħodd 160 miljun tifel u tifla, jew wieħed minn kull għaxart itfal madwar id-dinja. 25 miljun persuna qed jesperjenzaw sitwazzjoni ta’ xogħol furzat. Fin-nuqqas ta’ kopertura suffiċjenti tal-protezzjoni soċjali, 46 miljun tifel u tifla addizzjonali jistgħu jisfaw vittmi tat-tħaddim tat-tfal fil-futur qrib.

L-għan tal-isforz tal-UE huwa li tħeġġeġ imġiba korporattiva sostenibbli u responsabbli fis-swieq domestiċi, f’pajjiżi mhux tal-UE u tul il-ktajjen tal-valur globali. L-għodod ewlenin se jkunu l-politiki tal-UE għar-responsabbiltà korporattiva u t-trasparenza. Huwa ppjanat ukoll strument legali li jipprojbixxi prodotti magħmula minn xogħol furzat. Il-politiki kollha se jippromovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni.

“Aħna nilqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni, iżda jeħtieġ li jkollna aġenda aktar ambizzjuża u politika integrata bbażata fuq id-drittijiet universali tal-bniedem. Ix-xogħol deċenti huwa fl-interess tan-nies, iżda wkoll tal-kumpaniji, il-konsumaturi u l-pjaneta “, temmet tgħid is-Sinjura Barrera Chamorro. (ll)

 

 

 

L-UE għandha tneħħi l-ostakli għall-impjieg għaż-żgħażagħ b’diżabilità

Seduta tal-KESE li saret fit-8 ta’ April, li laqqgħet flimkien atturi ewlenin fil-politika dwar id-diżabilità, inklużi l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tindika l-ħtieġa li tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-persuni b’diżabilità, speċjalment iż-żgħażagħ. Minkejja l-isforzi legali, id-data turi li ħafna minnhom għadhom qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni fid-dinja tax-xogħol minħabba sterjotipi li jpinġuhom bħala li mhumiex produttivi.

Read more in all languages

Seduta tal-KESE li saret fit-8 ta’ April, li laqqgħet flimkien atturi ewlenin fil-politika dwar id-diżabilità, inklużi l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tindika l-ħtieġa li tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-persuni b’diżabilità, speċjalment iż-żgħażagħ. Minkejja l-isforzi legali, id-data turi li ħafna minnhom għadhom qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni fid-dinja tax-xogħol minħabba sterjotipi li juru li mhumiex produttivi.

L-iskop prinċipali tas-seduta kien li l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità rrikonoxxiet il-problemi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ b’diżabilità fl-oqsma tal-impjieg u tal-edukazzjoni. Madankollu, l-imsieħba soċjali għad iridu jaraw kemm se jkunu ambizzjużi dawn l-isforzi.

Iż-żgħażagħ b’diżabiltià jiffaċċjaw ostakli meta jiġu biex jidħlu fis-suq tax-xogħol u dawn l-ostakli jeżistu fis-settur privat kif ukoll fis-settur pubbliku. Tabilħaqq, ir-rata tal-qgħad fost il-persuni b’diżabilità hija sproporzjonatament għolja meta mqabbla mal-popolazzjoni ġenerali, speċjalment għan-nisa u ż-żgħażagħ. Skont l-aħħar data reċenti disponibbli fil-livell tal-UE, il-persuni b’diżabilità huma 24.4% inqas probabbli li jiġu impjegati. Il-pandemija tal-COVID-19 jidher li żiedet din l-inugwaljanza.

Daphne Nathalie Ahrendt, Maniġer ta’ livell għoli fir-Riċerka fi ħdan l-Aġenzija Eurofound, ippreżentat ir-riżultati ta’ stħarriġ mill-Eurofound: 27% tar-rispondenti b’diżabilità kienu qiegħda, meta mqabbla ma’ 12% tar-rispondenti mingħajr diżabilità. 55% minnhom huma kkunsidrati bħala finanzjarjament fraġli, meta mqabbla ma’ 38% ta’ persuni ta’ mparhom mingħajr diżabilità. Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti b’diżabilità huma aktar probabbli li jiffaċċjaw depressjoni u solitudni.

Skont Francesca Sbianchi mill-Kumitat taż-Żgħażgħa fi ħdan il-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà, “ħafna minna qed naffaċċjaw żieda fl-għoli tal-ħajja u b’hekk niddependu minn servizzi ta’ appoġġ u benefiċċji kontra d-diżabilità biex ngħixu bid-dinjità”. Wieħed mill-prerekwiżiti ewlenin biex tintemm parti minn din l-inugwaljanza hija li l-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jżommu l-benefiċċji kontra d-diżabilità meta jibdew jaħdmu, sabiex jingħataw iż-żmien biex isiru indipendenti finanzjarjament.

Stefan Tromel mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol indika li, għalkemm il-forom ġodda ta’ impjieg jirrappreżentaw opportunitajiet li jiġu inklużi aktar persuni b’diżabilità, id-data tal-OECD turina li għad hemm diskrepanza fil-ħiliet diġitali bejn persuni b’diżabilità u dawk mingħajr diżabilità, u x-xogħol mill-bogħod għandu jibqa’ alternattiva. Sabiex tintemm din id-diskrepanza u titjieb l-aċċessibbiltà fuq il-post tax-xogħol, it-trade unions jeħtieġ li jaħdmu flimkien mal-imsieħba soċjali: il-kumitati ekonomiċi u soċjali ta’ kull pajjiż jistgħu jkunu pjattaforma tajba li tipprovdi dan l-ispazju.

Il-persuni b’diżabilità jiffaċċjaw diskriminazzjoni akbar jekk ikunu żagħżagħ. Peress li l-2022 hija s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, huwa essenzjali li jinkiseb fehim aħjar tar-realtà li qed jiffaċċja dan il-grupp partikolari. (rl)

 

Sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-baġit tal-UE għandhom ikunu stabbli, ġusti u favorevoli għan-negozju

Il-Kumitat qed jappella lill-Kummissjoni Ewropea twettaq valutazzjonijiet tal-impatt aktar immirati tal-proposti tagħha għal sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-baġit tal-UE biex jitħallas lura d-dejn tan-NextGenerationEU.

Read more in all languages

Il-Kumitat qed jappella lill-Kummissjoni Ewropea twettaq valutazzjonijiet tal-impatt aktar immirati tal-proposti tagħha għal sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-baġit tal-UE biex jitħallas lura d-dejn tan-NextGenerationEU.

B’mod ġenerali, il-KESE jaqbel mad-dħul propost tal-UE minn “riżorsi proprji” għall-baġit. Madankollu, iridu jkunu iżjed stabbli u ġusti u m’għandhomx ikunu ta’ piż għall-unitajiet domestiċi jew in-negozji.

F’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu f’Mejju, il-KESE jappella lill-Kummissjoni wkoll biex tassigura li l-proposti tagħha jkunu jifilħu għal xokkijiet ekonomiċi u jwissi li dawn il-proposti jistgħu jisfaw fix-xejn minħabba l-konsegwenzi ta’ spejjeż tal-enerġija ogħla minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.

“Id-disinn tar-riżorsi proprji ġodda m’għandux jipperikola l-baġits ta’ programmi u strumenti oħrajn tal-UE, u għandu jevita li jżid il-kontribuzzjonijiet ta’ riżorsi bbażati fuq l-ING,” qal ir-relatur tal-Opinjoni, Philip von Brockdorff. Il-korelatur, Antonio García del Riego, żied jgħid: “Il-KESE japplawdi l-isforzi tal-OECD biex jiġi żgurat li korporazzjonijiet globali jiġu intaxxati fejn iseħħu l-attività ekonomika u l-ħolqien tal-valur, iżda jwissi li n-negozji tal-UE m’għandhomx jitqiegħdu fi żvantaġġ kompetittiv bl-implimentazzjoni tar-regoli ġodda qabel ma jagħmlu dan l-imsieħba kummerjali ewlenin”. (tk)

Il-politika tal-kompetizzjoni għandha taqbel mal-ambizzjonijiet il-ġodda tal-UE

Ir-regoli dwar il-fużjonijiet, l-antitrust u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu riveduti biex jaqdu l-ambizzjonijiet klimatiċi u diġitali tal-Unjoni u jgħinu tinkiseb awtonomija strateġika, li kollha kemm huma se jeħtieġġu investiment massiv. Żewġ Opinjonijiet ġodda tal-KESE jispjegaw kif għandha ssir din ir-reviżjoni.

Read more in all languages

Ir-regoli dwar il-fużjonijiet, l-antitrust u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu riveduti biex jaqdu l-ambizzjonijiet klimatiċi u diġitali tal-Unjoni u jgħinu tinkiseb awtonomija strateġika, li kollha kemm huma se jeħtieġġu investiment massiv. Żewġ Opinjonijiet ġodda tal-KESE jispjegaw kif għandha ssir din ir-reviżjoni.

Dibattitu li sar fid-19 ta’ Mejju waqt il-plenarja tal-KESE ffoka fuq żewġ rapporti ġodda li jindirizzaw il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE u l-għajnuna mill-Istat għas-servizzi tas-saħħa u soċjali f’kuntest globali li nbidel.
Fir-rapport dwar “Politika ta’ kompetizzjoni lesta għal sfidi ġodda”, il-KESE ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel iktar minn qatt qabel fir-reviżjoni tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE li għaddejja bħalissa. 

Il-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata l-COVID-19 u aktar tard l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna għenu ħafna lin-negozji, iżda jeħtieġ li jittejbu. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kriterji ta’ eliġibbiltà jippermettu lis-setturi kollha jibbenefikaw u ma jagħlqux il-bibien għan-negozji l-aktar milquta. 

Fir-rigward tal-qafas ġenerali tal-dritt tal-kompetizzjoni, filwaqt li aġġusta ruħu għal għadd ta’ sfidi, ma żviluppax biżżejjed biex jassorbi l-għanijiet strateġiċi tal-UE – jiġifieri t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali iżda wkoll ir-reżiljenza. Il-KESE jenfasizza li dawn l-ambizzjonijiet jeħtieġu investiment pubbliku u privat enormi u għandhom jingħataw l-appoġġ massimu.

Il-miżuri biex jiġu kkontrollati l-konċentrazzjonijiet u l-fużjonijiet xi drabi jidhru li qed jostakolaw l-isforz biex l-Unjoni tibqa’ kompetittiva fir-rigward tal-Istati Uniti u ċ-Ċina. Id-dispożizzjonijiet dwar l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti mhumiex neċessarjament imfassla għall-isfidi ekoloġiċi u diġitali l-ġodda. 

“Nissuġġerixxu xi aġġustamenti tekniċi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-appoġġ, iżda wkoll modi aħjar kif jitqiesu l-innovazzjoni u l-iżviluppi diġitali. Għamilna wkoll suġġerimenti biex is-setturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw, mhux biss l-industrija. Qed naħseb b’mod partikolari fis-settur tal-kummerċ u l-SMEs,” qalet ir-relatur tal-Opinjoni, Emilie Prouzet.

F’Opinjoni oħra, il-KESE indirizza l-għajnuna mill-istat għas-servizzi tas-saħħa u soċjali. 

Ir-relatur Giuseppe Guerini (Diversità Ewropa, IT) qal li “il-pandemija tal-COVID-19 uriet li s-sistemi tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali jeħtieġ li jkunu jistgħu jaġġustaw malajr għal kwalunkwe bidla u li l-miżuri li nipproponu jgħinu jissemplifikaw u jgħaġġlu l-għoti tal-għajnuna mill-Istati.”

Il-KESE jindika li dan is-settur ma tantx għandu impatt fuq il-kompetizzjoni transkonfinali. Is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali huma fil-biċċa l-kbira organizzati lokalment fil-pajjiżi u essenzjalment jintużaw fejn jiġu pprovduti. L-għajnuna mill-istat lil dan is-settur m’għandhiex titqies li xxekkel lill-kompetizzjoni.

Proposta importanti oħra tikkonċerna l-ammont massimu ta’ għajnuna mill-Istat permessa. Il-KESE jgħid li l-limitu biex tiġi nnotifikata l-għajnuna lill-Kummissjoni (attwalment EUR 500 000 fuq tliet snin fiskali), li jwassal għal proċess twil u kumpless, għandu jkun ogħla għal dawn is-servizzi milli għal servizzi oħra ta’ interess ġenerali. Dan ikun iġġustifikat mir-rwol tagħhom ta’ interess pubbliku, l-impatt limitat tagħhom fuq il-kummerċ transkonfinali u r-ritorn tal-inflazzjoni. (dm)

Is-sostenibbiltà tal-industrija tal-imballaġġ tista’ tkun essenzjali fil-ħarsien tal-pjaneta

F’Opinjoni proposta mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha fl-industrija tal-imballaġġ, jieħdu l-passi meħtieġa matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull prodott biex tiżdied is-sostenibbiltà tal-industrija.

 

Read more in all languages

F’Opinjoni proposta mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha fl-industrija tal-imballaġġ, jieħdu l-passi meħtieġa matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull prodott biex tiżdied is-sostenibbiltà tal-industrija.

Il-parti l-kbira tal-ammonti enormi ta’ materjali tal-imballaġġ użati attwalment għas-sikurezza, l-iġjene, it-trasport, il-preservazzjoni, il-preżentazzjoni, u l-applikazzjoni ta’ kull tip ta’ merkanzija – kemm jekk għal skopijiet industrijali, xogħol ta’ kostruzzjoni, sistemi ta’ komunikazzjoni, jew konsum individwali – huma magħmula minn fibri karboniċi jew metalliċi, li huma riżorsi limitati.

“Il-leġiżlazzjoni futura tal-UE għandha tiffoka fuq iċ-ċiklu tal-ħajja fl-intier tiegħu tal-prodotti biex tippromovi l-ekonomija ċirkolari. Il-produzzjoni, il-konsum u t-trattament tal-iskart fl-industrija tal-imballaġġ huma kruċjali biex isir progress lejn futur sostenibbli”, qal ir-relatur tal-Opinjoni, Matteo Carlo Borsani.

L-Opinjoni tinkludi lista ta’ materja prima preferuta: l-imballaġġ magħmul minn fibri naturali u materjali naturali oħrajn jista’ effettivament jissepara t-tkabbir mill-użu tar-riżorsi. Il-materjali rinnovabbli huma dejjiema, attraenti, riċiklabbli u bijodegradabbli.

Il-perċezzjonijiet tal-konsumaturi u l-interazzjonijiet mal-imballaġġ qed jevolvu wkoll. Huwa kruċjali li l-industrija u l-konsumaturi jibdlu d-drawwiet tagħhom fir-rigward tal-imballaġġ.

Il-KESE jappella wkoll għall-implimentazzjoni ta’ djalogu soċjali Ewropew fl-industrija tal-imballaġġ, li jinvolvi l-federazzjonijiet tat-trade unions u l-federazzjonijiet ta’ min iħaddem. Meta wieħed iqis l-importanza tal-imballaġġ fl-oqsma kollha tal-ekonomija, l-Opinjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi forum annwali dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ. Il-forum ilaqqa’ flimkien il-partijiet interessati u r-rappreżentanti mill-istituzzjonijiet Ewropej biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva u jidentifikaw l-aħjar prattiki fir-rigward ta’ regolamenti dwar l-imballaġġ sostenibbli. (ks/rl)

 

 

Ir-restawr taċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli: il-KESE jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea

F’Opinjoni adottata fil-plenarja ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar iċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli u jgħid li jemmen li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) trid tipprovdi l-qafas strateġiku li jwitti t-triq għal tranżizzjoni lejn livelli baxxi ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-agrikoltura.

Read more in all languages

F’Opinjoni adottata fil-plenarja ta’ Mejju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar iċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli u jgħid li jemmen li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) trid tipprovdi l-qafas strateġiku li jwitti t-triq għal tranżizzjoni lejn livelli baxxi ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-agrikoltura.

B’reazzjoni għall-urġenza tal-azzjoni klimatika, l-Unjoni Ewropea naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Biex tinkiseb din il-mira ambizzjuża għandhom jiġu stabbiliti ċikli tal-karbonju sostenibbli u reżistenti għall-klima permezz ta’ azzjonijiet ewlenin bħar-riċiklaġġ tal-karbonju mill-flussi ta’ skart, minn sorsi sostenibbli ta’ bijomassa jew direttament mill-atmosfera u billi jiżdiedu s-soluzzjonijiet għat-tneħħija tal-karbonju li jaqbdu d-diossidu tal-karbonju (CO2) mill-atmosfera u jaħżnuh fit-tul.

“Biex tinstab soluzzjoni għan-newtralità karbonika hemm bżonn li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet sera, jinstabu alternattivi ekoloġiċi għall-karbonju fossili u jiżdiedu l-bjar ta’ karbonju”, qal ir-relatur tal-Opinjoni, Arnold Puech d'Alissac. Huwa żied jgħid li l-KESE jappoġġja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar iċ-ċikli tal-karbonju, li tipproponi żewġ soluzzjonijiet għat-tneħħija u s-sekwestru tal-karbonju: soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (jiġifieri s-sekwestru tal-karbonju) u soluzzjonijiet teknoloġiċi industrijali.

Il-KESE għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tadotta approċċ olistiku f’dan ir-rigward: iż-żieda tal-bjar ta’ karbonju u l-akbar sostituzzjoni possibbli tal-karbonju fossili se jeħtieġu żieda fil-bijomassa prodotta, b'impatt fuq is-settur tal-art. Is-settur tal-art jista’ jiġi involut b’mod attiv fil-ġlieda kontra t-tisħin globali u fl-istess ħin jikkontribwixxi għal tranżizzjoni usa’ għal sistema alimentari sostenibbli.

Is-sekwestru tal-karbonju m’għandux jiġi kkunsidrat biss bħala opportunità kummerċjali, iżda wkoll bħala element ewlieni tal-agrikoltura Ewropea fil-futur u bħala għodda għall-azzjoni klimatika: il-krediti tal-karbonju għandhom jagħtu rimunerazzjoni għal servizz, jiġifieri s-sekwestru tal-karbonju atmosferiku, iżda għandhom ukoll jappoġġjaw it-tranżizzjoni karbonika tas-settur agrikolu.

Il-Kumitat jenfasizza wkoll ir-rwol essenzjali li l-PAK trid taqdi biex tipprovdi l-qafas politiku li jwitti t-triq għat-tranżizzjoni lejn livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-agrikoltura, jiġifieri settur agrikolu li jarmi anqas u li jissekwestra aktar emissjonijiet. Madankollu, il-KESE jenfasizza wkoll li l-ħżin tal-karbonju ma għandux ikun kundizzjont tal-PAK, iżda li għandu jitwaqqaf u jinżamm suq speċifiku għalih. Il-KESE jqis li l-iżvilupp tas-sekwestru tal-karbonsju se jirrikjedi qafas legali ċar li huwa kondiviż mill-Istati Membri, u li jqis id-differenzi fil-livell ta’ investiment u ta’ appoġġ li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu. (ks)

 

Il-KESE jgħid li provvista tal-enerġija sigura u affordabbli hija prijorità

L-indipendenza enerġetika hija kruċjali għall-futur tal-Ewropa: jeħtieġ li l-UE tiżgura l-provvisti tal-enerġija tagħha malajr kemm jista’ jkun, ittemm id-dipendenza tagħha mill-gass Russu u taċċelera drastikament it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tal-Opinjoni “REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli”, abbozzata minn Thomas Kattnig, Alena Mastantuono u Simo Tiainen, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Mejju.

Read more in all languages

L-indipendenza enerġetika hija kruċjali għall-futur tal-Ewropa: jeħtieġ li l-UE tiżgura l-provvisti tal-enerġija tagħha malajr kemm jista’ jkun, ittemm id-dipendenza tagħha mill-gass Russu u taċċelera drastikament it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Dan huwa l-messaġġ ewlieni tal-Opinjoni “REPowerEU: Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli”, abbozzata minn Thomas Kattnig, Alena Mastantuono u Simo Tiainen, li ġiet adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Mejju.

Il-KESE jappoġġja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “REPowerEU”, li ġiet approvata mill-Kulleġġ fl-istess ġurnata tal-Opinjoni, u jgħid li hija f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-proposta tistabbilixxi azzjonijiet ġodda biex tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija ekoloġika, jiġu diversifikati l-provvisti u titnaqqas id-domanda għall-gass Russu, li wasslet għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tas-suq tal-elettriku minħabba manipulazzjoni tas-suq.

Il-Kumitat iwissi wkoll li l-UE trid tkun partikolarment attenta meta tiġi biex tissostitwixxi l-gass Russu b’riżorsi oħra, u jeħtieġ li jitqies l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u l-prospett li minflok’ issir tiddependi minn pajjiżi terzi li ma jikkondividux il-valuri Ewropej.

Is-sitwazzjoni ġeopolitika attwali kkawżata mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna kompliet taggrava ’ż-żieda bla preċedent fil-prezzijiet tal-enerġija li ffaċċjat l-UE f’dawn l-aħħar xhur. Għalhekk, huwa estremament importanti li jittieħdu passi immedjati biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin għall-unitajiet domestiċi, il-bdiewa, in-negozji u l-industrija Ewropej. (mp)

 

Il-KESE jappella għal azzjoni aktar konkreta biex jiġu appoġġjati u protetti l-ġurnalisti indipendenti Belarussi

Minn Awwissu 2020 ’il hawn, ir-reġim awtoritarju ta’ Aleksandr Lukashenko wettaq attakk tal-massa fuq is-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti indipendenti, il-bloggers u l-kittieba fil-Belarussja. Il-KESE ppubblika Rapport ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-midja fil-pajjiż, fejn għamel rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu assistiti l-kumpaniji tal-midja u l-ġurnalisti Belarussi li ħarbu mill-pajjiż u dawk li baqgħu fil-pajjiż biex jiġġieldu kontra r-reġim.

Read more in all languages

Minn Awwissu 2020 ’il hawn, ir-reġim awtoritarju ta’ Aleksandr Lukashenko wettaq attakk tal-massa fuq is-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti indipendenti, il-bloggers u l-kittieba fil-Belarussja. Il-KESE ppubblika Rapport ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-midja fil-pajjiż, fejn għamel rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu assistiti l-kumpaniji tal-midja u l-ġurnalisti Belarussi li ħarbu mill-pajjiż u dawk li baqgħu fil-pajjiż biex jiġġieldu kontra r-reġim.

Il-membru tal-KESE u relatur tar-Rapport, Tatjana Babrauskienė, li ppreżentat ir-Rapport ta’ Informazzjoni dwar Appoġġ għas-settur tal-midja indipendenti fil-Belarussja fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Mejju, enfasizzat il-kontribut sinifikanti tal-esperta maħtura, il-ġurnalista indipendenti Belarussa Hanna Liubakova, għall-abbozzar ġenerali tar-rapport u enfasizzat: “Huwa importanti li tiġi rikonoxxuta l-ħidma inkredibbli tal-ġurnalisti Belarussi, li spiss poġġew ħajjithom u l-familji tagħhom f’riskju sempliċiment biex ikollna l-verità. Id-dmir tagħna huwa li nipproteġuhom u nappoġġjawhom.”

Peress li s-sitwazzjoni tal-midja fil-Belarussja hija kwistjoni Ewropea, il-KESE jipproponi li l-Istati Membri mhux biss jistabbilixxu kooperazzjoni mal-aġenziji indipendenti tal-aħbarijiet fil-Belarussja iżda wkoll jgħinu fit-tixrid u r-rapportar ta’ aħbarijiet mill-pajjiż.

Ir-Rapport ta’ informazzjoni jressaq rakkomandazzjonijiet speċifiċi u jistabbilixxi eżempju globali ta’ appoġġ għal-libertà tal-midja fi kriżi:
•    eżenzjonijiet mill-ħtieġa ta’ viża lill-ġurnalisti Belarussi li jfittxu rifuġju mir-repressjoni;
•   l-istabbilment ta’ fondi nazzjonali u tal-UE fl-Istati Membri biex jappoġġjaw lill-midja indipendenti u lill-ġurnalisti Belarussi;
• appoġġ legali, finanzjarju u psikoloġiku għal ġurnalisti li jħarrbu r-ripressjoni;
•    l-integrazzjoni tal-ġurnalisti indipendenti Belarussi fl-Istati Membri tal-UE permezz ta’ impjiegi u boroż ta studju;
•    l-eliminazzjoni tal-burokrazija biex tinkiseb għajnuna finanzjarja mill-UE;
•  faċilitajiet tal-IT li jippermettu aċċess għall-internet u għoddod diġitali biex tiġi evitata ċ-ċensura.

 

Iż-żgħażagħ tal-Balkani tal-Punent jeħtieġu politiki tanġibbli għall-futur tagħhom

Il-parteċipanti fis-seduta “Il-Politika taż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent, bħala parti mill-Aġenda ta’ Innovazzjoni għall-Balkani tal-Punent”, li saret mill-KESE, affermaw mill-ġdid l-importanza taż-żgħażagħ għall-futur tar-reġjun. Huma indikaw ukoll il-problema tal-“eżodu tal-imħuħ” u kif it-trasformazzjoni ta’ dan f’“ċirkolazzjoni tal-imħuħ” tista’ tistimula t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku fil-Balkani tal-Punent.

Read more in all languages

Il-parteċipanti fis-seduta “Il-Politika taż-Żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent, bħala parti mill-Aġenda ta’ Innovazzjoni għall-Balkani tal-Punent”, li saret mill-KESE, affermaw mill-ġdid l-importanza taż-żgħażagħ għall-futur tar-reġjun. Huma indikaw ukoll il-problema tal-“eżodu tal-imħuħ” u kif it-trasformazzjoni ta’ dan f’“ċirkolazzjoni tal-imħuħ” tista’ tistimula t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku fil-Balkani tal-Punent.

Il-membru tal-KESE, Dragica Martinović Džamonja qalet: “Iż-żgħażagħ huma riżorsa vitali għall-iżvilupp u fattur essenzjali għall-paċi u l-istabbilità.”

B’mod simili, Andrej Zorko, huwa wkoll membru tal-KESE, qal: “Iż-żgħażagħ m’għandhomx ikunu s-suġġett ta’ proġett, iżda jridu jkunu komponent attiv tal-proċess tat-tfassil tal-politika.”

Dafina Peci, Direttur ta’ Tirana Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 enfasizzat l-importanza taż-żgħażagħ u l-orgnizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, billi tat bħala eżempju l-ħidma tal-Pjattaforma taż-Żgħażagħ tal-Balkani tal-Punent, li ilha attiva għal xi snin fis-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

L-eżodu tal-imħuħ jista’ jinbidel f’kisba ta’ mħuħ

Edukazzjoni mhux adegwata, in-nuqqas ta’ ħiliet, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u opportunitajiet limitati ma jistgħux jiggarantixxu futur prosperuż għaż-żgħażagħ.

Albert Hani, Segretarju Ġenerali tal-Uffiċċju Reġjonali għall-Kooperazzjoni bejn iż-Żgħażagħ, qal li medja ta’ 52% taż-żgħażagħ jixtiequ jgħixu barra mir-reġjun. “Jekk il-gvernijiet se jippreswadu liż-żgħażagħ jibqgħu d-dar, iridu juru li huma impenjati favur il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet taż-żgħażagħ,” huwa qal.

Milica Škiljević, manager ta’ proġetti fl-Iskola Miftuħa ta’ Belgrad, semmiet in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-prospetti għall-karriera u għall-impjieg. 

Ognjen Marković, Kap ta’ tim fi ħdan il-Team Leader fil-Western Balkans Youth Lab Project fi ħdan il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, spjega l-valur miżjud tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ billi dawn jistgħu joffru għarfien espert, sakemm jitqiegħdu f’pożizzjoni indaqs ma’ dawk li jfasslu l-politika.

L-inizjattiva tal-Garanzija taż-Żgħażagħ għall-Balkani tal-Punent, flimkien man-networks taż-żgħażagħ u l-partijiet interessati nazzjonali, tista’ timmarka l-bidu ta’ proċess ta’ riforma, u b’hekk issaħħaħ l-impjegabbiltà fost il-ġenerazzjoni iktar żagħżugħa tar-reġjun. (at)

 

Ġirja għall-Ukraina

Fid-29 ta’ Mejju, il-Viċi President Giulia Barbucci ħadet sehem fit-42 edizzjoni tal-ġirja ta’ 20 km ta’ Brussell f’isem il-KESE, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, inkluża Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew.

Fil-fehma tas-Sinjura Barbucci, dan l-avveniment huwa importanti ferm, speċjalment bħalissa. “Il-maratona ta’ suċċess ta’ 20 km ta’ Brussell, li fiha ħadu sehem 33 000 ċittadin Ewropew u rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, bagħtet messaġġ qawwi favur il-paċi u s-solidarjetà mal-Ukrajna” qalet.

Read more in all languages

Fid-29 ta’ Mejju, il-Viċi President Giulia Barbucci ħadet sehem fit-42 edizzjoni tal-ġirja ta’ 20 km ta’ Brussell f’isem il-KESE, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, inkluża Roberta Metsola, President tal-Parlament Ewropew.

Fil-fehma tas-Sinjura Barbucci, dan l-avveniment huwa importanti ferm, speċjalment bħalissa. “Il-maratona ta’ suċċess ta’ 20 km ta’ Brussell, li fiha ħadu sehem 33 000 ċittadin Ewropew u rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, bagħtet messaġġ qawwi favur il-paċi u s-solidarjetà mal-Ukrajna” qalet.

Din is sena, fil-ġirja ħadu sehem ’il fuq minn 33 000 persuna minn 137 nazzjonalità differenti, kif ukoll 800 membru tal-persunal mit-tim “Running for Europe”. Hekk kif ġara fl-2021, il-maratona intrebħet mill-Belġjan Amaury Paquet, li ġera d-distanza ta’ 20 km f’siegħa u sekonda.

L-avveniment ta’ din is-sena kien iddedikat għat-turija ta’ għaqda tal-Unjoni Ewropea mal-Ukrajna. Il-fondi miġbura għal dan l-avveniment se jingħataw lill-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Iscouts tal-Ukrajna biex jipprovdu ikel, mediċina, sleeping bags u provvisti oħrajn meħtieġa, flimkien mal-koordinazzjoni tal-appoġġ psikoloġiku għan-nies u l-komunitajiet milquta mill-kunflitt. (ehp)

 

Aħbarijiet mill-Gruppi

L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep – inizjattiva importanti li għad hemm xi dubji dwarha

Minn Heiko Willems, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Is-semikondutturi huma komponent essenzjali ta’ ħafna setturi ekonomiċi u oqsma tal-ħajja differenti – kemm għall-industrija kif ukoll għall-konsumaturi. Barra minn hekk, il-miri tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ma jistgħux jintlaħqu mingħajr semikondutturi. L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Frar 2022, għandu jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista, ir-reżiljenza u t-tmexxija teknoloġika tal-UE fit-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tas-semikondutturi.

Read more in all languages

Minn Heiko Willems, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Is-semikondutturi huma komponent essenzjali ta’ ħafna setturi ekonomiċi u oqsma tal-ħajja differenti – kemm għall-industrija kif ukoll għall-konsumaturi. Barra minn hekk, il-miri tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali ma jistgħux jintlaħqu mingħajr semikondutturi. L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Frar 2022, għandu jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista, ir-reżiljenza u t-tmexxija teknoloġika tal-UE fit-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tas-semikondutturi.

It-tisħiħ tal-ekosistema tas-semikondutturi jeħtieġ investiment privat u appoġġ sinifikanti mis-settur pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tippjana li tinvesti EUR 43 biljun fis-snin li ġejjin. Madankollu, parti kbira tal-baġit se tiġi riallokata biss minn programmi oħrajn u hija biss madwar terz ta’ dak li ċ-Ċina għandha l-għan li timmobilizza sal-2025. Fl-istess waqt, l-għoti ta’ għajnuna sinifikanti mill-Istat jista’ jwassal għal investimenti li mhumiex kummerċjalment sostenibbli u li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-suq.

L-UE trid tiffoka wkoll fuq il-ħtiġijiet tal-industrija Ewropea. Il-profiċjenza f’elementi ta’ daqs żgħir (< 10 nm) mhijiex l-uniku fattur determinanti fis-suċċess tal-ekosistema tas-semikondutturi. Il-vantaġġi tal-industrija Ewropea tas-semikondutturi jridu jiġu kkunsidrati wkoll.

Il-katina tal-valur tas-semikondutturi hija waħda mill-aktar globalizzati. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ katina tal-valur magħluqa f’kull parti tad-dinja ma jagħmilx sens ekonomiku. Minflok, analiżi dettaljata tal-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi għandha sservi bħala l-punt tat-tluq għal dibattitu dwar kif investimenti mmirati jistgħu jżidu r-reżiljenza tal-Ewropa. B’mod parallel, l-UE għandha ssaħħaħ is-sħubijiet internazzjonali.

Din is-sitwazzjoni trid titqies ukoll fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza previsti, li huma estensivi ħafna. Il-prijoritizzazzjoni tal-ordnijiet għal setturi kritiċi, skemi ta’ xiri komuni u kontrolli fuq l-esportazzjoni huma interventi estensivi tas-suq li jridu jkunu riżervati għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

Fil-Plenarja tiegħu ta’ Ġunju, il-KESE ser jiddiskuti l-Opinjoni L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep (INT/984).

 

 

L-iżgurar li t-talbiet taċ-ċittadini jiġu segwiti wara l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Wara sena ta’ ħidma intensiva, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fl-aħħar ħarġet bir-rakkomandazzjonijiet tagħha, fejn ippreżentat sensiela ta’ proposti ambizzjużi għal Ewropa iktar ġusta u iktar b’saħħitha mressqa minn ċittadini mill-Ewropa kollha, li ħadmu flimkien mal-imsieħba soċjli u atturi oħrajn. Iċ-ċittadini għamluha ċara li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel aktar fl-oqsma li huma importanti għalihom, b’mod partikolari f’oqsma bħall-inugwaljanza, il-faqar, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tad-demokrazija. Dan jista’ jidher, pereżempju, fl-inklużjoni ta’ Protokoll dwar il-Progress Soċjali biex jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali u tax-xogħol ikunu fuq l-istess livell tal-erba’ libertajiet fundamentali tas-suq uniku. Iċ-ċittadini talbu wkoll Ewropa aktar kuraġġuża, waħda li taġixxi fl-arena internazzjonali b’vuċi waħda, li tkun kapaċi tirreaġixxi għall-ambjent tagħha u li ssir eqreb taċ-ċittadini tagħha u ssir aktar trasparenti fil-ħidma tagħha.

 

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Wara sena ta’ ħidma intensiva, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fl-aħħar ħarġet bir-rakkomandazzjonijiet tagħha, fejn ippreżentat sensiela ta’ proposti ambizzjużi għal Ewropa iktar ġusta u iktar b’saħħitha mressqa minn ċittadini mill-Ewropa kollha, li ħadmu flimkien mal-imsieħba soċjli u atturi oħrajn. Iċ-ċittadini għamluha ċara li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel aktar fl-oqsma li huma importanti għalihom, b’mod partikolari f’oqsma bħall-inugwaljanza, il-faqar, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tad-demokrazija. Dan jista’ jidher, pereżempju, fl-inklużjoni ta’ Protokoll dwar il-Progress Soċjali biex jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali u tax-xogħol ikunu fuq l-istess livell tal-erba’ libertajiet fundamentali tas-suq uniku. Iċ-ċittadini talbu wkoll Ewropa aktar kuraġġuża, waħda li taġixxi fl-arena internazzjonali b’vuċi waħda, li tkun kapaċi tirreaġixxi għall-ambjent tagħha u li ssir eqreb taċ-ċittadini tagħha u ssir aktar trasparenti fil-ħidma tagħha.

Din il-ħidma, madankollu, ma tista tintemm b’dikjarazzjoni sempliċi dwar intenzjonijiet tajba, jew kliem fieragħ. Segwitu reali huwa fundamentali. Dan ifisser li tiġi organizzata konvenzjoni u tiġi esplorata l-possibbiltà li jinħolqu strutturi permanenti għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, xi ħaġa li għaliha l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ikun partikolarment mgħammar tajjeb. Il-KESE, bħala d-dar tas-soċjetà ċivili organizzata u d-demokrazija deliberattiva fl-UE, għandu jiżgura li l-proposti ambizzjużi miċ-ċittadini jinbidlu f’politiki reali. Iċ-ċittadini ġew mistoqsija u wieġbu. Il-Grupp tal-Ħaddiema organizza konferenza ta’ livell għoli mal-membri tad-diversi komponenti tal-Konferenza biex jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet u s-segwitu possibbli għal dan l-għan proprju, sabiex il-proċess jingħata kontinwità. Issa hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li jieħdu azzjoni. (prp)

 

Il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili huwa l-isem il-ġdid tal-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

Fit-18 ta’ Mejju 2022, il-Grupp Diversità Ewropa (Gupp III) tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iddeċieda b’mod unanimu li jibdel ismu għal “Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili”. Il-bidla fl-isem tidħol fis-seħħ minnufih.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

Fit-18 ta’ Mejju 2022, il-Grupp Diversità Ewropa (Gupp III) tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iddeċieda b’mod unanimu li jibdel ismu għal “Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili”. Il-bidla fl-isem tidħol fis-seħħ minnufih.

Séamus Boland, President tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili qal li l-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-pandemija tal-COVID-19 u issa l-gwerra fl-Ukrajna urew li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkontribwixxu b’mod attiv għar-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-komunitajiet tagħna. Dawn iġibu soluzzjonijiet għall-isfidi, jiddefendu l-valuri Ewropej tagħna u huma essenzjali sabiex jiġu implimentati politiki effettivi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma atturi ewlenin għal futur sostenibbli u jridu jiġu rikonoxxuti bħala tali.  

F’dan il-kuntest, il-Grupp iddeċieda li jibdel ismu sabiex jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati b’aktar ċarezza dwar il-kompożizzjoni u l-missjoni tiegħu.

Il-bidla fl-isem hija speċjalment f’waqtha, fid-dawl tal-pubblikazzjoni tar-rapport finali dwar il-konklużjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Ir-rapport jipproponi li jissaħħu strutturi eżistenti biex jiġu riflessi aħjar il-bżonnijiet u l-istennijiet taċ-ċittadini tal-KESE fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u, f’dan ir-rigward, jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u jingħata s-setgħa bħala faċilitatur u garanti tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-bords taċ-ċittadini.

Matul il-Presidenza 2020-2023, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili qiegħed jiffoka ħidmietu fuq “Il-faqar u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġġielduh”.

Kun af aktar dwar il-Grupp fuq is-sit web tal-KESE.

Soon in the EESC/Cultural events

Il-bijodiversità: l-artisti jieħdu azzjoni

Ġenerazzjoni ġdida ta’ artisti qed ipoġġu l-bijodiversità u n-natura fil-qalba tal-prattika artistika tagħhom. Il-wirja online dwar “Il-bijodiversità: l-artisti jieħdu azzjoni”, tenfasizza r-rabta bejn il-bnedmin u n-natura b’mod tassew uniku. B’mod konġunt mal-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, il-wirja se ssir mill-20 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 2022.

Read more in all languages

Ġenerazzjoni ġdida ta’ artisti qed ipoġġu l-bijodiversità u n-natura fil-qalba tal-prattika artistika tagħhom. Il-wirja online dwar “Il-bijodiversità: l-artisti jieħdu azzjoni”, tenfasizza r-rabta bejn il-bnedmin u n-natura b’mod tassew uniku. B’mod konġunt mal-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE, il-wirja se ssir mill-20 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 2022.

F’dan il-proġett tal-arti online, intgħażlu ħames artisti żgħażagħ emblematiċi mid-delegazzjoni Franċiża għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew b’rikonoxximent għall-ħidma tagħhom biex dawn it-temi jersqu fiċ-ċentru tal-attenzjoni u fid-diskussjoni pubblika.

L-artisti intgħażlu minn fost 21 rebbieħ tal-premju Planète Art Solidaire, li ngħata fl-2021 mill-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ Art of Change 21. Din il-wirja hija 100% virtwali u tinkludi biċċa xogħol minn kull artist, akkumpanjata minn spjegazzjoni mill-artist jew artista, kif ukoll filmat qasir li fih l-artisti jitkellmu dwar l-opra tal-arti tagħhom. (ck)

 

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma


Amalia Tsoumani (at)
Chrysanthi Kokkini (ck)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarida Reis (mr)
Pablo Ribera Paya (prp)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
Joris Vanderlinden (jv)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

June 2022
07/2022

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram