Mill-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili

Fit-18 ta’ Mejju 2022, il-Grupp Diversità Ewropa (Gupp III) tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iddeċieda b’mod unanimu li jibdel ismu għal “Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili”. Il-bidla fl-isem tidħol fis-seħħ minnufih.

Séamus Boland, President tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili qal li l-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-pandemija tal-COVID-19 u issa l-gwerra fl-Ukrajna urew li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jikkontribwixxu b’mod attiv għar-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-komunitajiet tagħna. Dawn iġibu soluzzjonijiet għall-isfidi, jiddefendu l-valuri Ewropej tagħna u huma essenzjali sabiex jiġu implimentati politiki effettivi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma atturi ewlenin għal futur sostenibbli u jridu jiġu rikonoxxuti bħala tali.  

F’dan il-kuntest, il-Grupp iddeċieda li jibdel ismu sabiex jipprovdi lill-partijiet ikkonċernati b’aktar ċarezza dwar il-kompożizzjoni u l-missjoni tiegħu.

Il-bidla fl-isem hija speċjalment f’waqtha, fid-dawl tal-pubblikazzjoni tar-rapport finali dwar il-konklużjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Ir-rapport jipproponi li jissaħħu strutturi eżistenti biex jiġu riflessi aħjar il-bżonnijiet u l-istennijiet taċ-ċittadini tal-KESE fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u, f’dan ir-rigward, jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-KESE u jingħata s-setgħa bħala faċilitatur u garanti tal-attivitajiet tad-demokrazija parteċipattiva, bħad-djalogu strutturat mal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-bords taċ-ċittadini.

Matul il-Presidenza 2020-2023, il-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili qiegħed jiffoka ħidmietu fuq “Il-faqar u r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġġielduh”.

Kun af aktar dwar il-Grupp fuq is-sit web tal-KESE.