Fir-rokna tagħna “Dritt għall-punt” nistaqsu lill-membri tal-KESE biex jenfasizzaw aspetti ta’ Opinjoni jew Inizjattiva li huma jqisu importanti. Din id-darba tlabna lil Veselin Mitov, kopresident tal-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna biex jispjega r-rwol tal-pjattaforma u b’mod partikolari il-kompitu tagħha fid-dawl tal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna.

Il-Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna ġiet stabbilita fl-2015, b’konformità mal-Artikolu 469 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna li ġie ffirmat nhar il-21 ta’ Marzu 2014, biex tippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-ftehim. (at)