Huwa meħtieġ kuntratt soċjali ġdid għall-Amerka Latina, li jiżgura r-responsabbiltà politika, l-inklużjoni, il-protezzjoni soċjali u l-impjieg ta’ kwalità, qal il-KESE f’Opinjoni fuq inizjattiva proprja, adottata f’Diċembru li għadda, dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika wara l-COVID fl-Amerka Latina. Is-soċjetajiet ċivili organizzati b’mod liberu u demokratiku huma l-aħjar punt tat-tluq.

Il-pandemija tal-COVID-19 laqtet ħażin ħafna lill-Amerka Latina, u żvelat id-dgħufijiet tal-politiki implimentati għal għexieren ta’ snin, li ma kienux effettivi biex jiġu ffaċċjati l-isfidi attwali. L-invażjoni mir-Russja tal-Ukrajna ggravat it-turbulenza ekonomika billi fixxklet il-ktajjeb globali ta’ provvista u kkontribwixxiet għal żieda fl-inflazzjoni.

L-Opinjoni intitolata “Is-sitwazzjoni soċjoekonomika fl-Amerka Latina wara l-kriżi tal-COVID-19 – ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ rkupru” tqis li r-reġjun jeħtieġ kuntratt soċjali ġdid, li jista’ jinkiseb permezz ta’ ftehimiet trasversali bejn il-gruppi soċjoekonomiċi, bejn it-territorji u bejn il-ġenerazzjonijiet.

Hu u jikkummenta dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili, il-membru tal-KESE u r-relatur tal-Opinjoni, Josep Puxeu Roamora, enfasizza li “l-Ewropa u l-Amerka Latina huma impenjati għad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u dan ifisser li s-soċjetà ċivili se tkun involuta b’mod attiv, u taqdi rwol ta’ tmexxija fl-iżvilupp u biex jiġu ffaċċjati l-kriżijiet, waqt li tippromovi d-djalogu neċessarju għal kuntratt soċjali ġdid”.

Europe needs to strengthen its bonds with Latin America, especially focusing on the social, green and digital transitions. "We urgently need to invest in more efforts to build alliances with like-minded partners in Latin America," said Mr Puxeu Rocamora. "We have taken this relationship for granted for too long. We have to make an effort to catch up as we are facing strong competition from other actors right now".

This alliance requires the full recognition and participation of its organised civil societies, human rights organisations, trade union and business organisations, and environmental associations, said the EESC. (at)