Patt Ekoloġiku Ewropew

This page is also available in:

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Patt Ekoloġiku Ewropew li jsaħħaħ l-impenn tal-UE li tindirizza l-isfidi relatati mal-klima u l-ambjent li huwa l-kompitu l-iżjed importanti ta’ din il-ġenerazzjoni. L-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa li jittrasforma l-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, filwaqt li jiżgura:

  • l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra sal-2050;
  • it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi;
  • l-ebda persuna u l-ebda post ma jitħallew jibqgħu lura.

Biex twettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE qed twettaq pakkett komprensiv ta’ inizjattivi, inklużi proposti ta’ politika u leġiżlattivi u l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament.

Il-KESE ilu jappella għal “Patt Ekoloġiku u Soċjali”, filwaqt li jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn il-Patt Ekoloġiku u l-ġustizzja soċjali. Huwa essenzjali li tinstema’ l-vuċi tal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex f’ambjent san jitrawmu l-kumpaniji sostenibbli u kompetittivi tal-futur.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għamel enfasi qawwija fuq l-investiment u l-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika u sostenibbli. Il-Patt Ekoloġiku huwa essenzjali biex l-Ewropa toħroġ mill-pandemija tal-COVID-19. Terz tal-investimenti ta’ EUR 1,8 triljun mill-Pjan ta’ Rkupru tan-NextGenerationEU, u l-baġit ta’ seba’ snin tal-UE, jiffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Din l-ispinta fl-opportunitajiet ta’ finanzjament għandha l-għan li tbiddel il-kriżi f’opportunità trasformattiva għall-futur tal-Ewropa.

Il-KESE għandu rwol kruċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-KESE jħejji Opinjonijiet u jorganizza attivitajiet (ara l-menu sekondarju fuq ix-xellug ta’ din il-paġna) biex jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE jqisu l-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata u li l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku jkunu koerenti maċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi fil-prattika.

Minħabba n-natura trasversali u komprensiva tiegħu, il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa kopert mis-Sezzjonijiet kollha tal-KESE u mis-CCMI.

  • Building green and inclusive

    In this issue:

    • Members on the future of housing and public spaces in the EU
    • Guest articles by Laura KLITGAARD (The Danish Society of Engineers - IDA), Signe HELLEDI (Cycle Superhighways), Nils Thor ROSTED (Amager Resource Centre), and Gustavo GHIDINI (Movimento Consumatori)
    • Interview with rapporteur Elena-Alexandra CALISTRU on Measures for a resilient, cohesive and inclusive European economy (EESC opinion ECO/661)
    • Civil Society Organisations' Bulletin - June 2025
  • Nature Restoration Law in the Focus of Civil Society

    In this issue:

    • Our members discuss the long-debated Nature Restoration Law
    • Guest articles by Silvie Kreibiehl and Svenja Schünemann (German Nature Conservation Association - DNR), Edwin Michiels (Agriculture and Horticulture Organisation Netherlands (LTO)) and Susanne Westhausen (Cooperatives Europe)
    • Interview with rapporteur Pietro Barbieri on the EESC opinion 'Strengthening civil dialogue and participatory democracy in the EU: a path forward'
    • Civil Society Organisations' Bulletin - March 2024