While Europe and its societies are still in the grip of the COVID-19 pandemic and with the Conference on the Future of Europe in its closing stages, the EESC will be holding its annual Civil Society Days in March 2022.
Patt Ekoloġiku Ewropew
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Patt Ekoloġiku Ewropew li jsaħħaħ l-impenn tal-UE li tindirizza l-isfidi relatati mal-klima u l-ambjent li huwa l-kompitu l-iżjed importanti ta’ din il-ġenerazzjoni. L-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa li jittrasforma l-UE f’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, filwaqt li jiżgura:
- l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra sal-2050;
- it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi;
- l-ebda persuna u l-ebda post ma jitħallew jibqgħu lura.
Biex twettaq il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE qed twettaq pakkett komprensiv ta’ inizjattivi, inklużi proposti ta’ politika u leġiżlattivi u l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament.
Il-KESE ilu jappella għal “Patt Ekoloġiku u Soċjali”, filwaqt li jenfasizza r-rabta mill-qrib bejn il-Patt Ekoloġiku u l-ġustizzja soċjali. Huwa essenzjali li tinstema’ l-vuċi tal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex f’ambjent san jitrawmu l-kumpaniji sostenibbli u kompetittivi tal-futur.
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għamel enfasi qawwija fuq l-investiment u l-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika u sostenibbli. Il-Patt Ekoloġiku huwa essenzjali biex l-Ewropa toħroġ mill-pandemija tal-COVID-19. Terz tal-investimenti ta’ EUR 1,8 triljun mill-Pjan ta’ Rkupru tan-NextGenerationEU, u l-baġit ta’ seba’ snin tal-UE, jiffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Din l-ispinta fl-opportunitajiet ta’ finanzjament għandha l-għan li tbiddel il-kriżi f’opportunità trasformattiva għall-futur tal-Ewropa.
Il-KESE għandu rwol kruċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi u l-azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-KESE jħejji Opinjonijiet u jorganizza attivitajiet (ara l-menu sekondarju fuq ix-xellug ta’ din il-paġna) biex jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE jqisu l-fehmiet tas-soċjetà ċivili organizzata u li l-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku jkunu koerenti maċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u ċiviċi fil-prattika.
Minħabba n-natura trasversali u komprensiva tiegħu, il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa kopert mis-Sezzjonijiet kollha tal-KESE u mis-CCMI.
Pages
EESC Employers’ Group priorities
Approach and priority areas of the Civil Society Organisations' Group for 2023
Conclusions of the 23rd edition of European Consumer Day 2022 - 17 November 2022
This study identifies key barriers to accelerating the renovation rate in the residential building sector and to implementing the Minimum Energy Performance Standards (MEPS). It provides a summary of, and recommendations for, overcoming these obstacles.
This study deals with the use of hydrogen for the de-carbonization of the Resources and Energy Intensive Industries (REIIs) and gives a specific insight of the situation of the steel-making industry.