Il-mistiedna sorpriża tagħna hija Dr Alexandra Borchardt, li kienet il-kelliema ewlenija fis-Seminar tal-KESE tal-2024 Nikkollegaw l-UE. Awtriċi ewlenija tar-Rapport tal-Aħbarijiet tal-EBU 2024 dwar l-effetti tal-IA fuq il-ġurnaliżmu, hija tanalizza l-prospetti għal ġurnaliżmu responsabbli wara ż-żieda rapida tal-IA ġenerattiva. Filwaqt li xi wħud fl-industrija tal-media diġà ntilfu wara dak kollu li qed tipprometti, ir-riskji li ġġib l-IA ġenerattiva huma konsiderevoli – iżda l-istess huma l-opportunitajiet.

Il-mistiedna sorpriża tagħna hija Dr Alexandra Borchardt, li kienet il-kelliema ewlenija fis-Seminar tal-KESE tal-2024 Nikkollegaw l-UE. Awtriċi ewlenija tar-Rapport tal-Aħbarijiet tal-EBU 2024 dwar l-effetti tal-IA fuq il-ġurnaliżmu, hija tanalizza l-prospetti għal ġurnaliżmu responsabbli wara ż-żieda rapida tal-IA ġenerattiva. Filwaqt li xi wħud fl-industrija tal-media diġà ntilfu wara dak kollu li qed tipprometti, ir-riskji li ġġib l-IA ġenerattiva huma konsiderevoli – iżda l-istess huma l-opportunitajiet.

Dr Borchardt hija ġurnalista veterana, konsulent indipendenti, għalliema l-università u riċerkatriċi tal-media b’aktar minn 25 sena esperjenza fi kmamar tal-aħbarijiet, 15 minnhom fi rwoli ta’ tmexxija. F’dawn l-aħħar ħames snin hija appoġġjat 26 pubblikatur Ewropew fit-trasformazzjoni diġitali bħala kowċ għall-Programm Table Stakes Europe tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Pubblikaturi tal-Aħbarijiet (WAN-IFRA). Tista’ tara x-xogħol tagħha hawn.

Fil-kolonna tagħna Fil-qosor, ir-relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar Infasslu inizjattiva ewlenija Ewropea għas-saħħa Alain Coheur jirrakkomanda li l-kwistjonijiet tas-saħħa jsiru suġġett prijoritarju għall-Kummissjoni Ewropea futura. Huwa jenfasizza n-natura unifikanti tal-inizjattiva ewlenija Ewropea għas-saħħa, li għandha turi solidarjetà Ewropea billi ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u tipproteġi lill-UE kontra kriżijiet futuri.

Fil-kolonna tagħna Fil-qosor, ir-relatur tal-Opinjoni tal-KESE dwar Infasslu inizjattiva ewlenija Ewropea għas-saħħaAlain Coheur jirrakkomanda li l-kwistjonijiet tas-saħħa jsiru suġġett prijoritarju għall-Kummissjoni Ewropea futura. Huwa jenfasizza n-natura unifikanti tal-inizjattiva ewlenija Ewropea għas-saħħa, li għandha turi solidarjetà Ewropea billi ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u tipproteġi lill-UE kontra kriżijiet futuri.

Fl-4 ta’ Ottubru, il-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej organizza dibattitu dwar L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – Is-sitwazzjoni attwali fil-Kroazja f’Zagreb. L-għan tad-dibattitu kien li l-membri tal-Grupp Ad Hoc jaħdmu mal-partijiet ikkonċernati lokali u jiddiskutu l-esperjenzi, il-fehmiet u l-ideat tagħhom. Huma ffukaw b’mod partikolari fuq il-viżibbiltà tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) fil-Kroazja u s-sensibilizzazzjoni dwarha, kif ukoll it-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki identifikati s’issa. L-IĊE hija għodda li tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jinfluwenzaw direttament il-politika tal-UE billi jipproponu leġiżlazzjoni ġdida.

Fl-4 ta’ Ottubru, il-Grupp Ad Hoc tal-KESE dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej organizza dibattitu dwar L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – Is-sitwazzjoni attwali fil-Kroazja f’Zagreb. L-għan tad-dibattitu kien li l-membri tal-Grupp Ad Hoc jaħdmu mal-partijiet ikkonċernati lokali u jiddiskutu l-esperjenzi, il-fehmiet u l-ideat tagħhom. Huma ffukaw b’mod partikolari fuq il-viżibbiltà tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) fil-Kroazja u s-sensibilizzazzjoni dwarha, kif ukoll it-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki identifikati s’issa. L-IĊE hija għodda li tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jinfluwenzaw direttament il-politika tal-UE billi jipproponu leġiżlazzjoni ġdida.

Id-dibattitu f’Zagreb dwar L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – Is-sitwazzjoni attwali fil-Kroazja kien l-ewwel avveniment bħal dan li l-Grupp Ad Hoc organizza barra Brussell. Id-dibattitu kien organizzat mill-Kamra Kroata tas-Snajja’ u l-Artiġjanat u l-membri tal-Grupp Ad Hoc tal-KESE bi pjaċir laqgħu lil Margareta Mađerić, Segretarju tal-Istat fil-Ministeru Kroat għax-Xogħol, Dino Zorić mill-Ministeru tal-Ġustizzja, rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Forum tal-IĊE, u bosta parteċipanti oħra miċ-ċentri tal-Europe Direct, rappreżentanti ta’ universitajiet, awtoritajiet lokali u kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali, kif ukoll Ambaxxaturi tal-IĊE fil-Kroazja, organizzaturi tal-IĊE, studenti universitarji u partijiet ikkonċernati oħra tal-IĊE.

Waranofsinhar, id-dibattitu ġie segwit minn laqgħa regolari tal-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u mixja fiċ-ċentru ta’ Zagreb li matulha l-membri tal-Grupp Ad Hoc interaġixxew direttament maċ-ċittadini Kroati billi qassmu l-pubblikazzjoni popolari tal-KESE, il-Passaport għad-Demokrazija Ewropea.

Bil-programm ta’ ħidma tiegħu għall-2023-2025, il-Grupp Ad Hoc għandu l-għan li jkompli jżid il-parteċipazzjoni attiva tal-KESE fil-proċess tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Il-Grupp qed jippjana li jorganizza aktar laqgħat barra Brussell, peress li dawn jipprovdu opportunità tajba biex isir dibattitu mal-partijiet ikkonċernati lokali tal-IĊE u biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar l-IĊE fil-livell nazzjonali u lokali.

Il-Grupp Ad Hoc dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li attwalment huwa ppresedut mill-membru tal-KESE Violeta Jelić, twaqqaf fl-2013 biex jipprovdi gwida politika dwar l-IĊE u jimmonitorja l-iżviluppi f’dan il-qasam.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ġiet introdotta mit-Trattat ta’ Liżbona fl-2012 bħala l-ewwel strument għad-demokrazija parteċipattiva fil-livell transnazzjonali. Tippermetti li mill-inqas miljun ċittadin tal-UE minn tal-anqas seba’ Stati Membri jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni u għalhekk hija l-eqreb ekwivalenti li għandna għal inizjattiva leġiżlattiva taċ-ċittadini. 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) kellu rwol attiv ħafna fl-iżvilupp u l-promozzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej sa mill-bidu nett tagħha. (ep)

6 ta’ Novembru 2024

Konferenza Annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt

27 ta’ Novembru 2024

Iċ-ċittadini jistgħu jegħlbu d-diżinformazzjoni (Ateni, il-Greċja)

28 u 29 ta’ Novembru 2024

Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni – Id-9 laqgħa

4 u 5 ta’ Diċembru 2024

Sessjoni plenarja tal-KESE

6 ta’ Novembru 2024

Konferenza Annwali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt

27 ta’ Novembru 2024

Iċ-ċittadini jistgħu jegħlbu d-diżinformazzjoni (Ateni, il-Greċja)

28 u 29 ta’ Novembru 2024

Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni – Id-9 laqgħa

4 u 5 ta’ Diċembru 2024

Sessjoni plenarja tal-KESE

Mit-2 sal-4 ta’ Ottubru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) ospitaw ix-Xahar iddedikat għaċ-Ċibersigurtà Ewropea (ECSM) fi Brussell. L-avveniment laqqa’ flimkien l-aqwa kelliema mill-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet reġjonali u s-soċjetà ċivili biex jindirizzaw l-isfidi tax-xenarju ċibernetiku attwali li qed jinbidel malajr. ​

Mit-2 sal-4 ta’ Ottubru, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) ospitaw ix-Xahar iddedikat għaċ-Ċibersigurtà Ewropea (ECSM) fi Brussell. L-avveniment laqqa’ flimkien l-aqwa kelliema mill-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet reġjonali u s-soċjetà ċivili biex jindirizzaw l-isfidi tax-xenarju ċibernetiku attwali li qed jinbidel malajr. ​

It-12-il edizzjoni tal-ECSM iffokat fuq is-social engineering, theddida dejjem tikber immirata lejn l-imġiba tal-bniedem biex jinkiseb aċċess mhux awtorizzat għall-informazzjoni u s-servizzi, bi ksur tas-sigurtà.

Il-punti ewlenin mill-avveniment ta’ din is-sena huma:

  1. Ir-Regolament il-ġdid dwar iċ-ċibersigurtà jistabbilixxi linja bażi komuni għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-Istati Membri.
  2. Il-valutazzjonijiet regolari tar-riskju huma kruċjali biex jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet u biex jiġu prijoritazzati l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni.
  3. It-theddid emerġenti, bħall-attakki ġġenerati bl-IA u l-computing kwantistiku, jirrikjedu kontromiżuri innovattivi.
  4. L-awtoritajiet reġjonali jaqdu rwol kruċjali fl-appoġġ lill-entitajiet lokali permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien, l-assistenza teknika u programmi ta’ taħriġ imfassla apposta.
  5. L-attakki ta’ social engineering ġġenerati bl-IA qed jiżdiedu, u l-ġlieda kontrihom teħtieġ approċċ multidimensjonali u kollaborattiv.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-avveniment hawnhekk. (lp)

Wieħed mill-programmi ppreżentati fis-seminar tal-KESE tal-2024 “Nikkollegaw l-UE” iddedikat għall-ġurnaliżmu kien l-Inizjattiva Hannah Arendt. Din hija network ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappoġġjaw u jipproteġu lill-ġurnalisti li jaħdmu taħt pressjoni estrema u li huma soġġetti għal ċensura, fastidju u persekuzzjoni. L-inizjattiva hija programm ta’ protezzjoni ffinanzjat mill-Gvern Federali Ġermaniż, u toffri kull tip ta’ għajnuna prezzjuża lill-ġurnalisti madwar id-dinja – mill-Afganistan u s-Sudan għar-Russja u l-Ukrajna – kemm f’pajjiżhom kif ukoll fl-eżilju.

Wieħed mill-programmi ppreżentati fis-seminar tal-KESE tal-2024 “Nikkollegaw l-UE” iddedikat għall-ġurnaliżmu kien l-Inizjattiva Hannah Arendt. Din hija network ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappoġġjaw u jipproteġu lill-ġurnalisti li jaħdmu taħt pressjoni estrema u li huma soġġetti għal ċensura, fastidju u persekuzzjoni. L-inizjattiva hija programm ta’ protezzjoni ffinanzjat mill-Gvern Federali Ġermaniż, u toffri kull tip ta’ għajnuna prezzjuża lill-ġurnalisti madwar id-dinja – mill-Afganistan u s-Sudan għar-Russja u l-Ukrajna – kemm f’pajjiżhom kif ukoll fl-eżilju.

Meta l-ilħna kritiċi jiġu msikkta, il-ġurnalisti jintbagħtu l-ħabs u l-mezzi kollha tal-media jingħalqu, il-pubbliku ma jkollux aktar aċċess għal informazzjoni indipendenti. Madankollu, tali informazzjoni hija essenzjali biex in-nies ikunu jistgħu jiżviluppaw b’mod liberu l-opinjonijiet tagħhom u biex id-demokrazija tiffunzjona.

Sentejn wara li l-Gvern Federali Ġermaniż nieda l-Inizjattiva Hannah Arendt, ir-raġunijiet għat-tħassib saħansitra żdiedu. L-aħħar Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa mfassal minn Reporters Mingħajr Fruntieri (RSF) juri li l-kundizzjonijiet għall-professjonisti tal-media marru għall-agħar madwar id-dinja. Bħalissa hemm aktar pajjiżi – b’kollox 36 pajjiż – fil-kategorija ta’ taħt (fejn is-sitwazzjoni hija kklassifikata bħala “serja ħafna”) milli kien hemm f’aktar minn għaxar snin. Ġurnalisti minn għadd ta’ pajjiżi f’din il-kategorija, fosthom ir-Russja, l-Afganistan u s-Sudan, huma appoġġjati minn diversi proġetti mmexxija mill-organizzazzjonijiet msieħba tal-Inizjattiva Hannah Arendt.

Bis-saħħa tal-Inizjattiva Hannah Arendt – programm ta’ protezzjoni li huwa ffinanzjat mill-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja u mill-Kummissarju tal-Gvern Federali għall-Kultura u l-Media – il-ħaddiema tal-media jistgħu jirċievu tipi differenti ta’ għajnuna, jew f’pajjiżhom jew fl-eżilju. Xi drabi l-għajnuna hija saħansitra possibbli fejn mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li se tkun impossibbli. Pereżempju, wieħed mill-proġetti tal-inizjativa jappoġġja lill-ġurnalisti nisa fl-Afganistan: huma jirċievu taħriġ ta’ sikurezza, boroż ta’ studju u mentoraġġ fil-lingwa nattiva. Għadd partikolarment kbir ta’ nisa fil-media tilfu xogħolhom minn meta t-Talibani ħadu f’idejhom il-poter fl-2021, li jfisser li issa ftit li xejn hemm nisa li baqgħu jaħdmu fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni. Minn dak iż-żmien ’l hawn, is-settur kollu naqas drastikament.

Il-professjonisti tal-media Russi u Sudaniżi jistgħu jibbenefikaw mill-Inizjattiva Hannah Arendt fil-pajjiżi ġirien. Twaqqfu ċentri speċjali biex iservu bħala punti ta’ kuntatt għall-ħaddiema tal-media eżiljati, immexxija jew appoġġjati mill-imsieħba tal-inizjattiva. L-Exile Media Hubs u l-Casa para el Periodismo Libre (spazju għall-ġurnalisti eżiljati) fl-Amerka Ċentrali huma wkoll spazji sikuri li joffru pariri psikoloġiċi u legali. Iċ-ċentri huma wkoll postijiet li jipprovdu aktar taħriġ u huma punt tat-tluq għan-networking fost il-professjonisti tal-media li jiġu ppersegwitati f’pajjiżhom għal diversi raġunijiet.

Il-bini mill-ġdid ta’ strutturi editorjali sostenibbli fl-eżilju huwa approċċ ieħor tal-Inizjattiva Hannah Arendt. Dan jara li jiġi żgurat li n-nies li jinsabu fil-pajjiżi totalitarji minn fejn ikunu ġejjin il-ġurnalisti, ikomplu jirċievu informazzjoni indipendenti.

L-Afganistan, ir-Russja u s-Sudan mhumiex l-uniċi pajjiżi li l-ġurnalisti tagħhom jirċievu appoġġ. L-ambitu tal-inizjattiva huwa essenzjalment dinji, u jista’ jirreaġixxi b’mod flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ sigurtà li jmorru għall-agħar. Bħalissa, l-appoġġ qed jingħata prinċipalment lill-professjonisti tal-media mill-Belarussja, mill-Amerka Ċentrali, mill-Myanmar, mill-Afrika ta’ Fuq u mill-Ukrajna. F’dan ir-rigward, l-Ukrajna huwa każ speċjali, peress li l-għan tal-ħidma tal-proġett huwa li jiġi ggarantit rappurtar kontinwu matul il-gwerra li għaddejja. Dan jeħtieġ assistenza materjali u teknika, kif ukoll taħriġ u assigurazzjoni speċifiċi għall-operazzjonijiet tal-ewwel linja.

Dawn l-erba’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma msieħba tal-Inizjattiva Hannah Arendt: DW Akademie, il-European Fund for Journalism in Exile (JX-Fund), Media in Cooperation and Transition (MiCT), u ċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Media (ECPMF). Il-programm jeħtieġ l-indipendenza mill-kontroll tal-istat kif ukoll in-newtralità tal-istat. Il-finanzjament jingħata biss fuq il-bażi ta’ kriterji imparzjali, minn ġuriji indipendenti ħielsa mill-influwenza tal-Istat.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web https://hannah-arendt-initiative.de/hannah-arendt-initiative-english/ jew ikteb lil info@hannah-arendt-initiative.de.

L-inizjattiva Hannah Arendt hija network għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u tal-media madwar id-dinja. Hija twaqfet fl-2022 fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja u tal-Kummissarju tal-Gvern Federali għall-Kultura u l-Media, u hija ffinanzjata minnhom. 

Fit-23 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret ir-rebbieħa tat-tielet edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għażel u ppremja r-rebbieħa fi tliet kategoriji ewlenin: l-aħjar SME li tipproċessa l-ikel organiku, l-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku, u l-aħjar restorant/servizz tal-ikel organiku.

Fit-23 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret ir-rebbieħa tat-tielet edizzjoni tal-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għażel u ppremja r-rebbieħa fi tliet kategoriji ewlenin: l-aħjar SME li tipproċessa l-ikel organiku, l-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku, u l-aħjar restorant/servizz tal-ikel organiku.

Ir-rebbieħa huma:

  • L-aħjar SME li tipproċessa l-ikel organiku: Gino Girolomoni Cooperativa Agricola (l-Italja), kooperattiva li tipproduċi għaġin organiku fir-reġjun tal-Marche bl-użu ta’ enerġija rinnovabbli, li tappoġġja ’l fuq minn 300 bidwi lokali.
  • L-aħjar bejjiegħ bl-imnut tal-ikel organiku: SAiFRESC (Spanja), inizjattiva mmexxija mill-bdiewa li tipproduċi 70 varjetà ta’ frott u ħaxix organiku fuq 30 ettaru ta’ art agrikola organika, tippromovi ekonomija ċirkolari u toffri sessjonijiet ta’ ħidma edukattivi.
  • L-aħjar restorant/servizz tal-ikel organiku: Kalf & Hansen (l-Iżvezja), katina ta’ ristoranti li tispeċjalizza fil-kċina Nordika 100% organika u staġjonali, magħrufa għal forniment sostenibbli u rabtiet b’saħħithom mal-produtturi lokali.

Peter Schmidt, President tas-Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT) tal-KESE faħħar lir-rebbieħa, u fl-istess ħin innota li l-premjijiet jirrikonoxxu l-innovazzjoni u l-eċċellenza fis-settur organiku tal-UE. Huwa enfasizza li ż-żieda fl-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti organiċi hija essenzjali għat-tkabbir tas-settur u biex tgħin lill-UE tilħaq il-mira tagħha ta’ 25 % biedja organika sal-2030. “Madankollu, is-soluzzjoni tal-problemi soċjali permezz tal-politiki agrikoli hija l-approċċ żbaljat. Il-politiki soċjali għandhom isaħħu l-pożizzjoni taċ-ċittadini Ewropej biex jaffordjaw prodotti organiċi”, żied jgħid.

Il-Premjijiet tal-UE għall-Produzzjoni Organika huma parti mill-inizjattiva usa’ tal-Jum Organiku tal-UE, imniedi fl-2021 biex tenfasizza l-benefiċċji tal-biedja organika. Il-biedja organika, appoġġjata mill-Politika Agrikola Komuni tal-UE, kibret b’mod sinifikanti minn 5,9 % tal-art agrikola tal-UE fl-2012 għal 10,5 % sal-2022, bil-bejgħ bl-imnut jilħaq EUR 45 biljun fl-2022. Minkejja l-isfidi ekonomiċi, l-UE tibqa’ t-tieni l-akbar suq organiku fuq livell globali, wara l-Istati Uniti. (ks) 

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Ir-rapport ta’ Mario Draghi għal darb’oħra għamel enfasi fuq l-urġenza li jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi tal-Ewropa. Kemm ir-rapporti ta’ Letta kif ukoll dak ta’ Draghi daqqew l-allarm - b’mod qawwi: l-Ewropa qed tiffaċċja mument deċiżiv, u ma nistgħux naffordjaw inkunu kompjaċenti.

Minn Stefano Mallia, President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Il-ħruġ tar-rapport ta’ Mario Draghi għal darb’oħra għamel enfasi fuq l-urġenza li jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi tal-Ewropa. Kemm ir-rapporti ta’ Letta kif ukoll dak ta’ Draghi daqqew l-allarm - b’mod qawwi: l-Ewropa qed tiffaċċja mument deċiżiv, u ma nistgħux naffordjaw inkunu kompjaċenti.

Ir-riskji huma ogħla minn qatt qabel: matul l-aħħar żewġ deċennji, it-tkabbir ekonomiku tal-UE kien persistentement aktar bil-mod minn dak tal-Istati Uniti, waqt li ċ-Ċina qed tnaqqas id-distakk b’mod rapidu. Mill-2002 sal-2023, id-distakk bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-livelli tal-PDG (bil-prezzijiet tal-2015) kiber minn ftit aktar minn 15 % għal 30 % li huwa inkwetanti. Il-paragun huwa saħansitra aktar qawwi meta wieħed iħares lejn il-parità tal-kapaċità tal-akkwist: id-distakk kiber minn 12 % għal 34 % li huwa sinifikanti.

Waħda mill-akbar sfidi hija l-ambjent regolatorju tal-Ewropa. Iċ-ċifri huma impressjonanti: mill-2019 sal-2024, l-UE ppromulgat madwar 13 000 att leġiżlattiv, meta mqabbla ma’ madwar 3 500 fl-Istati Uniti.

Dan il-piż regolatorju żejjed wassal għal kostijiet sinifikanti ta’ konformità għan-negozji, u ddevja r-riżorsi lil hinn mill-innovazzjoni u t-titjib tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, dan wassal għal xejra inkwetanti ta’ kumpaniji li jirrilokaw barra mill-UE, fejn 30 % tal-“unicorns” Ewropej telqu bejn l-2008 u l-2021.

Kif jenfasizza Draghi, l-investiment waħdu mhux se jmexxi l-Ewropa ’l quddiem. Li jeħtieġ huwa l-iżgurar li r-riformi jwasslu għal progress sinifikanti. Irridu niffukaw fuq it-tlestija tas-Suq Uniku, it-tneħħija tal-ostakli, il-prijoritizzazzjoni ta’ approċċ koerenti għat-tnaqqis tal-piżijiet u s-semplifikazzjoni tar-regolamenti. Dawn huma passi ewlenin li jistgħu jittieħdu immedjatament mingħajr battalji politiċi kbar u jwasslu għal benefiċċji tanġibbli għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs, li huma s-sinsla tal-ekonomiji tagħna.

Barra minn hekk, ma nistgħux ninjoraw l-interkonnettività tas-setturi u l-ekonomiji tagħna. It-titjib f’qasam wieħed jista’ jwassal għal effetti kollaterali pożittivi fuq oħrajn. Pereżempju, l-integrazzjoni tal-IA u tat-teknoloġiji xprunati mid-data tista’ tappoġġja ġestjoni tal-enerġija aktar intelliġenti fl-industriji kollha, waqt li tnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet u l-emissjonijiet, mill-manifattura avvanzata sal-biedja ta’ preċiżjoni. Dawn huma t-tipi ta’ sinerġiji li rridu nsegwu.

It-triq ’il quddiem hija ċara. L-Ewropa għandha l-kapaċità, it-talent u l-potenzjal tal-innovazzjoni biex terġa’ tikseb il-vantaġġ kompetittiv tagħha. Iżda dan se jirrikjedi rieda politika qawwija, kollaborazzjoni u enfasi fuq objettivi strateġiċi fit-tul. Issa, hija r-responsabbiltà tagħna — l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri — li nittrasformaw dawn l-opportunitajiet f’azzjoni li twassal għal bidla reali.

Din is-sena, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jerġa’ jipparteċipa fil-COP29, il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2024 li ser issir fil-belt kapitali tal-Ażerbajġan, Baku.

Din is-sena, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jerġa’ jipparteċipa fil-COP29, il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2024 li ser issir fil-belt kapitali tal-Ażerbajġan, Baku.

Il-KESE ser ikun rappreżentat minn Peter Schmidt, President tal-Grupp Ad Hoc dwar il-COP, u mid-delegat taż-żgħażagħ tal-KESE għall-COP, Diandra Ní Bhuachalla. Matul il-konferenza, il-KESE ser itenni l-messaġġi tal-Opinjoni tiegħu adottata reċentement dwar il-finanzjament għall-klima u ser itenni t-talbiet tiegħu għal tranżizzjoni inklużiva u ekwa li tassigura li l-azzjoni klimatika ma żżidx l-inugwaljanza soċjali. Il-KESE se jippromovi wkoll sistemi agroalimentari sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-teknoloġiji ekoloġiċi u l-allinjament tal-għanijiet tal-bijodiversità u tal-klima. Billi jipparteċipa fil-COP29, il-KESE għandu l-għan li jiżgura li leħen is-soċjetà ċivili Ewropea jinstema’ u li l-eżiti tal-konferenza jirriflettu soluzzjonijiet ibbilanċjati u soċjalment ġusti għall-kriżi klimatika. (ks) 

Il-ġurnalisti b’diżabilità jistgħu jagħmlu xogħolhom daqstant tajjeb u jistgħu jġibu wkoll perspettivi differenti u ġodda – allura għaliex hemm ftit li jaħdmu fil-media? Lars Bosselmann mill-Unjoni Ewropea tal-Għomja jikteb dwar il-preżenza baxxa ta’ persuni b’diżabilità fis-settur tal-media u l-ħtieġa li jitwaqqfu r-rappreżentazzjonijiet stereotipiċi ta’ dawn il-persuni fl-aħbarijiet.

Il-ġurnalisti b’diżabilità jistgħu jagħmlu xogħolhom daqstant tajjeb u jistgħu jġibu wkoll perspettivi differenti u ġodda – allura għaliex hemm ftit li jaħdmu fil-media? Lars Bosselmann mill-Unjoni Ewropea tal-Għomja jikteb dwar il-preżenza baxxa ta’ persuni b’diżabilità fis-settur tal-media u l-ħtieġa li jitwaqqfu r-rappreżentazzjonijiet stereotipiċi ta’ dawn il-persuni fl-aħbarijiet.

Id-demokraziji kollha huma mibnija fuq prinċipji ewlenin, u waħda mill-aktar importanti hija l-libertà tal-istampa. Din il-libertà tgħin jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-mexxejja politiċi jkunu trasparenti għall-pubbliku. Din tippermettilna wkoll li naċċessaw informazzjoni mingħajr interferenza esterna.

Madankollu, għad hemm aspetti tal-prattika tal-media li jeħtieġ li jittejbu, speċjalment fir-rigward tad-diversità. Fir-rigward tar-rappreżentanza fil-media jew il-kopertura ta’ suġġetti relatati ma’ gruppi soċjali differenti, għad fadal x’naqdfu biex inkunu ugwali.

Iċ-ċifri attwali juru li l-persuni b’diżabilità mhumiex rappreżentati b’mod adegwat fil-persunal tal-gazzetti, l-istazzjonijiet tar-radju u x-xandara tat-televiżjoni. Dan huwa inkwetanti ħafna meta jitqies li sa 16 % tal-popolazzjoni tad-dinja għandhom xi forma ta’ diżabilità. Barra minn hekk, kif enfasizzat minn rapport tal-UNESCO, il-persuni b’diżabilità spiss jiffaċċjaw ukoll preġudizzju minħabba rappreżentanza stereotipika tal-komunitajiet tagħna li l-media tifrex b’mod globali.

Biex inbiddlu l-perċezzjoni pubblika tal-persuni b’diżabilità, jeħtieġ li nenfasizzaw li l-preżenza tagħhom fil-kmamar tal-aħbarijiet u fil-proċessi tal-ħolqien tal-kontenut hija importanti.

Is-soċjetà jeħtieġ li tifhem li l-industrija tal-media mhux ser tkun kompletament inklużiva jekk il-persuni b’diżabilità ma jsirux parti mill-persunal. Barra minn hekk, is-suġġetti relatati mad-diżabilità jridu jiġu koperti b’approċċ differenti: il-mezzi tal-media għandhom jirrikonoxxu li l-persuni b’diżabilità huma individwi li għandhom igawdu drittijiethom daqs ħaddieħor. Barra minn hekk, hekk kif il-formati tal-kontenut jinbidlu b’mod kostanti, neħtieġu esperti li jfasslu dawn il-formati b’mod li jkunu aċċessibbli u inklużivi. 

Minkejja l-fatt li hemm nuqqas ta’ rappreżentanza tal-komunità tad-diżabilità fis-settur tal-media, xorta waħda nistgħu nsibu eżempji ta’ ispirazzjoni ħafna li juru li l-persuni b’diżabilità jistgħu jeċċellaw bħala ħallieqa tal-kontenut.

Reċentement, fis-serje ta’ podcast tagħha, l-Unjoni Ewropea tal-Għomja xandret episodju ddedikat għal-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi 2024. Fl-episodju, tkellimna ma’ Laetitia Bernard, ġurnalista għamja Franċiża li taħdem għal Radio France. Minbarra l-Paralimpiċi ta’ din is-sena, is-Sinjura Bernard kienet diġà kopriet l-edizzjonijiet tal-2012 f’Londra u tal-2016 f’Rio. Barra minn hekk, hija kopriet il-Logħob Paralimpiku tax-Xitwa tal-2014 f’Sochi u tal-2018 f’PyeongChang.

“Avvenimenti bħal-Logħob Paralimpiku għandhom impatt pożittiv biex jitneħħew l-ostakli u jiġu sfidati l-istereotipi,” enfasizzat is-Sinjura Bernard matul l-intervista. “Anke jekk ġurnalist ikollu diżabbiltà, din il-persuna tista’ taħdem b’mod effiċjenti u saħansitra tkun tista’ tiddeskrivi l-affarijiet b’mod differenti,” żiedet tgħid. Il-vjaġġ professjonali tas-Sinjura Bernard, kif ukoll ir-riflessjonijiet tagħha dwar dan is-suġġett, ifakkruna li biex tinbena soċjetà aktar inklużiva, hemm bżonn li din id-dimensjoni tiġi indirizzata: l-ugwaljanza għandha tkun fil-qalba tas-settur tal-media.

Lars Bosselmann huwa d-Direttur Eżekuttiv tal-Unjoni Ewropea tal-Għomja (EBU).