Il-mistiedna sorpriża tagħna hija Dr Alexandra Borchardt, li kienet il-kelliema ewlenija fis-Seminar tal-KESE tal-2024 Nikkollegaw l-UE. Awtriċi ewlenija tar-Rapport tal-Aħbarijiet tal-EBU 2024 dwar l-effetti tal-IA fuq il-ġurnaliżmu, hija tanalizza l-prospetti għal ġurnaliżmu responsabbli wara ż-żieda rapida tal-IA ġenerattiva. Filwaqt li xi wħud fl-industrija tal-media diġà ntilfu wara dak kollu li qed tipprometti, ir-riskji li ġġib l-IA ġenerattiva huma konsiderevoli – iżda l-istess huma l-opportunitajiet.

Dr Borchardt hija ġurnalista veterana, konsulent indipendenti, għalliema l-università u riċerkatriċi tal-media b’aktar minn 25 sena esperjenza fi kmamar tal-aħbarijiet, 15 minnhom fi rwoli ta’ tmexxija. F’dawn l-aħħar ħames snin hija appoġġjat 26 pubblikatur Ewropew fit-trasformazzjoni diġitali bħala kowċ għall-Programm Table Stakes Europe tal-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Pubblikaturi tal-Aħbarijiet (WAN-IFRA). Tista’ tara x-xogħol tagħha hawn.