Esplorazzjoni tar-relazzjoni bejn il-bniedem u n-natura permezz ta’ fotografija mill-ajru.

Il-KESE se jospita wirja tal-fotografija intitolata Habitat, li turi x-xogħol ta’ Tom Hegen, fotografu u disinjatur Ġermaniż minn Munich rebbieħ ta’ premji.

Ix-xogħol ta’ Tom Hegen jiffoka fuq proġetti ta’ fotografija mill-ajru, li juru l-impatt tal-attività tal-bniedem fuq l-art u ta’ spiss jenfasizzaw ir-relazzjoni bejn il-bnedmin u n-natura. Il-proġett Habitat jistieden lill-ispettaturi biex jiskopru l-pjaneta tagħna minn perspettiva ġdida, biex jifhmu l-iskala tal-attività tal-bniedem fuq il-pjaneta tagħna u, fl-aħħar mill-aħħar, biex jassumu responsabbiltà. Il-wirja fiha sensiela ta’ 31 immaġini, li jiffukaw fuq pajsaġġi li ġew trasformati mill-attività tal-bniedem.

Il-wirja se tintwera fil-KESE mis-26 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru 2020, b’rabta mal-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-UE. (ck)