European Economic
and Social Committee
Magħqudin favur il-valuri Ewropej
Għeżież qarrejja,
Fl-2022, ġiet stabbilita Strateġija tal-Komunikazzjoni, u issa waslet fil-fażi tal-implimentazzjoni.
Qed iseħħu ħafna żviluppi li, fost affarijiet oħra, se jsaħħu l-vuċi tagħna u jagħmluha possibbli li nifhmu aħjar il-partijiet ikkonċernati u l-imsieħba tagħna, u b’hekk ir-risposti tagħna għalihom ikunu fl-“istil” tagħhom.
F’dawn iż-żminijiet ta’ kriżijiet multipli b’livelli baxxi ta’ prevedibbiltà soċjali u ekonomika, irridu nikkomunikaw l-għan u l-missjoni tagħna b’aktar ċarezza u empatija, anke b’intelliġenza emozzjonali, meta tkun meħtieġa.
Irridu naqdu rwol ġdid fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 sabiex nikkonsolidaw il-valuri demokratiċi u nagħmlu l-Ewropa aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti kontra t-theddid awtoritarju.
Barra minn hekk, b’rabta mal-65 anniversarju tal-KESE ser insaħħu l-legat tagħna u ntejbu l-leġiżlazzjoni attwali u futura tal-UE għall-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini tal-UE.
Sakemm nistennew li jiġu żvelati l-iżviluppi tas-sajf, nittama li tgawdu l-vaganzi, u kunu ppreparati għall-futur!
Aurel Laurenţiu Plosceanu
Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni