Skip to main content
Newsletter Info

KESE info

European Economic and Social Committee A bridge between Europe and organised civil society

JULY 2023 | MT

GENERATE NEWSLETTER PDF

Lingwi Disponibbli:

  • BG
  • CS
  • DA
  • DE
  • EL
  • EN
  • ES
  • ET
  • FI
  • FR
  • GA
  • HR
  • HU
  • IT
  • LT
  • LV
  • MT
  • NL
  • PL
  • PT
  • RO
  • SK
  • SL
  • SV
Editorjal

Magħqudin favur il-valuri Ewropej

Magħqudin favur il-valuri Ewropej

Għeżież qarrejja,

Fl-2022, ġiet stabbilita Strateġija tal-Komunikazzjoni, u issa waslet fil-fażi tal-implimentazzjoni.

Qed iseħħu ħafna żviluppi li, fost affarijiet oħra, se jsaħħu l-vuċi tagħna u jagħmluha possibbli li nifhmu aħjar il-partijiet ikkonċernati u l-imsieħba tagħna, u b’hekk ir-risposti tagħna għalihom ikunu fl-“istil” tagħhom.

 

Read more in all languages

Magħqudin favur il-valuri Ewropej

Għeżież qarrejja,

Fl-2022, ġiet stabbilita Strateġija tal-Komunikazzjoni, u issa waslet fil-fażi tal-implimentazzjoni.

Qed iseħħu ħafna żviluppi li, fost affarijiet oħra, se jsaħħu l-vuċi tagħna u jagħmluha possibbli li nifhmu aħjar il-partijiet ikkonċernati u l-imsieħba tagħna, u b’hekk ir-risposti tagħna għalihom ikunu fl-“istil” tagħhom.

F’dawn iż-żminijiet ta’ kriżijiet multipli b’livelli baxxi ta’ prevedibbiltà soċjali u ekonomika, irridu nikkomunikaw l-għan u l-missjoni tagħna b’aktar ċarezza u empatija, anke b’intelliġenza emozzjonali, meta tkun meħtieġa.

Irridu naqdu rwol ġdid fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 sabiex nikkonsolidaw il-valuri demokratiċi u nagħmlu l-Ewropa aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti kontra t-theddid awtoritarju.

Barra minn hekk, b’rabta mal-65 anniversarju tal-KESE ser insaħħu l-legat tagħna u ntejbu l-leġiżlazzjoni attwali u futura tal-UE għall-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini tal-UE.

Sakemm nistennew li jiġu żvelati l-iżviluppi tas-sajf, nittama li tgawdu l-vaganzi, u kunu ppreparati għall-futur!

Aurel Laurenţiu Plosceanu
Viċi President tal-KESE għall-Komunikazzjoni

 

Dati tad-Djarju

18 ta’ Lulju 2023, Brussell

Round Table taż-Żgħażagħ dwar il-Klima u s-Sostenibbiltà #4

20-21 ta’ Settembru 2023, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

10-11 ta’ Ottubru 2023, Bilbao, Spanja

Konferenza dwar il-mard rari u n-networks ta’ referenza Ewropej

“Dritt għall-punt”

F’din il-kolonna, Pietro De Lotto, President tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, jaqsam il-fehmiet tal-KESE dwar il-“Patt Blu”, waħda mill-akbar kwistjonijiet fuq l-aġenda tal-UE, u dwar għaliex neħtieġu strateġija komprensiva dwar l-ilma.

Read more in all languages

F’din il-kolonna, Pietro De Lotto, President tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali, jaqsam il-fehmiet tal-KESE dwar il-“Patt Blu”, waħda mill-akbar kwistjonijiet fuq l-aġenda tal-UE, u dwar għaliex neħtieġu strateġija komprensiva dwar l-ilma.

Pietro De Lotto: Fil-konfront tal-isfidi idriċi, l-UE għandha bżonn Patt Blu

L-ilma huwa dritt tal-bniedem u fundamentali għall-aspetti kollha tal-ħajja. Ilna żmien twil nieħdu l-aċċess għall-ilma bħala fatt fl-Ewropa.

Read more in all languages

L-ilma huwa dritt tal-bniedem u fundamentali għall-aspetti kollha tal-ħajja. Ilna żmien twil nieħdu l-aċċess għall-ilma bħala fatt fl-Ewropa.

Iżda d-dinja qed tiffaċċja kriżi tal-ilma u l-kontinent tagħna mhuwiex eċċezzjoni. Ir-rapporti reċenti juru li l-Unjoni Ewropea mhijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli relatati mal-ilma. Madwar 30 % tal-popolazzjoni tal-UE hija affettwata minn xi forma ta’ stress idriku. Is-sajf li għadda, l-Ewropa esperjenzat l-aktar nixfiet severi f’dawn l-aħħar 500 sena. In-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma u s-sanità ta’ kwalità tajba u affordabbli – il-faqar tal-ilma – hija esperjenza ta’ kuljum għal miljuni ta’ ċittadini tal-UE.  

Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-approċċ attwali tal-UE għall-politiki dwar l-ilma huwa frammentat u ma jindirizzax b’mod suffiċjenti l-isfidi li qed niffaċċjaw. Wasal iż-żmien għal bidla fl-iskala, kif seħħ xi snin ilu fir-rigward tal-politiki dwar il-klima. Huwa għalhekk li l-KESE għażel l-ilma bħala l-pakkett trasversali tiegħu dis-sena u se jappella għal Patt Blu tal-UE, strateġija komprensiva biex jiġu indirizzati l-isfidi kollha fir-rigward tal-ilma fil-ġejjieni. L-ilma huwa vitali, u għaldaqstant ma jistax jibqa’ jiġi trattat bħala wieħed mill-pilastri tal-Patt Ekoloġiku tal-UE. Jistħoqqlu politika dedikata għalih biss.

Fis-sezzjonijiet tiegħu, il-KESE qed jaħdem fuq sett ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, li jkopru l-aspetti ekonomiċi, soċjali, ambjentali u ġeopolitiċi tal-isfidi tal-ilma. Aħna nanalizzaw l-impatti ta’ dawn l-aspetti fuq l-agrikoltura, l-industriji, l-infrastrutturi u l-konsum sostenibbli, nenfasizzaw il-ħtieġa għal prospettiva fl-UE dwar l-ilma u l-ħtieġa għal data affidabbli, u nappellaw għal finanzjament adegwat.  

Nemmnu li hemm bżonn li l-ilma jiġi integrat aħjar fil-politiki kollha tal-UE, inkluża l-politika industrijali tal-UE. L-UE għandha wkoll l-opportunità li tkun minn ta’ quddiem f’dan il-qasam. Biex tappoġġja t-trasformazzjoni tas-soċjetà tagħna, l-Ewropa trid issir il-mexxej dinji fit-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma. Dawn huma parti importanti mis-soluzzjoni għas-soċjetà kollha u jagħmlu l-agrikoltura u l-konsum pubbliku u privat aktar effiċjenti fl-ilma u sostenibbli, u jikkontribwixxu għall-kompetittività tagħna u l-impjieg futur.

L-għan tagħna huwa li l-Kummissjoni Ewropea tadotta l-ilma bħala waħda mill-prijoritajiet politiċi tagħha fil-mandat li jmiss. Fis-26 ta’ Ottubru, il-KESE se jadotta t-talba tiegħu għal Patt Blu tal-UE u se jwassal proposti konkreti u sinifikanti għal strateġija Ewropea ġdida dwar l-ilma.

Iżda ma nistgħux niksbu dan waħedna. Il-KESE qed jaħdem mill-qrib mal-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet ewlenin għal politika ambizzjuża dwar l-ilma għall-Ewropa. Aħna se nimmonitorjaw l-adozzjoni tal-proposti tagħna u niżguraw li jkun hemm azzjonijiet ta’ segwitu fix-xhur u fis-snin li ġejjin dwar dan is-suġġett li għandu impatt dirett fuq il-ħajja ta’ kull ċittadin. Nistiednek tingħaqqad magħna u tappoġġjana fit-talba tagħna għal Patt Blu tal-UE.

Pietro De Lotto Il-President tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali

“Mistoqsija waħda lil...”

Mistoqsija lil ...

Fir-rokna tagħna “Mistoqsija lil...”, aħna nistaqsu lill-membri tal-KESE biex jenfasizzaw l-importanza ta’ Opinjoni li jkunu ħadmu fuqha.

Din id-darba tkellimna ma’ Giuseppe Guerini, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni dwar Rieżami tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu. L-Opinjoni se tiġi adottata matul is-sessjoni plenarja ta’ Lulju.

 

Read more in all languages

Fir-rokna tagħna “Mistoqsija lil...”, aħna nistaqsu lill-membri tal-KESE biex jenfasizzaw l-importanza ta’ Opinjoni li jkunu ħadmu fuqha.

Din id-darba tkellimna ma’ Giuseppe Guerini, membru tal-KESE u relatur tal-Opinjoni dwar Rieżami tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu. L-Opinjoni se tiġi adottata matul is-sessjoni plenarja ta’ Lulju.

 

Giuseppe Guerini: “L-Iskema Ewropea ta’ Garanzija tad-Depożiti hija kruċjali għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja”

Mistoqsija tal-KESE: “X’inhi l-pożizzjoni tal-Kumitat dwar il-proposta tal-Grupp tal-Euro u l-proposti leġiżlattivi sussegwenti dwar l-unjoni bankarja? B’mod partikolari, x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-immaniġġjar tal-kriżijiet u l-garanziji tad-depożiti?”

Read more in all languages

Mistoqsija tal-KESE: “X’inhi l-pożizzjoni tal-Kumitat dwar il-proposta tal-Grupp tal-Euro u l-proposti leġiżlattivi sussegwenti dwar l-unjoni bankarja? B’mod partikolari, x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-immaniġġjar tal-kriżijiet u l-garanziji tad-depożiti?”

Giuseppe Guerini: Fit-18 ta’ April 2023, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-pakkett dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni tad-depożiti, li għandu l-għan li jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim ta’ riżoluzzjoni għal banek żgħar u ta’ daqs medju, jippreserva l-istabbiltà finanzjarja, jipproteġi lill-kontribwenti u lid-depożitanti, u jappoġġja l-ekonomija reali u l-kompetittività tagħha.

L-Opinjoni tal-KESE, li ntalbet mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill, tapprova l-proposta tal-Kummissjoni, iżda tenfasizza l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-flessibbiltà u l-prevedibbiltà bħala rispons għall-kriżijiet bankarji.

Kif iddikjarat fl-Opinjoni, il-kriżijiet bankarji reċenti xeħtu dawl fuq l-importanza ta’ azzjoni rapida u flessibbli, u t-trasferiment ta’ bank f’diffikultà għal bank b’saħħtu f’perjodu qasir ta’ żmien.

Il-KESE jinsab imħasseb dwar l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-riżoluzzjoni u r-rekwiżiti kapitali tagħha għal banek iżgħar u lokali, peress li dan jista’ jkollu impatt negattiv fuq dawn l-entitajiet.

Minn issa ’l quddiem, valutazzjoni tal-interess pubbliku msaħħa, li se tiddetermina jekk ir-reġim ta’ riżoluzzjoni huwiex applikabbli, trid tkun ibbilanċjata b’mod tajjeb u tiggarantixxi applikazzjoni proporzjonata, waqt li timminimizza l-inċertezza dwar kif se tissolva kriżi.

Għandha tinkiseb proċedura pragmatika u flessibbli f’termini tal-approċċ regolatorju, l-għodod li għandhom jintużaw u l-ħeffa tal-eżekuzzjoni, l-implikazzjonijiet tar-rispons, il-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati, u n-natura tar-riżorsi użati. Dan se jipprevjeni ħsara lill-interessi ta’ banek iżgħar, speċjalment banek lokali, u jipproteġi aħjar l-ekosistema ekonomika fejn joperaw.

L-Iskema Ewropea ta’ Garanzija tad-Depożiti hija essenzjali għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, u l-użu tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni huma passi lejn il-kisba tagħha. Madankollu, sakemm din issir realtà, l-ineffiċjenzi se jkomplu jeżistu u s-swieq se jibqgħu frammentati.

Aqta' min hi l-persuna mistiedna?

Il-mistieden sorpriża

Fir-rokna tagħna “Il-mistieden sorpiża”, nilqgħu personalitajiet distinti mill-qasam tax-xjenza, tal-ġurnaliżmu, tal-kultura u sferi oħrajn tal-ħajja pubblika. Il-mistieden tagħna dan ix-xahar huwa s-Serb Boško Savković, kittieb, ġurnalist u produttur tal-films/dokumentarji. Huwa kopresident tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Serbja, korp li jopera taħt is-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE biex jippromovi rabtiet aktar mill-qrib bejn is-soċjetà ċivili fl-UE u s-Serbja, u membru tal-Presidenza tal-Unjoni ta’ Min Iħaddem tas-Serbja.

Read more in all languages

Fir-rokna tagħna “Il-mistieden sorpiża”, nilqgħu personalitajiet distinti mill-qasam tax-xjenza, tal-ġurnaliżmu, tal-kultura u sferi oħrajn tal-ħajja pubblika. Il-mistieden tagħna dan ix-xahar huwa s-Serb Boško Savković, kittieb, ġurnalist u produttur tal-films/dokumentarji. Huwa kopresident tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Serbja, korp li jopera taħt is-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE biex jippromovi rabtiet aktar mill-qrib bejn is-soċjetà ċivili fl-UE u s-Serbja, u membru tal-Presidenza tal-Unjoni ta’ Min Iħaddem tas-Serbja.

Is-Sur Savković ħadem u ppubblika ħafna gazzetti f’dik li kienet il-Jugoslavja u aktar tard fis-Serbja. Waqt il-gwerra f’dik li kienet il-Jugoslavja, kien ġurnalist tal-gwerra għall-gazzetta Intervju u TV Politika. Iddiżgustat biċ-ċensura tal-mezzi tax-xandir telaq mill-midja Serba fl-1993 u stabbilixxa l-aġenzija tal-marketing tiegħu “Alternative”, li għadha qed topera b’suċċess fil-produzzjoni fuq it-TV, il-pubblikazzjoni, u d-disinn grafiku u fuq il-web. Fl-1996 waqqaf il-gazzetta satirika “Our Sow”, li saret simbolu ta’ reżistenza għar-reġim ta’ Slobodan Milosevic.

Huwa l-awtur ta’ tliet kotba: "Fake fighters run a lap of honour" (1989), li sar dokumentarju; "Rape of the Seventh Force" (1994) u "Mysteries that Changed Serbia" (1997).

Huwa ħadem ukoll fuq il-promozzjoni tal-Vanġelu ta’ Miroslav, li huwa parti mill-wirt kulturali medjevali rikk tas-Serbja, u pproduċa l-film “In the Beginning was the Word”. Fl-2008, waqqaf il-festival tal-films Silafest. Huwa ngħata ħafna premji fis-Serbja u f’Festivals Internazzjonali tal-Films, inkluż il-Gold Dolphin għall-aħjar dokumentarju fil-festival ta’ Cannes fl-2011 għall-film "Winter Fruits", u s-Silver Dolphin, f’Cannes ukoll, fl-2013 għall-film tiegħu "After the Bombs".

Waqt żjara fil-KESE f’Ġunju din is-sena, is-Sur Savković irringrazzja personalment il-Presidenza tal-Kumitat għall-appoġġ tagħha meta ġie akkużat li kien sejjaħ għat-tneħħija vjolenti tal-Kostituzzjoni Serba. Ftit jiem wara l-appell tal-KESE huwa nħeles.

Boško Savković se jattendi s-sessjoni plenarja ta’ Lulju tal-KESE, fejn se jieħu sehem f’dibattitu dwar “Ir-rwol futur tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tkabbir” flimkien ma’ għadd ta’ kelliema mistiedna oħrajn.

 

Boško Savković: M’iniex Che Guevara, jien sempliċement wieħed miċ-ċittadini li qed jitolbu pajjiż sigur

KESE Info: Għidilna dwar l-inċident li wassal għall-arrest u l-priġunerija tiegħek

Boško Savković: Fl-4 ta’ Ġunju 2023, ġiet organizzata dimostrazzjoni enormi f’Belgrad b’segwitu għal żewġ massakri fejn inqatlu 18-il persuna, nofshom tfal. In-nies ħasbu li din kienet dimostrazzjoni politika. Għall-kuntrarju, kienet dimostrazzjoni paċifika u waħda mill-akbar li qatt saru. In-nies kienu qed jitolbu li l-ministru inkarigat mill-pulizija u l-membri tal-Awtorità Regolatorja tal-Midja Elettronika jiġu sostitwiti.

Read more in all languages

KESE Info: Għidilna dwar l-inċident li wassal għall-arrest u l-priġunerija tiegħek

Boško Savković: Fl-4 ta’ Ġunju 2023, ġiet organizzata dimostrazzjoni enormi f’Belgrad b’segwitu għal żewġ massakri fejn inqatlu 18-il persuna, nofshom tfal. In-nies ħasbu li din kienet dimostrazzjoni politika. Għall-kuntrarju, kienet dimostrazzjoni paċifika u waħda mill-akbar li qatt saru. In-nies kienu qed jitolbu li l-ministru inkarigat mill-pulizija u l-membri tal-Awtorità Regolatorja tal-Midja Elettronika jiġu sostitwiti.

Kont qed inġorr kartellun, li fuq naħa kellu “PINK STINK” (PINK huwa l-akbar grupp tal-midja favur il-gvern fis-Serbja) u fuq in-naħa l-oħra “l-avultuni u l-jeni jimxu id f’id għal Serbja sigura”, b’riferiment għall-motto “l-avultuni u l-jeni għas-sigurtà” użat minn ċerti membri tal-gvern fil-parlament. Xi ħadd ġie u rabat pupazz mal-kartellun li deher qisu s-Sur Vučić mgħallaq. Il-pupazz ma damx ma tneħħa, iżda r-ritratti diġà kienu ttellgħu fuq il-midja soċjali u xterrdu b’mod virali.

Għalkemm jien ma ġejtx nidher fir-ritratti, ġejt akkużat b’dan l-aġir u mixli li ppruvajt nhedded l-ordni kostituzzjonali fis-Serbja, reat li jġorr piena ta’ 30 sena ħabs. Erba’ pulizija ġew biex jarrestawni. “Għaliex erbgħa?”, staqsejthom. “Tnejn għalik u tnejn għall-pupazz”, qaluli. Iżda la sabu l-kartellun, li kien tħalla fil-karozza tal-ħabib tiegħi, u lanqas il-pupazz.

Id-detenzjoni tiegħek immobilizzat għadd kbir ta’ nies fis-Serbja u fi Brussell. Peress li inti l-kopresident tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Serbja tal-KESE, il-KESE bagħat tweet fejn talab il-ħelsien immedjat tiegħek li laħaq 27 elf viżwalizzazzjoni. Kif tħossok dwar dan?

Kont il-ħabs, ma kelli l-ebda idea x’kien qed jiġri. L-unika ħaġa li naf hi li marti kkuntattjat lill-President tal-KESE, is-Sur Plosceanu, u l-KESE rreaġixxa immedjatament, u l-istess għamlu l-midja, is-soċjetà ċivili u l-NGOs f’pajjiżi. Fis-Serbja n-nies jafuni u kollha rreaġixxew, billi organizzaw dimostrazzjonijiet barra l-Palazz tal-Ġustizzja. Iżda dak iż-żmien, ma kontx konxju b’dak kollu li kien qed iseħħ. Meta ngħatajt 30 ġurnata ħabs, bdejt naħseb dwar l-affarijiet kollha li setgħu jiġruli u s-snin li kont se nqatta’ l-ħabs. F’mumenti bħal dawk ma tistax taħseb b’mod ċar, għalkemm ippruvajt nisfrutta l-għarfien tiegħi ta’ avukat biex naħseb b’mod razzjonali.

Naħseb li n-nies fehmu li ma kontx ħati, permezz tal-pressjoni mill-istituzzjonijiet tal-UE, mill-NGOs u min-nies, u għalhekk tkellmu mal-awtoritajiet Serbi u r-riżultat kien li sentenza fuq talba tal-partijiet tiġi ffirmata mal-prosekuzzjoni bi skambju għal sentenza kundizzjonali ta’ sitt xhur, bl-ammissjoni ġenerali ta’ ħtija min-naħa tiegħi.

Jien m’iniex Che Guevara, jien sempliċement wieħed miċ-ċittadini li kienu qed jipprotestaw fit-toroq u jitolbu pajjiż sigur. Xejn aktar. Jien kittieb, ġurnalist u produttur tal-films. Iżda ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-membri tal-gvern jitkellmu kontra l-atturi, in-nies tal-midja, il-ġurnlisti u ċ-ċittadini, u n-nies niżlu fit-toroq għax ma jridux jisimgħu aktar diskors ta’ mibgħeda fil-parlament.

Taħseb li dan l-inċident jista’ jħalli impatt fuq is-soċjetà Serba?

Jista’ jħalli impatt, iżda neħtieġu midja ħielsa u indipendenti. F’Belgrad ftit huma l-mezzi tal-midja indipendenti. Barra l-belt kapitali, fi bliet u rħula oħrajn, in-nies ma jafux x’inhu jiġri. Din hija battalja dwar l-informazzjoni u battalja kontra l-aħbarijiet foloz mill-gvern, li jippreżenta stampa għalkollox falza tad-dimostrazzjonijiet u ta’ dak li qed jitolbu n-nies.

Taħseb li dan l-avveniment se jħalli marka dejjiema fuqek?

Irrid inħalli dan l-inċidenti warajja għax il-ħabs mhux post in-nies deċenti. Ma rridx nibża’ għax mument ta’ biża’ uniku jista’ jikkanċella għaxar mumenti mill-ħajja. Iżda l-biża’ hija istint komuni tagħna lkoll. M’iniex rivoluzzjonarju, jien sempliċement raġel li jrid ikollu d-dritt li jitkellem. Qed nitlob wisq? Dawn huma biss uħud mill-valuri bażiċi tal-Komunità Ewropea: ġustizzja ħielsa, libertà tal-kelma u d-dritt għall-ħsieb liberu.

X’tip ta’ appoġġ qed tistenna mill-Kumitat u mill-UE?

Huwa biżżejjed li wieħed isegwi s-sitwazzjoni fis-Serbja u jimmonitorja l-iżviluppi li jseħħu ta’ kuljum. Huwa importanti wkoll li l-istituzzjonijiet tal-UE jsegwu l-midja u l-aħbarijiet fis-Serbja. L-appoġġ fi kwalunkwe livell huwa tabilħaqq utli għalina. Pereżempju, bħalissa hemm żewġ ġurnalisti l-ħabs, għalhekk ikun ta’ għajnuna jekk jintbagħtu messaġġi politiċi u diplomatiċi lill-gvern tagħna. L-idea tiegħi hija l-Ewropa, it-triq Ewropea għas-Serbja.

Tista’ tgħidilna ftit aktar dwar is-sitwazzjoni tal-midja fis-Serbja?

Hawnhekk għandna xi mezzi tal-midja indipendenti, iżda mhumiex numerużi biżżejjed u ma jilħqux lill-pajjiż kollu. Nemmen ukoll li m’hemmx biżżejjed mezzi tal-midja biex jippromovu l-UE, u għalhekk l-idea tal-Ewropa mhijiex popolari fis-Serbja. Darba, il-filosfu Grieg Archimedes qal “tuni lok sod u nċaqlaq id-dinja”. Jien se ngħid: “tuni l-midja għal xahrejn u nbiddel il-pajjiż”. M’hemm l-ebda dubju li Serbja b’midja ħielsa ġġib il-bidla. Issa għandna ċerti gruppi għall-protezzjoni tal-ġurnalisti, iżda ma rridux nipproteġu l-ġurnalisti daqslikieku dawn xi speċi ta’ annimali mhedda.

U xi tgħidilna dwar il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ġurnalisti?

Dawn qed jagħmlu xogħolhom b’passjoni u dedikazzjoni kbira. Jemmnu li huma biss l-informazzjoni imparzjali u l-aħbarijiet mhux partiġġjani li jservu ta’ ġid għall-pajjiż u s-soċjetà tiegħu. Naf li jirrifjutaw offerti ta’ xogħol minn stazzjonijiet televiżivi li jħallsu tajjeb, fejn kulma jkollhom jagħmlu huwa li jsegwu l-linja editorjali. Iżda hemm ċerti affarijiet li ma jinxtrawx bil-flus, bħad-dinjità. Din il-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha d-dinjità. Qed jippruvaw jibnu karriera b’tali mod li meta jqumu filgħodu jistgħu jħarsu lejhom infushom fil-mera mingħajr mistħija.

Kif tara l-futur tas-Serbja?

Il-futur tas-Serbja jinsab fl-UE. Binti għandha 23 sena. Ninsab ċert li xi darba binti se tkun qed tgħix fl-Unjoni Ewropea, iżda ma nħossx l-istess għalija nnifsi. Ma nafx kemm-il sena se jkunu meħtieġa biex is-Serbja biex tissodisfa l-istandards tal-UE, jew jekk l-UE hijiex se tistabbilixxi regoli ġodda għas-Serbja. Iżda nemmen li s-Serbja triq waħda għandha quddiemha.

Għoxrin sena ilu attendejt konferenza Thessaloniki, fejn il-parteċipanti qalu li jeħtieġu lis-Serbja fl-UE għax is-Serbja hija l-uniku pajjiż li tista’ tgħaqqad lill-Balkani tal-Punent mal-UE. U huwa minnu, għaliex tista’ tivvjaġġa bil-vapur, bil-ferrovija jew bl-ajruplan u issa hemm konnessjoni mill-Bulgarija u r-Rumanija. Għalhekk, id-destin tal-Balkani tal-Punent huwa totalment marbut mad-destin tas-Serbja. F’ċertu mod, l-ebda pajjiż ieħor fir-reġjun ma jista’ jkun parti mill-UE waħdu.

Aħbarijiet tal-KESE

Ir-riforma tas-suq tal-elettriku - il-KESE jipproponi “faċilità elettronika” għax-xiri u l-bejgħ tal-enerġija

Il-Kumitat jappoġġja l-ħolqien ta’ suq tal-elettriku futur ibbażat fuq sħubija pubblika-privata u taħlita ta’ regolamentazzjoni u liberalizzazzjoni.

Read more in all languages

Il-Kumitat jappoġġja l-ħolqien ta’ suq tal-elettriku futur ibbażat fuq sħubija pubblika-privata u taħlita ta’ regolamentazzjoni u liberalizzazzjoni.

Fil-qalba ta’ dan il-mudell insibu “faċilità elettronika” stabbilita mill-gvern li tixtri l-elettriku mill-produtturi u tbigħu lill-fornituri tal-klijenti tal-unitajiet domestiċi, l-SMEs, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u konsumaturi fuq skala kbira, u fejn adegwat u possibbli, lil pajjiżi oħrajn.

Il-“faċilità elettronika” tikkonkludi kuntratti fit-tul mal-produtturi tal-elettriku abbażi ta’ sejħiet għall-offerti. Dawn il-kuntratti jkunu ta’ diversi tipi, bħal ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija (PPA), kuntratti għad-differenza u kuntratti abbażi tal-kost b’addenda.

Din hija r-riforma ewlenija li għandha titwettaq fis-suq tal-elettriku attwali tal-UE, skont Opinjoni tal-KESE abbozzata minn Jan Dirx u Christophe Quarez, adottata fis-sessjoni plenarja fl-14 ta’ Ġunju 2023.

“Il-Kumitat ilu jsostni l-ħtieġa għal riforma tas-suq tal-elettriku tal-UE,” qal is-Sur Dirx. “Aħna naħsbu li t-triq ’il quddiem hija mudell ibridu bbażat fuq il-prinċipju ta’ “liberalizza fejn possibbli u rregola fejn meħtieġ”.

“L-enerġija hija element essenzjali tas-sistema ekonomika u soċjali tagħna, u m’għandhiex tiġi ttrattata bħal kwalunkwe komodità oħra. L-enerġija hija parti ċentrali mis-servizzi pubbliċi,” saħaq is-Sur Quarez. “Bil-proposta tagħna, il-gvern huwa responsabbli għat-twettiq tal-objettivi tas-sostenibbiltà, l-affordabbiltà u s-sigurtà tal-provvista.” (mp)

Kriżi tal-enerġija – Miżuri futuri jridu jkunu mfassla apposta, immirati u reżistenti għat-tranżizzjoni

Il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit standard “Green triple-T” biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ interventi futuri fuq is-sistema ekonomika tal-UE.

Read more in all languages

Il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit standard “Green triple-T” biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ interventi futuri fuq is-sistema ekonomika tal-UE.

Billi jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Kumitat jenfasizza li miżuri tal-prezzijiet mhux immirati kull ma jagħmlu hu li jtawlu l-inflazzjoni għolja fit-tul. Jekk ma jiġux eliminati gradwalment fi żmien adegwat, jistgħu jikkompromettu l-kapaċità tal-BĊE li jilħaq l-objettivi tiegħu fuq terminu medju, li jirriżulta f’issikkar monetarju għal żmien itwal milli mixtieq.

Skont l-Opinjoni tal-KESE L-impatt tal-kriżi tal-enerġija fuq l-ekonomija Ewropea, imfassla minn Alena Mastantuono u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Ġunju, l-Unjoni Ewropea trid timxi lil hinn minn reazzjonijiet fiskali ta’ emerġenza u tiffoka fuq bidliet strutturali li jippermettuha tiddiżakkoppja mill-fjuwils fossili aktar malajr.

“Aħna konvinti li l-lezzjonijiet li tgħallimna mill-effetti negattivi tal-kriżi tal-enerġija fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-UE jridu jkunu riflessi fil-passi ta’ politika li jmiss,” qalet is-Sinjura Mastantuono.

Biex tiżgura li tibqa’ kompetittiva, l-UE teħtieġ provvisti affidabbli u siguri ta’ enerġija affordabbli bbażati fuq suq tal-enerġija integrat bi proporzjon kbir ta’ enerġija nadifa, li jkun reżiljenti u kapaċi jiffaċċja tfixkil u xokkijiet. (mp)

 

L-UE għandha tipprojbixxi prodotti li ma jistgħux jissewwew

Il-KESE ssuġġerixxa li l-prodotti li ma jistgħux jissewwew m’għandhomx jiġu kkummerċjalizzati fl-Ewropa, u li mhuwiex biżżejjed li l-produtturi huma sempliċiment mitluba jinfurmaw lill-konsumaturi meta prodott ma jkunx jista’ jissewwa

Read more in all languages

Il-KESE ssuġġerixxa li l-prodotti li ma jistgħux jissewwew m’għandhomx jiġu kkummerċjalizzati fl-Ewropa, u li mhuwiex biżżejjed li l-produtturi huma sempliċiment mitluba jinfurmaw lill-konsumaturi meta prodott ma jkunx jista’ jissewwa

Id-Dritt għat-Tiswija l-ġdid tal-UE huwa pass kbir ’il quddiem fuq il-karta, isostni l-KESE. Madankollu, konsumatur li jkun jixtieq jirranġa smartphone jew apparat li jinkiser minflok jixtri wieħed ġdid jista’ jaffaċċja għadd ta’ ostakli prattiċi li jagħmluha diffiċli wisq jew jiġih għoli li jsewwih, jekk mhux impossibbli li dan jissewwa. L-UE għandha tmur oltre u titlob lill-Istati Membri jipprojbixxu kwalunkwe prattika li permezz tagħha l-prodotti jiġu magħmula b’mod li ma jkunux jistgħu jissewwew.

Ma jistax ikun hemm id-dritt għat-tiswija jekk l-oġġetti jiġu mfassla b’mod li ma jkunux jistgħu jissewwew, sostna Thierry Libaert, relatur tal-Opinjoni tal-KESE.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar id-Direttiva proposta, il-KESE jissuġġerixxi għadd ta’ miżuri prattiċi biex din tissaħħaħ u jiġi żgurat li l-għażla għat-tiswija tibqa’ vijabbli u affordabbli lil hinn mill-perjodu ta’ garanzija, kif ukoll minn perspettiva ta’ negozju. Il-proposti jinkludu:

  • li jiġu offerti inċentivi biex issir l-għażla li l-prodotti jissewwew – anke għażliet sempliċi, bħal li jiġi offrut li l-perjodu ta’ garanzija jiġi estiż meta prodott jissewwa matul dak il-perjodu;
  • li jiġu permessi soluzzjonijiet innovattivi bħall-istampar 3D biex jiġu prodotti spare parts, jew ir-rinnovazzjoni, li tinvolvi li l-prodotti jingħataw ħajja oħra, jew jinħoloq suq għal partijiet użati;
  • jitnedew programmi ta’ taħriġ u taħriġ mill-ġdid sabiex dawk li jsewwu jitgħallmu l-ħiliet li jeħtieġu għal xogħol li qabel kien ibbażat fuq il-mekkanika iżda li issa qed jiltaqgħu aktar ma’ apparati konnessi. B’mod aktar ġenerali, hemm ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tat-tiswija fl-Ewropa.

Is-settur tat-tiswija joħloq valur u impjiegi ta’ kwalità għolja fl-Ewropa li huma diffiċli li jiġu delokalizzati. Dan jiġġenera 404 impjieg għal kull 10 000 tunnellata ta’ materjali msewwija – 50 darba aktar mir-rimi ta’ dawn il-materjali bħala skart, li sar ix-xejra predominanti f’dawn l-aħħar snin. 65% tal-konsumaturi jarmu l-prodotti diffettużi tagħhom, u dan isarraf f’7.5 miljun tunnellati ta’ skart fis-sena.

Greenwashing: l-ebda asserzjoni bbażata fuq il-kumpens għal emissjonijiet tal-karbonju

Bħad-Direttiva dwar id-dritt għat-tiswija, id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi hija intiża biex tawtonomizza lill-Ewropej jixtru b’mod sostenibbli. Il-konsumaturi huma dejjem aktar lesti li jagħmlu dan, iżda ma tantx għandhom fiduċja fl-asserzjonijiet tal-prodotturi dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, u jinsabu konfużi dwar l-għadd ta’ tikketti ekoloġiċi fis-suq.

Id-Direttiva l-ġdida għandha tagħmel it-tikketti u l-asserzjonijiet ambjentali aktar kredibbli u affidabbli, madankollu għandha xi punti dgħajfa. Fil-fehma tal-KESE, l-asserzjonijiet ibbażati fuq il-kumpens għal emissjonijiet tal-karbonju għandhom jiġu pprojbiti, peress li diversi awtoritajiet tal-konsumatur u għadd ta’ kawżi ġurdiċi sabu li asserzjonijiet bħal “newtrali għall-klima” u “kumpens għall-plastik” ibbażati fuq kumpens għall-emissjonijiet billi jsir investiment fi proġetti ta’ soluzzjonijiet klimatiċi (bħat-tħawwil tas-siġar) huma xjentifikament skorretti u dejjem iqarrqu bil-konsumaturi.

Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni konsistenti. Hemm ir-riskju li dak li joħroġ mill-bieb jidħol mit-tieqa, qal ir-relatur tal-KESE Angelo Pagliara. Id-Direttiva dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi għandha tkun mudell għal livell minimu ta’ protezzjoni kontra l-greenwashing. Ir-rekwiżiti tagħha għandhom jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni settorjali, sabiex ma jkunx hemm mod għan-non-parteċipazzjoni, li jinstabu lakuni, jew li tiddgħajjef il-protezzjoni tal-konsumatur.

Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-pakkett dwar id-Dritt għat-Tiswija
Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar l-Asserzjonijiet Ekoloġiċi

 

Il-KESE jipproponi l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel

Il-Kunsill ikun jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-ħafna kriżijiet li bħalissa qed jaffettwaw is-sistemi tal-ikel u jantiċipa l-isfidi futuri li ser jinqalgħu bl-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE.

Read more in all languages

Il-Kunsill ikun jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-ħafna kriżijiet li bħalissa qed jaffettwaw is-sistemi tal-ikel u jantiċipa l-isfidi futuri li ser jinqalgħu bl-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE.

Is-sistema tal-ikel tal-Unjoni Ewropea bħalissa qed tiffaċċja kriżijiet multipli hekk kif tindirizza sfidi ambjentali, klimatiċi, tas-saħħa u soċjali. Il-prospett tal-adeżjoni futura tal-Ukrajna wkoll iqajjem kwistjonijiet u huwa mistenni li tkun meħtieġa riforma tal-PAK. Sabiex dawn il-bidliet jiġu ffaċċjati bl-aħjar mod possibbli, il-KESE qed jipproponi l-ħolqien ta’ Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel, fiż-żmien li jwassalna sal-Qafas għal Sistemi tal-Ikel Sostenibbli.

Il-Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel jista’ jgħin fl-aċċellerazzjoni tal-konverġenza tal-politiki tal-UE, nazzjonali u lokali. L-aktar importanti, jista’ jgħin biex titjieb il-politika tal-UE dwar l-ikel. Ir-relatur tal-Opinjoni, Piroska Kállay, qalet: “Nemmnu bil-qawwi li l-inklużività u d-djalogu bejn il-partijiet interessati u l-awtoritajiet varji tas-sistemi tal-ikel ser iżidu l-kwalità u l-leġittimità tat-tfassil tal-politika tal-ikel u Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel huwa għodda sabiex jinkiseb approċċ lejn il-governanza tal-ikel iżjed integrat, parteċipattiv u demokratiku."

Il-KESE huwa ppreparat li jospita lill-Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel u jixtieq jarah imfassal fuq il-mudell tal-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari, li huwa s-sid tiegħu flimkien mal-Kummissjoni.

Il-Kunsill Ewropew għall-Politika tal-Ikel għandu jippromovi żvilupp sostenibbli u bbilanċjat taż-żoni rurali kif ukoll ta’ dawk urbani. Dan għandu jinkludi akkademiċi, xjentisti, rappreżentanti mill-katina tal-provvista tal-ikel, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, edukaturi, rappreżentanti taż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika tal-UE. Maż-żmien, dan għandu jinkludi wkoll rappreżentanti mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li jiżguraw parteċipazzjoni ugwali tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-livell tal-UE. (ks)

Iż-żgħażagħ jesperjenzaw diskriminazzjoni sempliċement abbażi tal-età tagħhom

Iż-żgħażagħ għandhom jirċievu l-istess paga u benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħal ħaddiema oħra, inkluż l-istess paga minima, li għadu mhux il-każ fl-Istati Membri kollha.

Read more in all languages

Iż-żgħażagħ għandhom jirċievu l-istess paga u benefiċċji tas-sigurtà soċjali bħal ħaddiema oħra, inkluż l-istess paga minima, li għadu mhux il-każ fl-Istati Membri kollha.

Skont il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), l-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom itemmu l-prattiki diskriminatorji kontra ż-żgħażagħ, bħall-pagi minimi baxxi għaż-żgħażagħ u traineeships mhux imħallsa. Iż-żgħażagħ iridu jiġu involuti b’mod aktar dirett fit-tfassil tal-politiki, speċjalment dawk li jolqtuhom.

Dawn it-talbiet, li tressqu mill-KESE f’żewġ Opinjonijiet adottati fis-sessjoni plenarja tiegħu tal-15 ta’ Ġunju, ikkoinċidew mal-adozzjoni mill-Parlament Ewropew ta’ rapport dwar traineeships ta’ kwalità tajba li fih il-Kummissjoni ntalbet tipproponi direttiva li tagħmilha illegali li jiġu impjegati apprendisti u trainees għal perjodi itwal mingħajr ħlas.

“Hemm wisq żgħażagħ li qed jiġu soġġetti għal pagi minimi aktar baxxi jew qed jidħlu għal internships mhux imħallsa u qed ikollhom esperjenza negattiva tas-suq tax-xogħol. Ma nistgħux nagħlqu għajnejna għal din ir-realtà fl-Istati Membri llum il-ġurnata,” qal Michael McLoughlin, relatur tal-Opinjoni dwar It-trattament ugwali taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol

“Iż-żgħażagħ għandhom dritt li jingħataw widen u li jieħdu azzjoni,” qalet Nicoletta Merlo, relatur tal-Opinjoni dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ mitluba mill-Presidenza Spanjola li jmiss tal-Kunsill tal-UE u li għandha l-għan li tagħti spinta ġdida lill-aġenda tal-UE għaż-żgħażagħ.

“Il-parteċipazzjoni tagħhom għandha titħeġġeġ tul il-proċess kollu tat-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-politiki pubbliċi, li għandhom jenfasizzaw l-importanza tar-rwol tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u jikkunsidraw modi informali ġodda ta’ kif iż-żgħażagħ jingħaqdu, jikkooperaw u jimpenjaw ruħhom fi djalogu,” qalet is-Sinjura Merlo.

Il-KESE talab biex iż-żgħażagħ ikollhom l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol, benefiċċji tal-impjieg, sigurtà soċjali u assistenza soċjali bħal ħaddiema oħra. Skont il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali, iż-żgħażagħ għandhom ikunu intitolati għall-istess paga minima bħal ħaddiema oħra. Attwalment dan mhuwiex il-każ f’ċerti pajjiżi li stabbilixxew pagi minimi aktar baxxi separati għaż-żgħażagħ, minkejja l-fatt li ħaddiem żagħżugħ minn kull 4 jaqla’ paga minima, meta mqabbel ma’ ħaddiem wieħed minn kull 10 b’paga minima.

Il-President il-ġdid tal-KESE, Oliver Röpke, enfasizza ħafna t-tisħiħ tad-djalogu maż-żgħażagħ u l-involviment tagħhom fit-tfassil tal-politika.

F’diskussjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li saret matul is-sessjoni plenarja, is-Sur Röpke qal: “Aħna nimpenjaw ruħna favur mudell aktar inklużiv li jqiegħed liż-żgħażagħ fil-qalba tal-proċess ta’ involviment. Hija l-prijorità politika tiegħi li niftaħ il-bibien tal-KESE għaż-żgħażagħ, u mhux beħsiebni nieqaf fil-fruntieri tal-UE. Irrid nilħaq l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ tal-pajjiżi kandidati wkoll.”
Fid-diskussjoni pparteċipaw ir-rappreżentanti tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, tal-Generation Climate Europe u tar-ReDI School of Digital Integration. (ll)

 

Il-KESE jappoġġja t-talbiet biex tingħata prijorità lid-drittijiet soċjali fundamentali fuq il-libertajiet ekonomiċi skont il-liġi tal-UE

Il-KESE talab lill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE biex tmexxi ’l quddiem il-proposta biex il-Protokoll dwar il-Progress Soċjali jsir strument legali vinkolanti biex jgħin fit-tisħiħ u l-preservazzjoni tad-drittijiet soċjali fl-Ewropa.

Read more in all languages

Il-KESE talab lill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE biex tmexxi ’l quddiem il-proposta biex il-Protokoll dwar il-Progress Soċjali jsir strument legali vinkolanti biex jgħin fit-tisħiħ u l-preservazzjoni tad-drittijiet soċjali fl-Ewropa.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) esprima l-qbil tiegħu mal-proposti reċenti biex jiġu emendati t-Trattati tal-UE biex jinkludu l-Protokoll dwar il-Progress Soċjali, strument li jagħti prijorità lid-drittijiet soċjali fundamentali fuq il-libertajiet ekonomiċi f’każ ta’ kunflitt u fil-politiki tal-UE. Dan jiżgura ċ-ċertezza legali u trattament ugwali tal-ħaddiema fl-Istati Membri kollha.

F’Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE, il-KESE qal li l-Protokoll dwar il-Progress Soċjali jiżgura l-progress soċjali billi jippromovi u jissalvagwardja l-ogħla standards tad-drittijiet soċjali fil-politiki kollha tal-UE u jipprevjeni r-rigress.

L-Opinjoni ġiet adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE tal-15 ta’ Ġunju b’132 vot favur, 102 voti kontra u 7 astensjonijiet. Madankollu, ma rċevietx l-appoġġ tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE, li ressaq kontropinjoni li topponi l-inklużjoni tal-Protokoll dwar il-Progress Soċjali fil-liġi primarja tal-UE. Il-kontropinjoni ġiet irrifjutata iżda rċeviet ’il fuq minn kwart tal-voti mixħuta u għalhekk hija mehmuża mal-Opinjoni ewlenija.

Ir-relatur tal-Opinjoni, Maria del Carmen Barrera Chamorro, qalet: “Il-Protokoll dwar il-Progress Soċjali jirrispetta l-prinċipju li ma jkunx hemm rigress fir-rigward tal-istandards soċjali. Dan jipprevjeni li jiġu adottati politiki li jmorru kontra l-interessi taċ-ċittadini, li huwa dak li ġara bil-politika ta’ awsterità.”

“Issa, aktar minn qatt qabel, irridu nkunu viġilanti biex niżguraw li niddefendu d-drittijiet soċjali u ċiviċi u li dawn jiġu applikati b’mod uniformi fl-UE kollha kemm hi. Dawn għandhom jiġu ttrattati bħala aktar importanti mis-suq ħieles, speċjalment f’każijiet ta’ tilwim,” qal il-korelatur Diego Dutto.

Il-KESE qal li jqis il-Presidenza Spanjola bħala opportunità kbira biex il-proposta titmexxa ’l quddiem. Huwa ħeġġeġ lill-presidenza biex issejjaħ laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Soċjali biex taqbel dwar proposta konġunta u tippjana summit speċifiku tal-UE biex tadottaha.

Il-Protokoll dwar il-Progress Soċjali ġie propost għall-ewwel darba mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (KETU) fl-2008 b’reazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja favur il-libertajiet ekonomiċi. Is-sejħa reġgħet ġiet adottata s-sena l-oħra fil-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, bil-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni li titlob li l-Protokoll dwar il-Progress Soċjali jiġi inkorporat fit-Trattati tal-UE.

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE qal li d-drittijiet soċjali u ekonomiċi għandhom igawdu l-istess livell ta’ protezzjoni u li l-Protokoll dwar il-Progress Soċjali ikun f’periklu serju li jhedded il-bażi nnifisha tal-progress soċjali. (ll)

 

L-epidemija globali tal-HIV tippersisti: Ħtieġa urġenti għal impenn tal-komunità u sforzi kontra l-istigma

Il-prevenzjoni tal-HIV, il-kura kontinwa u l-eradikazzjoni tad-diskriminazzjoni jibqgħu essenzjali biex tiġi indirizzata l-kriżi globali attwali tas-saħħa pubblika, jafferma l-KESE

Read more in all languages

Il-prevenzjoni tal-HIV, il-kura kontinwa u l-eradikazzjoni tad-diskriminazzjoni jibqgħu essenzjali biex tiġi indirizzata l-kriżi globali attwali tas-saħħa pubblika, jafferma l-KESE

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qed jappoġġja l-isforzi tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-UE biex l-għan li jiġu eradikati l-istigma u d-diskriminazzjoni relatati mal-HIV sal-2030 jitpoġġa fil-quċċata tal-aġenda tal-UE.

F’Opinjoni adottata fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Ġunju, il-KESE sostna li huwa jaqbel li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom joħorġu stqarrija ta’ livell għoli dwar l-eradikazzjoni tal-istigma u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni infettati bl-HIV, li għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew sal-1 ta’ Diċembru 2023.

Il-KESE appella wkoll għal mira ġdida u aktar ambizzjuża biex jiġi evitat u kkontrollat it-tixrid tal-infezzjoni tal-HIV, bl-għan li l-livelli ta’ kopertura jitilgħu sa 95% għall-ittestjar, it-trattament u s-soppressjoni viroloġika fin-nazzjonijiet kollha.

“Qed nippruvaw nifhmu x’inhi s-sitwazzjoni tal-HIV wara intervall ta’ aktar minn għaxar snin. Il-kwistjoni ġiet traskurata għal żmien twil wisq”, sostna r-relatur tal-Opinjoni Pietro Barbieri. “Neħtieġu l-akbar impenn possibbli, jeħtieġ li naħdmu flimkien mal-komunitajiet, mat-tobba, mal-iskejjel u fil-postijiet tax-xogħol”.

Huwa importanti li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għall-individwi bl-HIV fil-post tax-xogħol, fosthom ħinijiet flessibbli tax-xogħol u liv estiż għal żjarat mediċi. Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, taħriġ, u t-tixrid ta’ informazzjoni fl-iskejjel, fis-soċjetà ċivili, u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ huma essenzjali biex jiġu miġġielda l-istigma u d-diskriminazzjoni.

“Minkejja t-tnaqqis fl-għadd ta’ dijanjożijiet tal-HIV, jeħtieġ li ma nkunux inqas viġilanti. Sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-infezzjoni, id-dijanjożi bikrija, il-bidu bikri tat-terapija u l-kontinwità tal-kura huma essenzjali”, qalet il-korelatur tal-Opinjoni, Nicoletta Merlo.

L-HIV għadu kwistjoni ewlenija tas-saħħa pubblika madwar id-dinja kollha, li jaffettwa aktar minn 36 miljun persuna, li 2.3 miljun minnhom jgħixu fir-Reġjun Ewropew tad-WHO. Ir-reġjuni tal-Lvant tal-kontinent Ewropew huma affettwati b’mod partikolari, u l-Ukrajna hija l-pajjiż bit-tieni l-akbar epidemija tal-AIDS fir-reġjun tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja Ċentrali.

L-HIV primarjament jaffettwa gruppi marġinalizzati bħal persuni li jieħdu d-droga, irġiel li jkollhom rapport sesswali ma’ rġiel oħra, persuni transġeneri, migranti, u priġunieri. L-istigma u l-biża’ jiskoraġġixxu lill-individwi milli jfittxu s-servizzi, li jirriżulta f’ittestjar u dijanjożi mdewma, b’aktar minn 50% iseħħu fi stadju avvanzat. Dan iżid ir-riskju ta’ trażmissjoni u ta’ mwiet li jistgħu jiġu evitati, speċjalment f’żoni fejn m’hemmx trattament adegwat għall-AIDS.

Strateġiji komprensivi li jintegraw il-kura u l-prevenzjoni, flimkien ma’ metodi ta’ ttestjar innovattivi bħal ittestjar rapidu u awtottestjar, huma kruċjali biex tiġi miġġielda l-epidemija. (ll)

Il-KESE jissuġġerixxi flussi ta’ dħul innovattivi ġodda għall-baġit tal-UE

Il-KESE pprovda r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tiegħu għal ġenerazzjoni ġdida ta’ riżorsi proprji għall-baġit tal-UE. F’Opinjoni ġdida, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT), u jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata taxxa fl-UE kollha fuq it-tranżazzjonijiet diġitali u imposta addizzjonali mmirata lejn il-kumpaniji li jimportaw prodotti minn manifatturi ta’ pajjiżi terzi li ma jiżgurawx protezzjoni adegwata tal-ħaddiema.

Read more in all languages

Il-KESE pprovda r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tiegħu għal ġenerazzjoni ġdida ta’ riżorsi proprji għall-baġit tal-UE. F’Opinjoni ġdida, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT), u jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata taxxa fl-UE kollha fuq it-tranżazzjonijiet diġitali u imposta addizzjonali mmirata lejn il-kumpaniji li jimportaw prodotti minn manifatturi ta’ pajjiżi terzi li ma jiżgurawx protezzjoni adegwata tal-ħaddiema.

Jeħtieġ li s-sorsi ta’ dħul għall-baġit tal-UE jerġgħu jiġu kkunsidrati fil-kuntest tal-pressjonijiet baġitarji ta’ wara l-pandemija li jiffaċċjaw l-Istati Membri, it-tensjonijiet internazzjonali li għaddejjin bħalissa u l-ambjent attwali ta’ rati tal-imgħax ogħla. “Aħna nirrakkomandaw baġit tal-UE b’saħħtu, li jipprovdi lill-UE bil-mezzi finanzjarji meħtieġa biex tilħaq l-ambizzjonijiet politiċi tagħha, u biex nimxu lejn riżorsi proprji aktar ġenwini li jgħinu biex nitbiegħdu mill-enfasi fuq il-bilanċi netti, li huwa ta’ detriment għall-integrazzjoni Ewropea”, ikkummenta r-relatur Philip von Brockdorff matul l-adozzjoni tal-Opinjoni fil-plenarja. Proposta tal-Kummissjoni għal sett aġġustat ta’ riżorsi proprji, ibbażat fuq it-tassazzjoni korporattiva u rilaxxat fl-20 ta’ Ġunju 2023, lestiet it-tliet proposti l-oħra għal sorsi ġodda ta’ dħul li ġew ippreżentati fl-2021 iżda li għadhom ma ġewx adottati mill-Kunsill.

Bħala prerekwiżit għall-proposta ta’ riżorsa proprja bbażata fuq it-tassazzjoni korporattiva, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa L-Intrapriżi fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT) malajr kemm jista’ jkun. Il-Kumitat iqis ukoll li huwa raġonevoli li tiġi esplorata l-possibbiltà li s-servizzi finanzjarji jiġu inklużi fil-BEFIT jew li jsir xogħol fuq taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) kif propost mill-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra imposta addizzjonali mmirata lejn kumpaniji tal-UE li jimportaw prodotti minn manifatturi ta’ pajjiżi terzi li ma jiżgurawx protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. (tk)

Civil society and independent media are the firewall against disinformation

A strong civil society network is one of the key weapons to fight disinformation on the ground, together with political awareness, a solid legislative framework and independent media.

Read more in all languages

A strong civil society network is one of the key weapons to fight disinformation on the ground, together with political awareness, a solid legislative framework and independent media.

On 12 June, the EESC launched the first of a series of events meant to raise awareness about disinformation ahead of the 2024 European elections. The event took place in Sofia, following the finding that 55% of Bulgarians think they are often exposed to disinformation and fake news.

What emerged from discussions is that civil society organisations, government and independent media must work together to set up a firewall against information manipulation, which is gaining more and more ground as a weapon of foreign interference.

The rise of disinformation is a particularly worrying trend in view of the forthcoming European elections. EESC President Oliver Röpke underlined that: "Disinformation, now also complemented by war propaganda, is used to blur reality and seed discord, making an objective debate impossible. Next year, the biggest democratic moment in Europe will take place. European citizens have the right to make their choice based on factual information, and I think we must all contribute to a campaign where there is no place for disinformation and foreign interference."

Kiril Valchev, director general at the Bulgarian News Agency (BTA) argued that the best weapon to fight disinformation is information, not censorship. "We should let information circulate freely and make it accessible to the public".

Alice Stollmeyer founder and executive Director at "Defend Democracy" said: "Civil societies on their own can't defeat disinformation. What they can do is organise and take action together by pushing big tech companies who own social media platforms for more accountability".

The discussion also demonstrated the critical role of independent media in debunking disinformation. Independent Russian journalist, Tikhon Dzyadko, editor-in-chief of TV Rain, said that independent media were working hard to provide evidence and fact-based information to Russians in the fight against Russian propaganda. "The Russian government does not want people to know the truth". (at)

Pubblikazzjoni ġdida: L-attivitajiet tal-KESE matul il-Presidenza Spanjola: Lulju – Diċembru 2023

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jaqdi rwol ewlieni matul il-Presidenza Spanjola l-ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ġie mitlub mill-Presidenza biex iħejji għadd konsiderevoli ta’ Opinjonijiet.

Read more in all languages

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jaqdi rwol ewlieni matul il-Presidenza Spanjola l-ġdida tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ġie mitlub mill-Presidenza biex iħejji għadd konsiderevoli ta’ Opinjonijiet.

Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qed isseħħ f’mument kritiku għall-Ewropa. Wasal iż-żmien li l-UE ssir aktar reżiljenti.

L-Ewropa ilha tħabbat wiċċha ma’ għadd kbir ta’ kriżijiet matul dawn l-aħħar snin: dan ħareġ fid-dieher il-vulnerabbiltajiet tagħna u kkonferma li l-Unjoni Ewropea teħtieġ tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha. Għalhekk, awtonomija strateġika miftuħa, komponent ewlieni li se jżid ir-reżiljenza għall-objettivi tal-UE ta’ Ewropa aktar ekoloġika, aktar diġitali u soċjali, tinsab fil-qalba tal-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola.

F’Ġunju 2024, iċ-ċittadini tal-UE se jipparteċipaw fl-akbar eżerċizzju demokratiku li se jsir f’dan il-kontinent: l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Fid-dawl ta’ dan, huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li s-salvagwardji meħtieġa għad-difiża tad-demokrazija tagħna jkunu fis-seħħ: dan huwa partikolarment rilevanti fil-ġlieda kontra l-indħil barrani, sabiex l-elezzjonijiet ma jkunux art fertili għad-diżinformazzjoni, il-propaganda u l-attakki ċibernetiċi.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jaħdem mill-qrib mal-Presidenza Spanjola, u se jwassal il-fehmiet tal-organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili. Fuq talba tal-Presidenza Spanjola, il-KESE se jfassal mhux inqas minn 22 Opinjoni esploratorja dwar firxa ta’ suġġetti, inkluża t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, id-dimensjoni soċjali tal-UE u l-futur tal-Ewropa. Dawn l-Opinjonijiet dettaljati u ambizzjużi, flimkien ma’ għadd ta’ avvenimenti u konferenzi dwar suġġetti bħall-faqar enerġetiku, il-mard rari u l-ekonomija soċjali, se jippermettu lill-KESE jikkontribwixxi għad-dibattiti tal-Presidenza Spanjola.
Il-Kumitat jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Presidenza biex niksbu Ewropa aktar reżiljenti, aktar inklużiva u aktar sikura, Ewropa li taħdem għaċ-ċittadini tagħha u li tilqa’ l-isfidi li għandna quddiemna.

Dan il-fuljett huwa disponibbli bl-EN, il-FR, il-DE u l-ES fis-sit web tal-KESE. (af)

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE jingħata appoġġ sod għall-Kontropinjoni dwar il-Protokoll dwar il-Progress Soċjali

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Ġunju, il-Grupp ta’ Min Iħaddem ressaq kontroopinjoni biex jesprimi bil-qawwa t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda ta’ Protokoll dwar il-Progress Soċjali li jibdel fundamentalment in-natura u l-funzjonament tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE.

Read more in all languages

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Ġunju, il-Grupp ta’ Min Iħaddem ressaq kontroopinjoni biex jesprimi bil-qawwa t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda ta’ Protokoll dwar il-Progress Soċjali li jibdel fundamentalment in-natura u l-funzjonament tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE.

Il-proposta tal-KETU għal Protokoll dwar il-Progress Soċjali tintroduċi l-primazija tad-drittijiet soċjali, tax-xogħol u tat-trade unions mhux biss fl-interazzjoni tagħhom mal-libertajiet ekonomiċi, iżda wkoll fir-rigward tas-suq intern, il-kompetizzjoni u kwalunkwe miżura ta’ politika oħra tal-Unjoni, inklużi oqsma bħall-governanza ekonomika, il-kummerċ, id-diġitalizzazzjoni u l-ambjent.

“Li tingħata prijorità ġenerali lid-drittijiet soċjali fuq il-libertajiet ekonomiċi jkun ħażin daqs li tingħata prijorità ġenerali lil-libertajiet ekonomiċi,” qal Stefano Mallia, il-President tal-Grupp ta’ Min Iħaddem.

Protokoll dwar il-Progress Soċjali jkun fil-fatt jirrikjedi bidla fit-Trattati, u jġib fi tmiemu l-bilanċ eżistenti bejn id-drittijiet soċjali u l-erba’ libertajiet li fuqhom huwa msejjes is-suq intern - bilanċ li attwalment huwa żgurat minn diversi dispożizzjonijiet tat-Tratttati.

“Aktar milli l-UE tfassal Protokoll dwar il-Progress Soċjali li jfixkel il-bilanċ bejn il-libertajiet ekonomiċi u d-drittijiet soċjali u jinterferixxi mal-kompetenzi tal-UE u nazzjonali definiti sew, huwa importanti li jsir progress lejn fehim kondiviż ta’ x’jikkostitwixxi l-valur miżjud tal-UE f’termini ta’ politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali”, qalet Mariya Mincheva, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE, li introduċiet il-Kontropinjoni.

Il-Kontropinjoni tal-Grupp ta' Min Iħaddem tal-KESE, li rċeviet 101 vot favur, 133 kontra u 7 astensjonijiet, tinsab fl-appendiċi tal-Opinjoni tal-KESE.

  • L-Opinjoni SOC/756 dwar “Protokoll dwar il-Progress Soċjali” (il-Kontropinjoni tinsab fl-appendiċi): https://europa.eu/!jdMJ7Q
  • Ara wkoll “Il-KESE jappoġġja t-talbiet biex tingħata prijorità lid-drittijiet soċjali fundamentali fuq il-libertajiet ekonomiċi skont il-liġi tal-UE” (hawn fuq).

Protokoll dwar il-progress soċjali għall-ħaddiema

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Protokoll dwar il-progress soċjali li jkun minqux fid-dritt fundamentali tal-UE se jindirizza l-aspettattivi tal-ħaddiema dwar protezzjoni soċjali b’saħħitha mill-Ewropa.

Read more in all languages

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Protokoll dwar il-progress soċjali li jkun minqux fid-dritt fundamentali tal-UE se jindirizza l-aspettattivi tal-ħaddiema dwar protezzjoni soċjali b’saħħitha mill-Ewropa.

Il-pagi deċenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tajba huma dritt bażiku għal kulħadd. L-iżgurar ta’ dan id-dritt fundamentali huwa essenzjali biex jintlaħaq progress fis-soċjetà. Huwa l-pedament ta’ ekonomija soċjali tas-suq soda mmirata lejn progress permezz ta’ kisbiet ekonomiċi u ta’ kompetittività, waqt li fl-istess ħin jiġu stabbiliti politiki soċjali li jiżguraw il-progress soċjali u l-valuri demokratiċi. It-tnejn ma jistgħux jinfirdu: dan kien wieħed mit-tħassib ewlieni li wrew il-ħaddiema u ċ-ċittadini matul il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Meta n-nies jisimgħu dwar is-suq uniku, huma jistaqsu kif dan se jtejjeb il-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Huma jridu protezzjoni soċjali robusta, introjtu minimu, djalogu soċjali aktar b’saħħtu u negozjar kollettiv, opportunitajiet indaqs fis-suq tax-xogħol - inkluż it-tmiem tad-dumping soċjali - politiki tat-tassazzjoni ġusta, akkomodazzjoni affordabbli u ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Protokoll dwar il-progress soċjali jipprovdi tweġiba tanġibbli għal dan it-tħassib ġenwin, jippromovi u jipproteġi l-ogħla standards tad-drittijiet soċjali u jipprevjeni kwalunkwe rigress jew ċirkomvenzjoni.

Fi żmien meta d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija qed jiġu kkontestati dejjem aktar, l-UE teħtieġ tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha lejn dawn il-valuri fundamentali billi tqiegħed l-Ewropa Soċjali fil-qalba tal-ambizzjonijiet tagħha. In-nies irid ikollhom moħħhom mistrieħ li d-drittijiet soċjali tagħhom mhux se jitwarrbu minħabba d-dinamika ekonomika u tas-suq, kif ġara bil-miżuri ta’ awsterità li ttieħdu b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja tal-2008.

  • Ara wkoll “Il-KESE jappoġġja t-talbiet biex tingħata prijorità lid-drittijiet soċjali fundamentali fuq il-libertajiet ekonomiċi skont il-liġi tal-UE” (hawn fuq).

It-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-Ewropa: suġġett essenzjali għat-tfassil tal-politika tal-UE

minn Miguel Ángel Cabra de Luna, membru tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Opinjoni ġdida tal-KESE tippreżenta għadd ta’ proposti ta’ politika dwar kif l-aħjar nirrispondu għall-isfida li qiegħda tikber: iż-żieda qawwija fl-għadd ta’ persuni akbar fl-età fl-Ewropa.

Read more in all languages

minn Miguel Ángel Cabra de Luna, membru tal-Grupp tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili tal-KESE

Opinjoni ġdida tal-KESE tippreżenta għadd ta’ proposti ta’ politika dwar kif l-aħjar nirrispondu għall-isfida li qiegħda tikber: iż-żieda qawwija fl-għadd ta’ persuni akbar fl-età fl-Ewropa.

Skont data reċenti u projezzjonijiet, l-għadd ta’ persuni ’l fuq minn 65 sena fl-Ewropa mistenni li jiżdied b’44.7% bejn l-2019 u l-2050. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat l-isfida strateġika li t-tixjiħ tal-popolazzjoni jirrappreżenta għall-UE u l-ħtieġa li tiġi riformata u mtejba l-kura fit-tul għall-anzjani. Issa li l-Oganizzazzjonij Dinjija tas-Saħħa ddikkjarat it-tmiem tal-emerġenza tal-COVID-19, u li l-UE tinsab f’taħdidiet dwar strateġija ġdida dwar it-tixjiħ, huwa l-ħin propizju biex nirriflettu dwar l-effetti li l-pandemija kellha fuq il-popolazzjoni akbar fl-età.

Diġà f’Jannar 2022, permezz tal-Opinjoni tal-KESE dwar Lejn mudell ġdid ta’ kura għall-anzjani: Nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19, li jiena kont ir-relatur tagħha, il-KESE enfasizza l-ħtieġa urġenti għal bidla fil-paradigma u fil-mod kif ninvestu fil-kura għall-persuni akbar fl-età, u ta diversi rakkomandazzjonijiet. Issa Opinjoni ġdida li se ssir votazzjoni dwarha fil-plenarja tal-KESE ta’ Lulju telabora dwar dawn il-kwistjonijiet.

L-Opinjoni tenfasizza l-ħtieġa li tiġi adottata strateġija ġdida dwar il-persuni akbar fl-età bil-għan li jiġu mħarsa d-drittijiet tagħhom u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni bis-sħiħ tagħhom fis-soċjetà u l-ekonomija. Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li tinħoloq aġenzija Ewropea għall-persuni akbar fl-età, li tiġi ddikjarata sena Ewropea tal-persuni akbar fl-età, li tiġi adottata konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tal-persuni akbar fl-età, u li jiġu aġġornati jew stabbiliti liġijiet dwar l-appoġġ għall-persuni akbar fl-età u l-protezzjoni tal-awtonomija tagħhom. Barra minn hekk, aħna nenfasizzaw il-ħtieġa għal aktar finanzjament u aċċess universali għall-kura, u għall-iżvilupp u t-taħriġ fit-teknoloġiji innovattivi li jippromovu l-awtonomija u l-kura, u miżuri biex jiġi żgurat taħriġ adegwat għall-persuni li jindukraw.

Huwa importanti li l-persuni akbar fl-età jitqiesu fil-politiki Ewropej, u li jiġu żgurati aċċessibbiltà u kwalità tal-kura fit-tul għalihom u għall-familji tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-awtonomija, il-benesseri u d-dinjità tagħhom. Huwa wkoll importanti li l-approċċ għat-tixjiħ u għall-persuni akbar fl-età ma jitqiesx bħala piż jew spiża għas-soċjetà, iżda bħala parti mill-benefiċċji soċjali u ekonomiċi li se jinkisbu billi tiġi żgurata inklużjoni attiva akbar tal-persuni akbar fl-età.

Il-KESE se jkompli jikkontribwixxi bl-ideajiet u l-proposti tiegħu f’dan ir-rigward. Il-membri tiegħu jemmnu li dan is-suġġett għandu jkun ta’ prijorità fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Il-kredibbiltà tal-mudell soċjali Ewropew tinsab fil-periklu, b’mod partikolari f’Ewropa li qed tixjieħ b’mod aktar rapidu minn kwalunkwe reġjun ieħor fid-dinja.

Editur

Ewa Haczyk-Plumley (editor-in-chief)
Daniela Marangoni (dm)

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni huma

Millie Tsoumani (mt)
Daniela Marangoni (dm)
Daniela Vincenti (dv)
Ewa Haczyk-Plumley (ehp)
Giorgia Battiato (gb)
Jasmin Kloetzing (jk)
Katerina Serifi (ks)
Katharina Radler (kr)
Laura Lui (ll)
Marco Pezzani (mp)
Margarita Gavanas (mg)
Margarida Reis (mr)
Pablo Ribera Paya (prp)
Aude François (af)
Thomas Kersten (tk)

Koordinazzjoni globali

Agata Berdys (ab)
Giorgia Battiato (gb)

Technical support
Bernhard Knoblach (bk)
Joris Vanderlinden (jv)

Indirizz

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Bini Jacques Delors, 99 Rue Belliard, B-1040
Brussell, il-Belġju
Tel. (+32 2) 546.93.96 jew 546.95.86
Indirizz elettroniku: eescinfo@eesc.europa.eu

KESE info huwa ppubblikat disa’ darbiet fis-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE. KESE info huwa disponibbli fi 23 lingwa. Il-KESE Info ma tistax titqies bħala r-rapport uffiċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dawn, jekk jogħġbok irreferi għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew għal pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Kumitat. Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk il-KESE Info jissemma bħala s-sors u tintbagħat link lill-editur.
 

July 2023
08/2023

Follow us

  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Instagram