Kull xahar b’sorpriża nippreżentaw mistieden li x-xogħol u l-impenn tiegħu huma sors ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn. Għall-edizzjoni ta’ Lulju tal-KESE Info, stedinna lil Dr Hans Henri Kluge, Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u lil Johan Strid, Direttur ta’ The Ocean Race Summits.

Dr Hans Henri P. Kulge beda l-kariga ta’ Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-WHO fl-1 ta’ Frar 2020, wara li ġie nnominat mill-Kumitat Reġjonali għall-Ewropa tal-WHO u maħtur mill-Bord Eżekuttiv tal-WHO. Għandu 25 sena esperjenza fil-prattika medika u s-saħħa pubblika f’diversi ambjenti f’partijiet differenti tad-dinja.

Johan Strid beda bħala Direttur ta’ The Ocean Race Summit f’Awissu 2020. Qabel, kien is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Paralimpiku Żvediż u, qabel dan, bħala Segretarju Ġenerali tal-Iscouts u l-Guides Żvediżi. Johan għandu sfond vast fis-soċjetà ċivili, peress li kien fuq il-bord tal-Kunsill Żvediż taż-Żgħażagħ, is-Salib l-Aħmar tal-Iżvezja u l-Ecpat. Huwa kien intraprenditur u beda għadd ta’ kumpaniji. Fil-livell Ewropew Johan serva bħala President tal-Kunsill Konsultattiv għad-Direttorat taż-Żgħażagħ tal-Kunsill tal-Ewropa u kien membru tal-Kumitat Ewropew tal-Iscout.