Il-Grupp tal-Ħaddiema ppreżenta l-kampanja biex il-Mużew u s-Sit ta’ Tifkira ESMA fl-Arġentina jagħmel parti mil-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO.

Il-Mużew u s-Sit ta’ Tifkira ESMA fl-Arġentina huwa ċentru klandestin ta’ detenzjoni, tortura u qirda matul id-dittatorjat Arġentin ta’ bejn l-1976 u l-1983. Simbolu tal-istorja Arġentina, huwa fl-istess ħin istituzzjoni ta’ rilevanza internazzjonali peress li jipprovdi aktar evidenza ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u delitti kontra l-umanità, li qatt ma għandhom jintesew.

Il-kampanja biex l-ESMA jsir sit ta’ patrimonju UNESCO hija appoġġjata mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, it-trade unions tal-Mercosur u l-Ambaxxata Arġentina għall-Unjoni Ewropea.

L-avveniment sar online fit-30 ta’ Ġunju u xxandar fuq il-paġna web tal-KESE u fuq il-kanali tal-midja soċjali tiegħu. Tista’ ssib iktar informazzjoni hawnhekk. (ck)