European Economic
and Social Committee
Dwar il-premjijiet tal-KESE għall-produzzjoni organika
Il-premjijiet tal-KESE għall-atturi mill-katina tal-valur tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti organiċi huma dawn:
L-Aħjar Intrapriża Organika Żgħira jew ta’ Daqs Medju (SME)
Nippremjaw SME li tipproċessa prodotti organiċi,

L-Aħjar Bejjiegħ bl-Imnut tal-Ikel Organiku
Nippremjaw bejjiegħ bl-imnut tal-ikel li jbigħ prodotti organiċi,

L-Aħjar Ristorant / Servizz tal-Ikel Organiku
Premju għal SME magħmula minn ristorant/servizz tal-ikel1 li toffri prodotti organiċi ċċertifikati fil-menu tagħha.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-premjijiet tal-KESE jistgħu jintbagħtu mill-25 ta’ Marzu 2023 sal-14 ta’ Mejju 2023 permezz tal-formola ta’ applikazzjoni online disponibbli hawnhekk https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/farming/organic-farming/organic-action-plan/eu-organic-awards_mt. Verżjoni PDF tal-formola ta’ applikazzjoni hija disponibbli hawnhekk għal skopijiet ta’ informazzjoni (bl-Ingliż biss).
Mhi se titqies l-ebda applikazzjoni oħra għajr dawk li jitressqu permezz tal-formola online.
1 - Ristorant (indipendenti jew parti minn lukanda) u/jew servizz tal-ikel (fornitur tal-ikel jew kantin).