Avvenimenti, Żjarat u Kultura

Il-Premju għas-Soċjetà Ċivili

Għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, l-għan tal-premju, li jingħata kull sena, huwa li jippremja u jinkoraġġixxi inizjattivi mingħajr skop ta’  qligħ li kkontribwixxew b’mod sinifikanti għall-promozzjoni tal-identità u l-integrazzjoni Ewropej.

Għalhekk, l-iskop globali tal-premju huwa li joħloq sensibilizzazzjoni dwar il-kontribut li tista’ tagħti s-soċjetà ċivili b’mod li tħaddan il-valuri komuni li huma l-pedament tal-integrazzjoni Ewropea.

Din is-sena, fil-kuntest tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ u fl-isfond tas-sitwazzjoni politika attwali, fit-13-il edizzjoni tal-Premju għas-Soċjetà Ċivili se jiġu ppremjati inizjattivi li għandhom l-għan li joħolqu futur aħjar għaż-żgħażagħ Ewropej u magħhom billi jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dan il-grupp u jikkontribwixxu għall-awtonomizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-isferi kollha tal-ħajja ekonomika u soċjali (kategorija 1), jew li jgħinu lill-popolazzjoni ċivili milquta mill-gwerra Ukrena (kategorija 2).

Tixtieq tapplika? Għal aktar informazzjoni, ibgħat messaġġ lil: civilsocietyprize@eesc.europa.eu

L-applikazzjonijiet huma mistennija jinbdew fit-tieni kwart tal-2022.


Tixtieq iżżur il-KESE? Bi pjaċir nilqgħuk magħna!

Il-KESE jilqa’ gruppi ta’ viżitaturi mid-dinja kollha, biex jispjega r-rwol, l-attivitajiet u l-funzjonament tiegħu bħala korp konsultattiv tal-UE. Is-Servizz tal-Viżitaturi joffri preżentazzjonijiet fuq il-post u online, ta’  madwar siegħa, u kull meta jkun possibbli fil-lingwa tal-UE tal-għażla tiegħek. Wara jkun hemm diskussjoni dwar il-ħidma tal-KESE dwar il-qasam/l-oqsma ta’ politika tal-UE ta’ interess għall-grupp.

Fl-2021, minkejja r-restrizzjonijiet stretti imposti mill-kriżi tas-saħħa, il-KESE ltaqa’ ma’ 1605 viżitatur online.

Il-viżitaturi ma setgħux iżuru l-bini tal-KESE fiżikament, iżda segwew taħditiet online li ġew organizzati virtwalment biex jissostitwixxu ż-żjarat fuq il-post.

Tiddejjaqx tikkuntattjana jekk tixtieq torganizza żjara. Ibgħat email lil visitEESC@eesc.europa.eu, jew imla l-formola ta’ talba għal żjara disponibbli hawnhekk:

Formola ta’ talba għal żjara | Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (europa.eu)


Kultura

Fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, inqisu l-kultura bħala x-xprun ta’ bidla sistemika. L-għan tal-attivitajiet kulturali tagħna huwa li nsiru mezz ta’ trasformazzjoni u li nistimulaw l-interattività u l-involviment attiv, kemm b’mod individwali kif ukoll kollettiv.

Aħna nagħmlu dan billi norbtu l-attivitajiet kulturali tagħna ma’ kwistjonijiet topiċi ewlenin ta’ interess soċjetali, storiku, ekonomiku, umanitarju jew politiku u ta’ tħassib nazzjonali jew Ewropew. 

Segwina hawnhekk

Nistednuk tiskopri aktar HAWNHEKK