European Economic
and Social Committee
Jum l-Ewropa 2022
Nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, il-KESE se jiċċelebra Jum l-Ewropa 2022 b’avveniment kompletament virtwali biex tiġi kommemorata d-data tad-Dikjarazzjoni storika ta’ Schuman, meqjusa bħala l-bidu ta’ dik li llum il-ġurnata hija l-Unjoni Ewropea.
Din hija opportunità biex nirriflettu fuq dak kollu li ksibna permezz tal-paċi, il-kooperazzjoni u s-solidarjetà, u dak li nittamaw li niksbu fil-futur. F’dan il-jum, l-UE tistieden liċ-ċittadini tal-Ewropa kollha biex jitgħallmu aktar dwar l-istituzzjonijiet tal-UE, kif jaħdmu u x’tista’ tagħmel l-UE għalihom.
Dakinhar, l-enfasi tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE se tkun fuq l-involviment taż-żgħażagħ fil-kuntest tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, li hija t-tema ewlenija din is-sena.
B’mod parallel, fil-livell interistituzzjonali qed jintbagħat messaġġ qawwi u ċar biex nappoġġjaw lill-Ukrajna u nibqgħu spalla ma’ spalla magħha.
Qed iżżur il-paġna web iddedikata għall-avveniment, li tikkonsisti f’taqsimiet differenti, u tista’ tiskopri l-attivitajiet kollha billi ssegwi t-tabs tal-menù fuq ix-xellug.