The EESC issues between 160 and 190 opinions, evaluation and information reports a year.
It also organises several annual initiatives and events with a focus on civil society and citizens’ participation such as the Civil Society Prize, the Civil Society Days, the Your Europe, Your Say youth plenary and the ECI Day.
Here you can find news and information about the EESC'swork, including its social media accounts, the EESC Info newsletter, photo galleries and videos.
The EESC brings together representatives from all areas of organised civil society, who give their independent advice on EU policies and legislation. The EESC's326 Members are organised into three groups: Employers, Workers and Various Interests.
The EESC has six sections, specialising in concrete topics of relevance to the citizens of the European Union, ranging from social to economic affairs, energy, environment, external relations or the internal market.
Jacques Delors, li ħalliena fis-27 ta’ Diċembru 2023, se jibqa’ mfakkar bħala l-akbar President tal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar President effettiv, viżjonarju u jħares ’il quddiem, u “missier fundatur” ta’ Ewropa magħquda, bħal kif kienu Jean Monnet u Robert Schuman ħafna qablu.
Jacques Delors, li ħalliena fis-27 ta’ Diċembru 2023, se jibqa’ mfakkar bħala l-akbar President tal-Kummissjoni Ewropea, l-aktar President effettiv, viżjonarju u jħares ’il quddiem, u “missier fundatur” ta’ Ewropa magħquda, bħal kif kienu Jean Monnet u Robert Schuman ħafna qablu.
Qablu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ftit li xejn kien aktar minn uffiċjal Ewropew; kien hu li ta lil dan ir-rwol l-istatus, li mbagħad ġie rikonoxxut universalment, ta’ kap ta’ stat jew ta’ gvern. Matul il-mandat ta’ għaxar snin tiegħu, mill-1985 sal-1995, bis-saħħa wkoll tal-appoġġ tal-Kanċillier Ġermaniż Helmut Kohl u l-President Franċiż François Mitterrand, mexxa ’l quddiem b’mod qawwi u deċiżiv il-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Mill-ewwel beda billi tah ħajja ġdida bil-għan li jittrasforma s-suq komuni, abbażi tal-unjoni doganali, f’suq uniku ġenwin sal-1992. Imbagħad, hekk kif is-suq uniku kien għadu qed jinbena, nieda l-proġett il-kbir l-ieħor tiegħu – l-Unjoni Monetarja – waqt li fl-istess ħin ħadem fuq it-twessigħ tal-kompetenzi Komunitarji permezz tat-Trattat ta’ Maastricht li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea.
Għall-ewwel darba, indirizza wkoll “id-defiċit demokratiku” tal-Unjoni, billi ppropona, u kiseb, aktar setgħat għall-Parlament Ewropew, l-ewwel permezz tal-proċedura ta’ kooperazzjoni (prevista fl-Att Uniku Ewropew), imbagħad b’dik ta’ kodeċiżjoni (li bdiet bir-riforma ta’ Maastricht), biex fl-aħħar l-Assemblea ta’ Strażburgu ngħatat rwol ġenwin ta’ koleġiżlatur fi kwistjonijiet soġġetti għal deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata fi ħdan il-Kunsill.
Il-perkors lejn l-objettiv strateġiku tas-suq uniku tnieda permezz ta’ żewġ dokumenti: ir-Rapport dwar il-Kost tan-Non-Ewropa, li ħareġ fid-dieher il-benefiċċji ekonomiċi tat-tneħħija tal-ostakli regolatorji interni li kien għad fadal, u l-ewwel White Paper li identifikat il-miżuri leġiżlattivi kollha (madwar 200) meħtieġa biex dawn l-ostakli jiġu eliminati.
Sa mill-bidu nett, Delors identifika t-tisħiħ tal-mekkaniżmi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u tal-istituzzjonijiet Ewropej bħala l-għodda essenzjali għat-twettiq tal-proġett. Għalhekk, ippropona l-Att Uniku Ewropew bħala l-ewwel riforma ġenwina tat-Trattat ta’ Ruma tal-1957 li stabbilixxa l-Komunitajiet Ewropej (is-suq komuni u l-Euratom), u kkonvinċa lill-Istati Membri japprovawh (1987).
Wara dan, Delors qeda rwol essenzjali fid-definizzjoni mill-ġdid tal-qafas finanzjarju Komunitarju, b’żieda sinifikanti fir-riżorsi baġitarji għal 1,20 % tal-PDG totali tal-Istati Membri bis-saħħa tal-Pakkett Delors I (1988-92) u għal 1,27 % bil-Pakkett Delors II (1993-99), u b’żieda sostanzjali fil-fondi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali (politiki reġjonali u strutturali), li kienet kontroparti neċessarja għall-unifikazzjoni tas-suq intern. Iżda, l-aktar ħaġa importanti kienet il-bidla sistemika li seħħet fil-qafas tal-baġit Komunitarju peress li mad-dħul fis-seħħ taż-żewġ pakketti Delors ma baqax baġit annwali iżda sar baġit fuq perjodu medju (7 snin).
B’hekk, ġew evitati negozjati finanzjarji fit-tul bejn l-Istati Membri li ta’ kull sena kienu jtawlu b’diversi xhur l-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej. Element ewlieni ieħor introdott minn Delors fil-politiki Ewropej kien l-enfasi fuq id-dimensjoni soċjali (kien hu li, fost l-oħrajn, nieda “djalogu soċjali” bejn in-negozji, it-trade unions u l-istituzzjonijiet Ewropej). Madankollu, il-programm soċjali tiegħu, li pprovda wkoll għall-armonizzazzjoni tal-istrumenti li jipproteġu lill-ħaddiema f’każ ta’ kriżi u intiżi biex imorru kontra l-pressjoni tar-rilokazzjoni tal-attivitajiet ta’ produzzjoni, kellu jkun wieħed mill-proġetti inkompluti tiegħu.
L-aktar telfa iebsa tiegħu, madankollu, kienet it-tieni White Paper dwar it-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, li tnediet b’mod grandjuż fl-1993 bħala l-aħħar proġett kbir tal-mandat tiegħu. Din kienet proposta biex titnieda mill-ġdid u tingħata spinta lill-ekonomija (li kellha tiġi ffinanzjata b’EUR 20 biljun fuq perjodu ta’ 20 sena) abbażi, fost l-oħrajn, ta’ ħruġ ta’ dejn komuni (EUR 8 biljun fis-sena) u kontribuzzjonijiet mill-baġit Komunitarju u self mill-Bank Ewropew tal-Investiment. L-għan kien li jiġi appoġġjat il-bini tal-infrastruttura tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni u għadd ta’ inizjattivi ekonomiċi u soċjali oħra (essenzjalment huwa antiċipa n-NextGenerationEU li ġie stabbilit 20 sena wara b’reazzjoni għall-kriżi pandemika).
Għall-ewwel, il-pjan tiegħu intlaqa’ mill-Kunsill Ewropew, iżda wara ġie kkritikat u abbandunat mill-Ministri għall-Finanzi tal-UE. Id-deċennju ta’ Jacques Delors qabad in-niżla, hekk kif inqalbet il-paġna u ġie akkużat b’ambizzjoni eċċessiva, Ġakobiżmu ċentralizzat, u regolamentazzjoni esaġerata. Madankollu, xi wħud mill-ideat tiegħu ġew adottati aktar tard, bħan-Networks Trans-Ewropej u l-Istrument SURE għall-appoġġ tal-iskemi ta’ qgħad temporanju matul il-kriżi tal-COVID-19.
Fil-parti Dritt għall-punt, Sandra Parthie, membru tal-KESE, President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum u relatur tal-Opinjoni, tissottolinja l-proposti tal-Kumitat għall-Istrateġija Ewropea Ġdida għas-Suq Intern, li għandha tiġi adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Jannar.
Fil-parti Dritt għall-punt, Sandra Parthie, membru tal-KESE, President tas-Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum u relatur tal-Opinjoni, tissottolinja l-proposti tal-Kumitat għall-Istrateġija Ewropea Ġdida għas-Suq Intern, li għandha tiġi adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Jannar.
Jacques Delors miet fis-27 ta’ Diċembru li għadda. Kien President tal-Kummissjoni Ewropea mill-1985 sal-1995 u Eks Ministru għall-Finanzi fil-Gvern ta’ François Mitterrand mill-1981 sal-1985. Sébastien Maillard, Eks Direttur u l-konsulent speċjali attwali tal-Istitut Delors f’Pariġi, kif ukoll eks korrispondent tal-UE fi Brussell, tah ġieħ kbir.
Jacques Delorsmiet fis-27 ta’ Diċembru li għadda. Kien President tal-Kummissjoni Ewropea mill-1985 sal-1995 u Eks Ministru għall-Finanzi fil-Gvern ta’ François Mitterrand mill-1981 sal-1985.
Sébastien Maillard, Eks Direttur u l-konsulent speċjali attwali tal-Istitut Delors f’Pariġi, kif ukoll eks korrispondent tal-UE fi Brussell, tah ġieħ kbir.
Lorenzo Consoli, wieħed mill-aktar ġurnalisti magħrufa fl-Ewropa, min-naħa tiegħu qasam mal-qarrejja tal-KESE Info l-memorji tiegħu tal-President Jacques Delors.
Lorenzo Consoli, ġurnalist Taljan u korrispondent Ewropew sa mill-1991, huwa wieħed mill-ispeċjalisti bl-aktar esperjenza fil-qasam tal-politika Ewropea u jaħdem b’mod partikolari għall-aġenzija Taljana tal-aħbarijiet Askanews. Huwa kien President tal-Assoċjazzjoni tal-Istampa Internazzjonali (API) ta’ Brussell mill-2006 sal-2010 u professur mistieden fil-qafas tal-programm tal-Master Eżekuttiv fil-Ġurnaliżmu Ewropew u l-Komunikazzjoni fl-IHECS fi Brussell. (ehp)
Nindirizzaw l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali fuq il-paċi, is-sigurtà u d-difiża