L-elezzjonijiet Ewropej urew li l-maġġoranza pro-Ewropea għadha valida, iżda wrew ukoll li l-votanti fl-UE kollha qed jitolbu reazzjonijiet politiċi u leġiżlattivi urġenti għall-isfidi mqajma fil-kampanja elettorali. Inkella, ir-riskju jkun li l-maġġoranza pro-Ewropea titlef l-appoġġ peress li ċ-ċittadini jistgħu dejjem aktar iwarrbu l-forzi politiċi tradizzjonali.

L-elezzjonijiet Ewropej urew li l-maġġoranza pro-Ewropea għadha valida, iżda wrew ukoll li l-votanti fl-UE kollha qed jitolbu reazzjonijiet politiċi u leġiżlattivi urġenti għall-isfidi mqajma fil-kampanja elettorali. Inkella, ir-riskju jkun li l-maġġoranza pro-Ewropea titlef l-appoġġ peress li ċ-ċittadini jistgħu dejjem aktar iwarrbu l-forzi politiċi tradizzjonali. 

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Lulju, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ospita dibattitu dwar l-istat tad-demokrazija fl-Ewropa mal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, u r-rappreżentanti tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew li għadu kif ġie elett. 

Il-President tal-KESE Oliver Röpke qal li “l-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju kienu twissija u huwa d-dmir tagħna li nirriflettu dwar l-istat tad-demokrazija llum, wara dawn ir-riżultati elettorali. Aħna magħqudin fil-konvinzjoni tagħna li l-Unjoni Ewropea hija l-unika tweġiba f’dan ir-rigward, li twassal għal forma ta’ demokrazija li b’mod viżibbli ttejjeb il-ħajja madwar l-Ewropa.” 

Sabiex jiġi kkonsolidat l-appoġġ għad-demokrazija fl-Ewropa, l-UE, kif enfasizzat Roberta Metsola, trid turi li l-politika għadha l-aħjar aġent għal bidla pożittiva fis-soċjetajiet u l-komunitajiet. “L-impjegaturi, il-ħaddiema u s-soċjetà ċivili huma essenzjali għall-bini tal-Ewropa – fil-bliet kbar u żgħar u fir-reġjuni Ewropej tagħna. Għax hemmhekk tibda l-Ewropa u hemmhekk id-demokrazija ssir azzjoni konkreta.”

Fid-dibattitu mar-rappreżentanti tal-gruppi politiċi, Željana Zovko, Viċi President tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew, qalet li l-Grupp jistenna li l-politiki mibdija matul il-mandat preċedenti jitkomplew. Ana Catarina Mendes, Viċi President tal-Grupp Soċjalisti u Demokratiċi (S&D), qalet li kien essenzjali li ssir enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u li jiġi miġġieled il-faqar. Dan Barna, Viċi President tal-Grupp Renew, ħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea l-ġdida biex tiddefendi l-istat tad-dritt billi tuża l-għodod eżistenti b’mod aktar effettiv. Kira-Marie Peter-Hansen, Viċi President tal-Grupp tal-Ħodor/ALE, tkellmet dwar kemm kien importanti li l-Patt Ekoloġiku jinżamm bħala politika kruċjali tal-UE. Martin Schirdewan, kopresident tal-Grupp tax-Xellug, għamilha ċara li se jistieden lill-Kummissjoni l-ġdida biex tindirizza l-ispiża tal-kriżi tal-akkomodazzjoni. (mt)

F’din il-ħarġa:

  • Ma baqgħux inviżibbli: kif l-Olimpjadi ta’ Seoul u Londra għamlu l-istorja, ta’ Pietro Barbieri
  • Dak li nara fl-Olimpjadi, ta’ Pyrros Dimas
  • “The revived” – l-ewwel tim Olimpiku diġitali tal-Ukrajna
  • Tfal b’diżabilità: nistgħu nagħmlu kollox, forsi nagħmlu ċerti affarijiet ftit differenti.

L-iskrinjar ta’ investimenti barranin fl-Unjoni

Document Type
AC

SOC/804 - Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal

Document Type
AC

soc/787 - Pakkett dwar il-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti

Document Type
AC

Fl-1 ta’ Lulju, l-Ungerija ħadet f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE u se jkollha rwol kruċjali x’taqdi fit-tmexxija tal-Ewropa. 

Fi żmien ta’ tiġdid politiku wara l-elezzjonijiet Ewropej, il-KESE beħsiebu jkun imsieħeb responsabbli għall-Presidenza Ungeriża, u jaqdi rwol ċentrali fit-tfassil ta’ wħud mill-prijoritajiet politiċi matul iċ-ċiklu leġiżlattiv li jmiss. Fuq talba tal-Presidenza Ungeriża, il-Kumitat se jfassal 10 Opinjonijiet esploratorji.

Fl-1 ta’ Lulju, l-Ungerija ħadet f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE u se jkollha rwol kruċjali x’taqdi fit-tmexxija tal-Ewropa. 

Fi żmien ta’ tiġdid politiku wara l-elezzjonijiet Ewropej, il-KESE beħsiebu jkun imsieħeb responsabbli għall-Presidenza Ungeriża, u jaqdi rwol ċentrali fit-tfassil ta’ wħud mill-prijoritajiet politiċi matul iċ-ċiklu leġiżlattiv li jmiss. 

Fuq talba tal-Presidenza Ungeriża, il-Kumitat se jfassal 10 Opinjonijiet esploratorji. Ikkonsulta l-fuljett il-ġdid tagħna biex tiskopri aktar u ssir taf min huma l-membri Ungeriżi tal-KESE u liema organizzazzjonijiet jirrappreżentaw. (cw)

It-tisħiħ tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-konsumatur fl-UE

Document Type
AS

Minn Cláudia Pinto, Forum Ewropew taż-Żgħażagħ 

Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, l-akbar pjattaforma tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa, li ilu jippromovi traineeships ta’ kwalità tajba għal dawn l-aħħar 10 snin, jingħaqad mas-sejħa tal-KESE biex jiġu pprojbiti traineeships mingħajr ħlas. Il-mistiedna speċjali tagħna, Cláudia Pinto, mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, tanalizza għalina l-aħħar proposta tal-Kummissjoni biex tittejjeb il-kwalità tal-internships fl-UE u telenka n-nuqqasijiet kollha tagħha – minkejja li tiddeskriviha bħala pass kbir ’il quddiem.

Minn Cláudia Pinto, Forum Ewropew taż-Żgħażagħ 

Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, l-akbar pjattaforma tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa, li ilu jippromovi traineeships ta’ kwalità tajba għal dawn l-aħħar 10 snin, jingħaqad mas-sejħa tal-KESE biex jiġu pprojbiti traineeships mingħajr ħlas. Il-mistiedna speċjali tagħna, Cláudia Pinto, mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, tanalizza għalina l-aħħar proposta tal-Kummissjoni biex tittejjeb il-kwalità tal-internships fl-UE u telenka n-nuqqasijiet kollha tagħha – minkejja li tiddeskriviha bħala pass kbir ’il quddiem.

It-tiftix ta’ impjieg għaż-żgħażagħ illum il-ġurnata huwa ta’ spiss limitat għal internship mhux imħallas, wieħed wara l-ieħor. Il-wegħda? Li l-internships mhux imħallsa huma portal għas-suq tax-xogħol, li jipprovdu liż-żgħażagħ b’aċċess għan-networks u joffrulhom esperjenzi ġodda ta’ tagħlim. 

Huwa ovvju li dak li ma jipprovdix internship mhux imħallas huwa indipendenza finanzjarja. Kif tixtri l-ikel, tħallas il-kera u l-kontijiet kollha li jinġabru meta tkun qed taħdem bla ħlas? 

L-internships mhux imħallsa huma forma ta’ sfruttament taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Dawn isaħħu l-esklużjoni soċjali, peress li x-xogħol bla ħlas huwa biss għal dawk li jistgħu jaffordjaw jagħmlu dan, u għalhekk iż-żgħażagħ minn sfondi żvantaġġati jiġu esklużi mill-bidu nett. Dak li jagħmel l-affarijiet saħansitra agħar huwa li qed jissostitwixxu l-impjiegi fil-livell tad-dħul, u b’hekk jikkontribwixxu għal suq tax-xogħol saħansitra aktar prekarju. 

Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ ilu jippromovi internships ta’ kwalità tajba għal dawn l-aħħar 10 snin. Matul dawn l-aħħar sentejn konna qed norganizzaw b’mod attiv il-kampanja “Tista’ taffordja taħdem bla ħlas?”, li titlob direttiva biex jiġu pprojbiti internships mhux imħallsa fis-suq tax-xogħol fl-Istati Membri kollha tal-UE. 

Il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ippubblikat il-Proposta tagħha biex ittejjeb il-kwalità tat-traineeships fl-Unjoni Ewropea f’Marzu li għadda. U għal direttiva talbu fil-fatt! Dan huwa pass kbir fid-direzzjoni t-tajba, li nkiseb bis-saħħa tal-promozzjoni bla waqfien taż-żgħażagħ madwar il-kontinent. Sfortunatament, minkejja l-pass ’il quddiem, id-direttiva ma tiżgurax b’mod ċar internships imħallsa fis-suq tax-xogħol. 

It-tħassib ewlieni tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ rigward it-test propost huwa li jindirizza biss naħa waħda tal-problema. Il-Proposta tħares biss lejn internships fittizji – impjiegi ġenwini taparsi internships bl-għan li jitnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment ir-remunerazzjoni – minflok ma tiffoka fuq l-interns kollha fis-suq tax-xogħol. Dak li qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea huwa direttiva ta’ infurzar. Minħabba dan, tagħmel ħafna pressjoni fuq l-ispettorati tax-xogħol, li diġà mhumiex iffinanzjati biżżejjed u għandhom ammont eċċessiv ta’ xogħol. 

Għalhekk, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ huwa mħasseb ħafna dwar l-implimentazzjoni prattika tad-direttiva u kif id-drittijiet taż-żgħażagħ jistgħu jiġu rispettati fil-prattika. Essenzjalment, il-Proposta ma tagħtix drittijiet lill-interns, iżda pjuttost tiddefinixxi liema internships m’għandhomx jeżistu. Dan jinkludi prinċipju dwar in-nondiskriminazzjoni tal-interns. Madankollu, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ huwa mħasseb dwar kif l-Istati Membri jistgħu jittrasponuh fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u possibbilment iħalli lok għal min iħaddem biex ikompli jisfrutta liż-żgħażagħ. 

Flimkien ma’ Proposta għal Direttiva, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ukoll Rakkomandazzjoni ġdida tal-Kunsill biex taġġorna l-Qafas ta’ Kwalità għat-Traineeships, billi twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għat-tipi kollha ta’ internships u tinkludi l-prinċipji dwar l-aċċess għall-paga u l-protezzjoni soċjali. Huwa tajjeb ħafna li dawn il-prinċipji jitniżżlu fi proposta, għalkemm sfortunatament ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill mhijiex vinkolanti. 

Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ se jkompli jiddefendi d-drittijiet taż-żgħażagħ u jiġġieled għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Nappellaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew isaħħu t-test u jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda lakuna li tippermetti l-isfruttament kontinwu taż-żgħażagħ. Għal analiżi sħiħa ta’ din il-proposta, ara l-artiklu tagħna Żewġ Passi ’l Quddiem u Wieħed Lura.

Cláudia Pinto tmexxi l-ħidma ta’ promozzjoni dwar it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol fil-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, b’enfasi fuq politiki li jtejbu l-kwalità tal-internships fl-Ewropa. Għandha għarfien espert fil-politika soċjali u tax-xogħol Ewropea, u fil-passat ħadmet fil-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions Indipendenti.

L-iskrinjar ta’ investimenti barranin fl-Unjoni

Document Type
AS

Minn Christophe Préault, direttur maniġerjali ta’ Touteleurope.eu

Fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, il-partit Franċiż tal-lemin estrem Rassemblement national kaxkar il-votazzjonijiet, u kiseb l-aħjar riżultat tal-istorja tiegħu. Huwa kiseb ukoll aktar minn terz tal-voti ta’ dawk li għandhom inqas minn 35 sena. Il-mistieden speċjali tagħna, Christophe Préault, direttur maniġerjali ta’ Touteleurope.eu, janalizza s-suċċess tar-Rassemblement national u tal-mexxej tiegħu Jordan Bardella, mis-subborgi ta’ Pariġi, li għandu biss 28 sena u jinsab kullimkien fuq TikTok.

 

Minn Christophe Préault, direttur maniġerjali ta’ Touteleurope.eu

Fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024, il-partit Franċiż tal-lemin estrem Rassemblement national kaxkar il-votazzjonijiet, u kiseb l-aħjar riżultat tal-istorja tiegħu. Huwa kiseb ukoll aktar minn terz tal-voti ta’ dawk li għandhom inqas minn 35 sena. Il-mistieden speċjali tagħna, Christophe Préault, direttur maniġerjali ta’ Touteleurope.eu, janalizza s-suċċess tar-Rassemblement national u tal-mexxej tiegħu Jordan Bardella, mis-subborgi ta’ Pariġi, li għandu biss 28 sena u jinsab kullimkien fuq TikTok.

Fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024, ir-Rassemblement national (RN) kiseb punteġġ bla preċedent fl-istorja tiegħu, u attira kważi terz tal-votanti (31,4 %). Il-partit tal-lemin estrem ġabar l-akbar għadd ta’ voti minn kważi l-gruppi tal-etajiet u soċjoprofessjonali kollha, u għalhekk irristruttura l-karti elettorali. Dan huwa partikolarment minnu fost iż-żgħażagħ, fejn il-karta ta’ Jordan Bardella kisbet 32 % ta’ dawk bejn il-25 u l-34 sena u rebħet aktar minn 10 punti (26 %) fil-grupp ta’ età bejn it-18 u l-24 sena meta mqabbla mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

Hemm diversi raġunijiet għalfejn iż-żgħażagħ ġew attirati lejn ir-RN. L-ewwel nett, ta’ min isemmi l-personalità ta’ Jordan Bardella, il-kandidat ewlieni għall-elezzjonijiet Ewropej u l-President tal-partit tiegħu, li ma jikkonformax mal-politika tradizzjonali. Għaż-żgħażagħ, huwa jgħid il-verità, għandu integrità, u jidher sinċier f’kuntest ta’ nuqqas ta’ fiduċja fid-dinja politika. L-isfond personali tiegħu huwa wkoll wieħed li ħafna jistgħu jidentifikaw miegħu: huwa tifel mill-klassi medja, li trabba fis-subborg ta’ Pariġi (Seine-Saint-Denis), ma attendiex l-iskola superjuri u ma ggradwax mill-università iżda għandu sempliċiment ċertifikat mill-iskola sekondarja. B’dan il-mod sar popolari ħafna fost iż-żgħażagħ, li jinkwetaw dwar il-futur tagħhom u jħossuhom imwarrbin jew saħansitra minsija.

Jekk jiġbed b’mod tajjeb lil dawk ta’ bejn it-18 u l-34 sena, huwa wkoll minħabba li Jordan Bardella huwa żagħżugħ! Ta’ 28 sena, huwa jaf perfettament il-modi ta’ din il-ġenerazzjoni u jaf kif jilgħabhom. Huwa interessanti li wieħed jinnota li fl-2017 kien Emmanuel Macron li kellu din iż-żgħożgħija rebbieħa, iżda f’saff ieħor tas-soċjetà.

Ir-RN b’hekk tikkapitalizza fuq il-personalità tal-mexxej tagħha u fuq immaġni kkultivata ħafna permezz tal-media soċjali. Jordan Bardella jinsab kullimkien fuq TikTok, li għandu rwol importanti fl-istrateġija elettorali tiegħu, fi żmien meta ż-żgħażagħ ma għadhomx jinfurmaw ruħhom permezz tan-networks tal-media tradizzjonali. Il-popolarità tiegħu qed tikber (1,6 miljun abbonat). Huwa ma jitkellimx dwar ir-riforma tat-Trattati Ewropej, tal-Ukrajna jew tal-Patt Ekoloġiku. Le. Huwa jiffoka b’mod partikolari fuq l-ħajja tiegħu ta’ kuljum, jibgħat l-awguri f’Jum l-Omm, jiffilmja fl-uffiċċju tiegħu u matul id-diversi vjaġġi tiegħu. Huwa jitkellem dwar it-tendenzi billi jitkellem dwar is-suġġetti tal-mument. Saħansitra jisfida lill-gamers, dawk iż-żgħażagħ (u inqas żgħażagħ) li għandhom għal qalbhom il-logħob tal-vidjo.

Id-distanza dejjem tikber bejn il-ġenerazzjonijiet il-ġodda u d-dinja politika tradizzjonali ssaħħaħ l-immaġni, il-pożizzjonament u d-diskors populista tiegħu, waqt li t-tħassib tal-votanti ilhom jiddevjaw mill-elezzjonijiet Ewropej tal-2019. Il-ġlieda taż-żgħażagħ dwar il-kwistjonijiet ambjentali fl-2019 marret lejn suġġetti oħra li għandhom l-istess impatt iżda li kellhom l-għeruq fil-ħajja ta’ kuljum. Illum it-tħassib tagħhom imur fuq in-nuqqas ta’ sigurtà (marbuta mal-immigrazzjoni) u l-kapaċità tal-akkwist. Il-partit tal-lemin estrem stabbiliet ruħha billi tiekol minn din ir-rabja, u tikkapitalizza fuq is-sensazzjoni ta’ ġenerazzjoni li tħossha offiża. Il-klassi politika kollha kemm hi ma qisitx biżżejjed il-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID fl-2020. Il-pandemija tal-COVID-19 kixfet u aggravat b’mod drammatiku l-inugwaljanzi li diġà kienu jeżistu għaż-żgħażagħ Franċiżi u Ewropej fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll fl-aċċess għall-edukazzjoni, b’diffikultà akbar biex ikomplu l-edukazzjoni, jew sempliċiment jitħarrġu fi żmien meta t-teknoloġija kollha diġitali saret is-soluzzjoni!

Għalhekk, minflok ma ninkwetaw bir-RN, l-enfasi għandha l-ewwel tkun fuq il-votanti tar-RN u speċjalment iż-żgħażagħ tal-klassijiet medji. Jeħtieġu risposti ċari, konkreti, konformi mat-tħassib tagħhom: il-vjolenza dejjem tikber fis-soċjetà, it-tneħħija tas-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali, id-diffikultajiet biex jinstab impjieg jew biex jiġi segwit it-taħriġ it-tajjeb u s-sens ta’ immigrazzjoni mhux ikkontrollata. Għall-partiti politiċi tradizzjonali, dan ifisser li wieħed jinżel livell u jieħu ħsieb lil dawk li regolarment jiġu esklużi, li mhumiex interessati, minħabba li m’għandhomx ħajra partikolari għall-politika jew mhumiex impenjati fiha. F’din il-ġlieda, irridu nammettu li l-Unjoni Ewropea mhijiex viżibbli ħafna, minkejja bosta programmi ddedikati għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, l-appoġġ għall-impjiegi u l-ġlieda kontra l-prekarjetà. L-Erasmus, billi jippromovi l-mobbiltà u l-esperjenzi għal popolazzjoni aktar diversa (apprendisti, persuni qiegħda, eċċ.), huwa punt tat-tluq, iżda ovvjament mhuwiex biżżejjed illum. Biex tinstab soluzzjoni hemm bżonn ukoll li ssir il-mistoqsija t-tajba dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, kwistjoni ċentrali u orjentata lejn is-soċjetajiet Ewropej tagħna. Suġġett li għadu qed jiġi diskuss, minkejja l-adozzjoni reċenti tal-Patt Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

Christophe Préault huwa ġurnalist u direttur maniġerjali ta’ Touteleurope.eu, sit ta’ informazzjoni edukattiva dwar il-funzjonament u l-politiki tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu esperjenza twila fl-indirizzar tal-ġrajjiet attwali, b’mod partikolari kwistjonijiet Ewropej u ekonomiċi. Gradwat mill-Istitut tal-Istudji Politiċi ta’ Bordeaux u miċ-Ċiklu tal-Istudji Ewropej Avvanzati tal-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, bħalissa huwa responsabbli mill-operat ta’ Touteleurope.eu, u regolarment jimmodera dibattiti u konferenzi dwar is-suġġetti Ewropej.