Il-Kumitat ta’ Segwitu Euromed

Il-Kumitat ta’ Segwitu Euromed huwa magħmul minn membri li jiltaqgħu fuq bażi regolari. Minbarra l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fir-reġjun mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili, il-Kumitat jiffoka fuq il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-impatt tagħha fuq il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba tagħha.

Jorganizza wkoll is-Summits annwali tal-Euromed, li jlaqqgħu flimkien lill-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali (KES) u istituzzjonijiet simili kif ukoll rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fl-UE u fil-pajjiżi msieħba tagħhom. Huwa jippubblika rapporti dwar kwistjonijiet attwali, li mbagħad jiġu ppreżentati lil għadd kbir ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili matul dawn is-summits annwali.