European Economic
and Social Committee
Attenzjoni speċjali għall-Ukreni b’diżabilità
Qabel il-gwerra, kien hemm 2,7 miljun Ukren b’diżabilità. Iżda x’jiġri meta jseħħ diżastru? L-Ukreni b’diżabilità jitkellmu dwar kif qed jitħallew jibqgħu lura, mingħajr aċċess għall-informazzjoni, mingħajr trasport aċċessibbli, b’ċentri ta’ evakwazzjoni u postijiet ta’ refuġju mill-bombi inaċċessibbli u nuqqas ta’ għajnuna minn organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja.
Organizzazzjoni waħda li tiġġieled għall-evakwazzjoni ta’ Ukreni b’diżabilità hija l-organizzazzjoni ta’ persuni b’diżabilità Fight for Right. Parti mit-tmexxija tal-organizzazzjoni ħarbet lejn id-Danimarka, fejn il-membru tal-KESE Sif Holst iltaqa’ ma’ dawn il-persuni u pprova jimmobilizza l-għajnuna mill-organizzazzjonijiet Daniżi tal-persuni b’diżabilità. L-erba’ nisa li ltqajt magħhom huma nisa kburin u ddedikati. Dawn waslu hemm b’ta’ fuqhom senduqhom, u ma jaħsbux dwar il-ħtiġijiet tagħhom sabiex ikomplu b’xogħolhom, jiġbru l-fondi biex jgħinu lill-oħrajn jaħarbu u jsibu mezzi ta’ trasport aċċessibbli.
Sif Holst