Is-seminar dwar “Nikkollegaw l-UE” 2021 f’Lisbona għadda. Għall-erbatax-il darba, iltqajna ma’ esperti tal-komunikazzjoni mis-soċjetà ċivili organizzata u ma’ uffiċjali tal-istampa biex nitkellmu dwar l-Ewropa li noħolmu dwarha. Issa wasal iż-żmien li l-ħolma ta’ Ewropa b’saħħitha, sigura, ġusta, inklużiva u ta’ tama ssir realtà.

Nixtiequ nirringrazzjaw lill-mistednin, il-kelliema, il-moderaturi, il-ġurnalisti, il-membri tal-KESE, il-kollegi u l-ħbieb tagħna kollha għal dan iż-żmien impenjattiv u kreattiv f’Lisbona tant sabiħa. Ilkoll nistgħu nkunu kburin bis-suċċess konġunt tagħna.
Ejjew nibqgħu f’kuntatt, u nibqgħu konnessi.

It-tim tal-Unità tal-KESE