Merħba fil-kolonna l-ġdida tagħna “Dritt għall-punt”, li fiha nistaqsu lill-membri tal-KESE dwar suġġetti, opinjonijiet jew avvenimenti importanti tal-UE li għandhom impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum fl-UE. Din id-darba se nagħtu l-kelma lil Andrej Zorko, relatur tal-Opinjoni esploratorja “Komponenti ewlenin ta’ xogħol ta’ kwalità sostenibbli matul u wara l-irkupru”, mitluba mill-Presidenza Slovena tal-UE u adottata fis-sessjoni plenarja tal-KESE ta’ Settembru.

Andrej Zorko jmur dritt għall-punt u jispjega għala l-prinċipju tal-kwalità tax-xogħol għall-kwalità tal-ħajja għandu jiġi rispettat fl-istadji kollha ta’ matul u wara l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19. Għaliex il-KESE jagħti importanza daqshekk kbira lil din l-idea u għaliex jaħseb li għandha tingħata attenzjoni speċjali fil-politiki tal-UE?