European Economic
and Social Committee
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew inevitabbilment se jkollu impatt fuq ir-relazzjonijiet esterni tagħna. Konferenza ibrida koorganizzata mill-KESE u n-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDSN) fi Brussell fis-6 ta’ Diċembru se tagħti ħarsa lejn l-estent ta’ dan l-impatt.
L-għan tal-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa li jiddekarbonizza l-ekonomija Ewropea u jissepara t-tkabbir ekonomiku mill-użu tar-riżorsi, filwaqt li jiżgura li l-ebda persuna u l-ebda post ma jitħallew jibqgħu lura. Permezz tat-trasformazzjoni industrijali tas-suq tagħha stess, l-Ewropa għandha l-għan li tkun mudell għal atturi globali oħrajn.
Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-bqija tad-dinja inevitabbilment se jiġu affettwati mill-użu ta’ sorsi ta’ enerġija ekoloġiċi, inkluż l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri, u minn ftehimiet kummerċjali ta’ ġenerazzjoni ġdida aktar ekoloġiċi, rivoluzzjoni li ġejja fis-settur tat-trasport, u sfidi u opportunitajiet ġodda ta’ impjieg.
Kelliema mill-UE, in-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDSN), l-IPCC (il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima) u diversi organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħrajn se jiddiskutu dawn l-iżviluppi rivoluzzjonarji fit-tfassil tal-politika tal-UE.
Il-Konferenza se tagħlaq b’kummenti tal-għeluq mill-President tal-KESE Christa Schweng, Dimitris Dimitriadis, President tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE, u membri ewlenin tal-KESE.
Learn more about the event and/or register: https://www.eesc.europa.eu/en/agenda/our-events/events/geopolitics-european-green-deal. (dv/dm)