Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ressqet proposta ġdida biex tippromovi t-tiswija ta’ oġġetti minflok ma jinbidlu, li saret l-għażla prestabbilita f’dawn l-aħħar snin. Dan ix-xahar il-KESE ser iressaq il-proposti tiegħu għal dritt aħjar għat-tiswija. Staqsejna lil Thierry Libaert jispjega x’qed jitlob il-KESE.

Is-Sur Libaert huwa r-relatur għall-Opinjoni tal-KESE dwar din il-kwistjoni u kien l-awtur ta’ rapport pijunier tal-KESE li fl-2013 poġġa l-obsolexxenza ppjanata fuq ir-radar tal-UE. Xi wħud mill-proposti oriġinali tiegħu issa qed isiru realtà.